|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/840 |
30.4.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/840
tal-25 ta’ Marzu 2025
li tirrikonoxxi ċerti proġetti tal-materja prima kritika bħala Proġetti Strateġiċi skont ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokuemnt C(2025) 1904)
It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(9) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (UE) 2024/1252 u sabiex tiġi żgurata l-provvista tal-Unjoni tal-materja prima kritika, il-Kummissjoni trid tidentifika proġetti għall-estrazzjoni, l-ipproċessar, ir-riċiklaġġ jew is-sostituzzjoni tal-materja prima strateġika, bl-għan li tali proġetti jiġu rikonoxxuti bħala Proġetti Strateġiċi skont il-qafas stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2024/1252, fit-23 ta’ Mejju 2024 il-Kummissjoni nediet sejħa għall-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ proġett tal-materja prima kritika bħala Proġett Strateġiku (2), bid-data limitu tat-22 ta’ Awwissu 2024. |
|
(3) |
Wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, fl-20 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni infurmat lill-applikanti dwar jekk l-informazzjoni pprovduta kinitx ikkunsidrata kompluta f’konformità mal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2024/1252. Meta applikazzjoni tqieset mhux kompluta, il-Kummissjoni talbet lill-applikant jippreżenta informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex l-applikazzjoni tiġi kkompletata, fi żmien qasir. |
|
(4) |
Fil-mument tad-data limitu tat-22 ta’ Awwissu 2024, ġew ippreżentati 124 applikazzjoni minn proġetti proposti sitwati fl-Istati Membri, li minnhom 122 tqiesu kompluti mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 7(1) u (4) tar-Regolament (UE) 2024/1252. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) 2024/1252, il-Kummissjoni infurmat lill-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika (il-Bord) stabbilit bl-Artikolu 35(1) ta’ dak ir-Regolament dwar l-applikazzjonijiet li l-Kummissjoni qieset kompluti. |
|
(6) |
Wara dik il-verifika tal-kompletezza, il-Kummissjoni bagħtet, f’konformità mal-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2024/1252, l-applikazzjonijiet sħaħ lill-Istati Membri li t-territorju tagħhom huwa kkonċernat mill-proġett propost. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni vvalutat dawk l-applikazzjonijiet f’konformità mal-kriterji speċifikati fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1252, bl-appoġġ ta’ esperti esterni b’għarfien espert professjonali fid-dimensjonijiet tekniċi, finanzjarji, ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG, environmental, social and governance) ta’ proġett, kif ukoll fil-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi (UNFC, United Nations Framework Classification for Resources) (3). Il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjonijiet li b’mod ċar ma kinux jissodisfaw il-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1252 mingħajr l-appoġġ ta’ dawk l-esperti esterni. L-opinjoni kkonsolidata tal-esperti esterni ffurmat il-bażi għal din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni vvalutat dawk l-applikazzjonijiet fid-dawl tal-kontribut tagħhom għas-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni tal-materja prima strateġika, il-fattibbiltà teknika, l-implimentazzjoni sostenibbli, u l-benefiċċji transfruntieri, u elenkat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni l-proġetti li jissodisfaw il-kriterji kollha previsti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1252, u