30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/824

tal-15 ta’ Marzu 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-paragrafu 3 tar-Rakkomandazzjoni 21-09 tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (“l-ICCAT”) (2) jipprojbixxi ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art, b’mod sħiħ jew parzjali, tal-pixxitondu tal-Atlantiku tat-Tramuntana li jinqabad b’rabta mas-sajd tal-ICCAT fl-2022 u fl-2023.

(2)

Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-Rakkomandazzjoni 21-09 u l-liġi tal-Unjoni Ewropea, l-obbligu ta’ ħatt l-art fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma jenħtieġx li japplika għall-bastimenti tal-Unjoni li jaqbdu l-pixxitondu tal-Atlantiku tat-Tramuntana bħala qabda aċċessorja.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 (3) jiġi emendat biex jinkludi d-dispożizzjonijiet il-ġodda li jirriflettu l-kundizzjonijiet għas-sajd stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 21-09 tal-ICCAT.

(4)

Peress li r-Rakkomandazzjoni 21–09 tal-ICCAT tħeġġeġ lill-Partijiet Kontraenti biex jimplimentawh qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu fis-17 ta’ Ġunju 2022, u fid-dawl tal-importanza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għall-preservazzjoni tal-pixxitondu tal-Atlantiku tat-Tramuntana, jenħtieġ li dan l-att delegat japplika mit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li dan l-att delegat jidħol fis-seħħ b’urġenza,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament Delegat (UE) 2015/98, jiddaħħal l-Artikolu 5b li ġej:

“Artikolu 5b

B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandu jkun ipprojbit li jinżammu abbord, jiġu ttrażbordati jew jinħattu l-art ebda parti, jew ebda ħuta sħiħa tal-pixxitondu tal-Atlantiku tat-Tramuntana (Isurus oxyrinchus) li jinqabad b’rabta mas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT fl-2022 u fl-2023.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(2)  https://www.iccat.int/Documents/Recs/COMPENDIUM_ACTIVE_ENG.pdf

(3)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 23).