li għalhekk jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti bħala Proġetti Strateġiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni pprovdiet lill-Bord il-valutazzjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 7(6), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) 2024/1252. L-ebda wieħed mill-proġetti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni ma rċieva oġġezzjoni mill-Istati Membri li t-territorju tagħhom huwa kkonċernat mill-proġetti proposti, f’konformità mal-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2024/1252. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinnotifika lil dawk kollha li applikaw għar-rikonoxximent ta’ proġett bħala Proġett Strateġiku, dwar l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinnotifika lill-applikanti kollha dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni tagħha u r-raġunament tagħha f’konformità mal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u tan-negozju u tal-informazzjoni sensittiva, kunfidenzjali u klassifikata oħra, kif previst fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2024/1252. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi wkoll din id-Deċiżjoni lill-Bord u lill-Istat(i) Membru/i li t-territorju tiegħu/tagħhom huwa kkonċernat mill-proġett(i), f’konformità mal-Artikolu 7(9), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1252. |
|
(12) |
Din id-Deċiżjoni hija f’konformità mal-opinjoni tal-Bord, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proġetti elenkati fl-Anness huma rikonoxxuti bħala Proġetti Strateġiċi.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:
|
|
Promotur tal-Proġett |
Indirizz tal-promotur |
Isem il-Proġett |
|
1 |
Eramet |
10, Boulevard de Grenelle, 75015 Pariġi, Franza |
Ageli |
|
2 |
RIO NARCEA RECURSOS S.A. |
Monesterio a Cala, S/N, 06260, Monesterio (Badajoz), Spanja |
Aguablanca Project |
|
3 |
Solvay Chimica Italia Spa |
Rosignano Marittimo, Via Piave 6, l-Italja |
Alpha Project |
|
4 |
Tokai COBEX savoie |
244 rue des Epicéas, NotreDame-de-Briançon - La Léchère, Franza |
BAM4EVER (Phase I&II) |
|
5 |
Savannah Lithium Unipessoal, Lda |
Rua 5 de Outubro, No 26 5460-304 Boticas, il-Portugall |
Barroso Lithium Project |
|
6a |
European Bauxites |
51st km National Road Lamia Amfissa, 331 00 Fokida, il-Greċja |
BAUX-EU |
|
6b |
Metlen Energy and Metals |
il-Greċja; 8 Artemidos str, Maroussi - Ateni, Attiki 15125, il-Greċja |
GALLANT, LEADER |
|
7 |
CAREMAG SAS |
129 rue de Servient - Tour Part-Dieu, 69003 Lyon, Franza |
CAREMAG |
|
8 |
Euro Manganese Inc |
709-700 West Pender Street, Vancouver, BC, V6C 1G8, il-Kanada |
Chvaletice Manganese Project |
|
9 |
Geomet s.r.o. |
Skolni 299, Mstisov, 417 03 Dubi, ir-Repubblika Ċeka |
Cínovec lithium project |
|
10 |
Atlantic Copper SLU |
Avda. Francisco Montenegro, s/n. 21001 Huelva, Spanja |
CirCular |
|
11 |
UP Catalyst |
Akadeemia tee 23, 12618 Tallinn, l-Estonja |
CO2 Graphite |
|
12a |
IMERYS Lithium France |
43 Quai de Grenelle, 75015 Pariġi, Franza |
Emili processing |
|
12b |
IMERYS Ceramics France |
43 Quai de Grenelle, 75015 Pariġi, Franza |
Emili extraction |
|
13 |
NGC Battery Materials GmbH |
Reinhard-Heraeus-Ring 27, 63801 Kleinostheim, il-Ġermanja |
European Initiative for Strategic and Sustainable Graphite Production |
|
14 |
Umicore |
Watertorenstraat 33, 2250, Olen, il-Belġju |
GePETO |
|
15 |
Sibanye-Stillwater Sandouville Refinery |
5059 ROUTE INDUSTRIELLE, 76430 SANDOUVILLE, Franza |
GALLICAM |
|
16 |
Hycamite TCD Technologies Ltd |
Kemirantie 15, 67900, Kokkola, il-Finlandja |
Hycamite TCD Technologies Ltd |
|
17 |
ORANO Batteries |
Quai à Pondéreux Ouest, Route du Terminal, 59.279 Loon-Plage, Franza |
Hydrometallurgy |
|
18 |
Jervois Finland Oy |
Metallitehtaantie 48, 67900 Kokkola, il-Finlandja |
Jervois Finland Cobalt Refinery Expansion Project |
|
19 |
Keliber Technology Oy |
Toholammintie 496, 69600 Kaustinen, il-Finlandja |
KELIBER LITHIUM |
|
20 |
Terrafame Ltd |
Malmitie 66, 88120 Tuhkakylä, il-Finlandja |
Kolmisoppi |
|
21 |
LITHIUM IBERIA, S.L. |
Polígono Industrial San José Obrero, s/n, 10820, Cañaveral (Cáceres), Spanja |
Las Navas |
|
22 |
Itelyum Regeneration SpA |
Via Tavernelle 19, 26854 Pieve Fissiraga, Lodi, l-Italja |
LIFE-22-ENV- IT- INSPIREE |
|
23 |
Lifthium energy, S.A. |
R. Silval 37 12° piso, 2780-373 Oeiras, il-Portugall |
Lift One |
|
24 |
Rock Tech Guben GmbH |
Balcke-Dürr-Allee 9, 40882 Ratingen, Nordrhein-Westfalen, il-Ġermanja |
Lithium Hydroxide Converter Guben |
|
25 |
MagREEsource |
209 Route des Béalières 38360 Noyarey, Franza |
MagFactory |
|
26 |
RECURSOS MINERALES DE GALICIA, S.A. |
Paseo Independencia no21, 3o Piso. 50001 Zaragoza, Spanja |
MINA DOADE PROJECT |
|
27 |
ABENÓJAR TUNGSTEN S.L. |
Ayala Street no 10, 4o Left, Spanja |
Mining project El Moto |
|
28 |
Northvolt Revolt AB |
Alströmergatan 20 SE-112 47 Stokkolma, l-Iżvezja |
NorthCYCLE |
|
29 |
SOMINCOR |
Santa Barbara de Padroes, 7780-409 Castro Verde, il-Portugall |
Semblana, 3RD SILO, LOMBADOR North Phase 2 |
|
30 |
Iberian Resources Spain |
Finca La Parrilla, 10132 Almoharin, Caceres, Spanja |
P6 Metals |
|
31 |
Elemental Strategic Metals Sp. z o.o. |
05-825 Grodzisk Mazowiecki, Traugutta 42a Street, il-Polonja |
POLVOLT |
|
32 |
Cobre las Cruces S.A.U. |
CTRA 3410, KM 4.100. 41860. GERENA. SIVILJA, Spanja |
Polymetallic primary sulphite project |
|
33 |
Portovesme srl |
Piazzale dei Caduti della Montagnola, 7200144 Ruma, l-Italja |
Portovesme CRM Hub |
|
34 |
PCC Thorion GmbH |
Moerser Str. 149 |
ProHiPerSi |
|
35 |
Fortum Battery Recycling Oy |
Sepänkatu 12, 29200 Harjavalta, il-Finlandja |
Project Fortum Hydromet |
|
36 |
Mkango Resources Ltd. |
550 Burrard Street, Suite 2900. Vancouver, BC. Il-Kanada, V6C 0A3 |
Pulawy Rare Earths Separation Plant |
|
37 |
Circular Materials s.r.l. |
Viale delle Industrie 20, 20040 Cambiago (MI) l-Italja |
RECOVER-IT |
|
38 |
LKAB (Luossavaara-Kirunavaara AB) |
Varvsgatan 45, Luleå, l-Iżvezja |
ReeMAP Project: Malmberget, Lulea Industrial Park, Per Geijer |
|
39 |
Umicore |
Broekstraat 31 Rue du Marais, 1000 Brussell, il-Belġju |
ReGAIN |
|
40 |
Lusorecursos Portugal Lithium S.A. |
Rua Direita, n.30, 5470-251, Montalegre, il-Portugall |
Romano Mine |
|
41 |
Euro Sun Mining Inc. |
198 Davenport Road, Toronto, Ontario, M5R 1J2, il-Kanada |
Rovina |
|
42 |
Anglo American Services (UK) Ltd. |
17 Charterhouse Street, Londra, EC1N 6RA, ir-Renju Unit, |
Sakatti |
|
43 |
Societatea Națională a Sării S.A. |
Calea Victoriei nr. 220, etaj 4, sector 1, Bukarest, CP, 10099, ir-Rumanija |
SALROM Baia de Fier |
|
44 |
Talga AB |
Södra Kungsgatan 5B, 97235 Luleå, l-Iżvezja |
Talga Natural Graphite ONE |
|
45 |
Verde Magnesium SRL. |
21 Vointei Street, ground floor, District 5, Bukarest, ir-Rumanija |
Verde Magnesium |
|
46 |
Viridian Lithium |
9 rue de la Krutenau, 67000 Strasburgu, Franza |
Viridian Lithium |
|
47 |
Vulcan Energie Ressourcen GmbH |
Amalienbadstrasse 41, Bau 54, 76227 Karlsruhe, il-Ġermanja |
Zero Carbon Lithium |
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kummissjoni
Stéphane SÉJOURNÉ
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj.
(2) Sejħa għall-applikazzjonijiet:Proġetti Strateġiċi skont l-Att dwar il-Materja Prima Kritika — il-Kummissjoni Ewropea.
(3) Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi (UNFC) UNECE .
ANNESS
LISTA TAL-PROĠETTI STRATEĠIĊI
(1)
Ageli huwa proġett integrat ta’ estrazzjoni u pproċessar li għaddej bħalissa fi Franza. Il-proġett promoss minn Eramet għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
(2)
Aguablanca Project huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej bħalissa fi Spanja. Il-proġett promoss minn Rio Narcea Recursos S.A. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-kobalt, il-metalli tal-grupp tal-platinu, ir-ram u n-nikil (grad tal-batterija).
(3)
Alpha Project huwa proġett ta’ riċiklaġġ li għaddej bħalissa fl-Italja. Il-proġett promoss minn Solvay Chimica Italia Spa għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-metalli tal-grupp tal-platinu.
(4)
BAM4EVER (Phase I&II) huwa proġett ta’ pproċessar li għaddej bħalissa fi Franza. Il-proġett promoss minn Tokai COBEX savoie għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-grafit (grad tal-batterija).
(5)
Barroso Lithium Project huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej bħalissa fil-Portugall. Il-proġett promoss minn Savannah Lithium, Unipessoal, Lda. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
(6)
Il-proġett BAUX-EU, GALLANT u LEADER huwa proġett integrat li għaddej bħalissa u li jikkonsisti f’komponent wieħed ta’ estrazzjoni (BAUX-EU) u żewġ komponenti ta’ pproċessar (GALLANT u LEADER) fil-Greċja. Il-proġett promoss minn Metlen Energy & Metals u European Bauxites għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-boksajt/l-alumina/l-aluminju u l-gallju.
(7)
CAREMAG huwa proġett ta’ pproċessar li għaddej bħalissa fi Franza. Il-proġett promoss minn Caremag SAS għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-elementi tal-materjali tal-art rari għall-kalamiti u l-boron (grad tal-metallurġija).
(8)
Chvaletice Manganese Project huwa proġett integrat ta’ estrazzjoni u pproċessar li għaddej bħalissa fiċ-Ċekja. Il-proġett promoss minn Euro Manganese Inc għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-manganiż (grad tal-batterija).
(9)
Cínovec lithium project huwa proġett integrat ta’ estrazzjoni u pproċessar li għaddej bħalissa fiċ-Ċekja. Il-proġett promoss minn Geomet s.r.o għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
(10)
CirCular huwa proġett ta’ riċiklaġġ li għaddej bħalissa fi Spanja. Il-proġett promoss minn Atlantic Copper SLU għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram, in-nikil u l-metalli tal-grupp tal-platinu.
(11)
CO2Graphite huwa proġett ta’ pproċessar li għaddej bħalissa fl-Estonja. Il-proġett promoss minn UP Catalyst OU għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-grafit (grad tal-batterija).
(12)
EMILI huwa proġett integrat ta’ estrazzjoni u pproċessar li għaddej bħalissa fi Franza. Il-proġett promoss minn IMERYS Ceramics France u IMERYS Lithium France għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
(13)
Il-proġett European Initiative for Strategic and Sustainable Graphite Production huwa proġett ta’ pproċessar li għaddej bħalissa fi Franza, fin-Namibja u fil-Ġermanja. Il-proġett promoss minn NGC Battery Materials GmbH għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-grafit (grad tal-batterija).
(14)
GePETO huwa proġett ta’ pproċessar li għaddej bħalissa fil-Belġju. Il-proġett promoss minn Umicore għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-ġermanju.
(15)
GALLICAM huwa proġett ta’ pproċessar li għaddej bħalissa fi Franza. Il-proġett promoss mir-Sibanye-Stillwater Sandouville Refinery għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tan-nikil (grad tal-batterija), tal-kobalt, tal-litju (grad tal-batterija), tal-grafit (grad tal-batterija), tal-manganiż (grad tal-batterija) u tar-ram.
(16)
Hycamite TCD Technologies Ltd huwa proġett ta’ pproċessar li għaddej bħalissa fil-Finlandja. Il-proġett promoss minn Hycamite TCD Technologies Ltd għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-grafit (grad tal-batterija).
(17)
Hydrometallurgy huwa proġett ta’ pproċessar li għaddej bħalissa fi Franza. Il-proġett promoss minn Orano Batteries għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija), tal-kobalt, tan-nikil (grad tal-batterija), tal-manganiż (grad tal-batterija) u tal-grafit (grad tal-batterija).
(18)
Jervois Finland Cobalt Refinery Expansion Project huwa proġett ta’ pproċessar li għaddej bħalissa fil-Finlandja. Il-proġett promoss minn Jervois Finland Oy għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-kobalt.
(19)
KELIBER LITHIUM huwa proġett integrat ta’ estrazzjoni u pproċessar li għaddej bħalissa fil-Finlandja. Il-proġett promoss minn Keliber Technology Oy għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
(20)
Kolmisoppi huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej bħalissa fil-Finlandja. Il-proġett promoss minn Terrafame Ltd. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tan-nikil (grad tal-batterija) u tal-kobalt.
(21)
Las Navas huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej bħalissa fi Spanja. Il-proġett promoss minn Lithium Iberia S.L. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
(22)
LIFE22-ENV- IT-INSPIREE huwa proġett ta’ riċiklaġġ li għaddej bħalissa fl-Italja. Il-proġett promoss minn Itelyum Regeneration SpA għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-elementi tal-materjali tal-art rari għall-kalamiti.
(23)
Lift One huwa proġett ta’ pproċessar li għaddej bħalissa fil-Portugall. Il-proġett promoss minn Lifthium energy S.A. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
(24)
Lithium Hydroxide Converter Guben huwa proġett ta’ pproċessar li għaddej bħalissa fil-Ġermanja. Il-proġett promoss minn Rock Tech Guben GmbH għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
(25)
MagFactory huwa proġett ta’ pproċessar li għaddej bħalissa fi Franza. Il-proġett promoss minn MagREEsource għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-elementi tal-materjali tal-art rari għall-kalamiti.
(26)
MINA DOADE PROJECT huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej bħalissa fi Spanja. Il-proġett promoss minn Recursos Minerales de Galicia S.A. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
(27)
Mining Project El Moto huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej bħalissa fi Spanja. Il-proġett promoss minn Abenojar Tungsten S.L. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tat-tungstenu.
(28)
NorthCYCLE huwa proġett ta’ riċiklaġġ li għaddej bħalissa fl-Iżvezja. Il-proġett promoss minn Northvolt Revolt AB għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-manganiż (grad tal-batterija), tal-litju (grad tal-batterija), tal-grafit (grad tal-batterija), tan-nikil (grad tal-batterija) u tal-kobalt.
(29)
Il-proġett Lombador North Phase 2, Semblana u 3rd SILO huwa proġett integrat li għaddej bħalissa u li jikkonsisti f’żewġ komponenti ta’ estrazzjoni (Lombador North Phase 2 u Semblana) u komponent wieħed ta’ pproċessar (3rd SILO) fil-Portugall. Il-proġett promoss minn SOMINCOR għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram.
(30)
P6 Metals huwa proġett integrat ta’ estrazzjoni u pproċessar li għaddej bħalissa fi Spanja. Il-proġett promoss minn Iberian Resources Spain għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tat-tungstenu.
(31)
POLVOLT huwa proġett ta’ riċiklaġġ li għaddej bħalissa fil-Polonja. Il-proġett promoss minn Elemental Battery Metals SP. z.o.o. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tan-nikil (grad tal-batterija), tar-ram, tal-kobalt, tal-litju (grad tal-batterija), tal-metalli tal-grupp tal-platinu u tal-manganiż (grad tal-batterija).
(32)
Polymetallic primary sulphide project huwa proġett integrat ta’ estrazzjoni u pproċessar li għaddej bħalissa fi Spanja. Il-proġett promoss minn Cobre las Cruces S.A.U. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram.
(33)
Portovesme CRM Hub huwa proġett ta’ riċiklaġġ li għaddej bħalissa fl-Italja. Il-proġett promoss minn Portovesme s.r.l. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija) u tal-manganiż (grad tal-batterija).
(34)
ProHiPerSi huwa proġett ta’ sostituzzjoni li għaddej bħalissa fil-Ġermanja. Il-proġett promoss minn PCC Thorion GmbH għandu l-għan li jikkontribwixxi għas-sostituzzjoni tal-grafit (grad tal-batterija).
(35)
Project Fortum Hydromet huwa proġett ta’ riċiklaġġ li għaddej bħalissa fil-Finlandja. Il-proġett promoss minn Fortum Battery Recycling Oy għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija), tal-grafit (grad tal-batterija), tar-ram, tan-nikil (grad tal-batterija) u tal-kobalt.
(36)
Pulawy Rare Earths Separation Plant huwa proġett ta’ pproċessar li għaddej bħalissa fil-Polonja. Il-proġett promoss minn Mkango Resources Ltd. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-elementi tal-materjali tal-art rari għall-kalamiti.
(37)
RECOVER-IT huwa proġett ta’ riċiklaġġ li għaddej bħalissa fl-Italja. Il-proġett promoss minn Circular Materials s.r.l. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram, tan-nikil (grad tal-batterija) u tal-metalli tal-grupp tal-platinu.
(38)
ReeMAP Project: Malmberget, Per Geijer u Lulea Industrial Park huwa proġett integrat li għaddej bħalissa u li jikkonsisti f’żewġ komponenti ta’ estrazzjoni (Malmberget u Per Geijer) u komponent wieħed ta’ pproċessar (Lulea Industrial Park) fl-Iżvezja. Il-proġett promoss minn Luossavaara-Kirunavaara AB (LKAB) għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-elementi tal-materjali tal-art rari għall-kalamiti.
(39)
ReGAIN huwa proġett ta’ sostituzzjoni li għaddej bħalissa fil-Belġju. Il-proġett promoss minn Umicore għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-ġermanju.
(40)
Romano Mine huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej bħalissa fil-Portugall. Il-proġett promoss minn Lusorecursos Portugal Lithium S.A. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
(41)
Rovina huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej bħalissa fir-Rumanija. Il-proġett promoss minn Euro Sun Mining Inc. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tar-ram.
(42)
Sakatti huwa proġett integrat ta’ estrazzjoni u pproċessar li għaddej bħalissa fil-Finlandja. Il-proġett promoss minn Anglo American Services (UK) Ltd. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-kobalt, tal-metalli tal-grupp tal-platinu, tar-ram u tan-nikil (grad tal-batterija).
(43)
SALROM Baia de Fier huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej bħalissa fir-Rumanija. Il-proġett promoss minn Societatea Națională a Sării S.A. għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-grafit (grad tal-batterija).
(44)
Talga Natural Graphite ONE huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej bħalissa fl-Iżvezja. Il-proġett promoss minn Talga AB għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-grafit (grad tal-batterija).
(45)
Verde Magnesium huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej bħalissa fir-Rumanija. Il-proġett promoss minn Verde Magnesium SRL għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-metall tal-manjeżju.
(46)
Viridian Lithium huwa proġett ta’ pproċessar li għaddej bħalissa fi Franza. Il-proġett promoss minn Viridian Lithium għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
(47)
Zero Carbon Lithium huwa proġett ta’ estrazzjoni li għaddej bħalissa fil-Ġermanja. Il-proġett promoss minn Vulcan Energie Ressourcen GmbH għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-provvista tal-litju (grad tal-batterija).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/840/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)