European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6183

16.10.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M.11630 – COVH / CDC / SOGECAP / MONT DU CENTRE / PHOENIX BELGIUM)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/6183)

1.   

Fid-9 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Covivio Hotels SCA (“COVH”, Franza), ikkontrollata minn Covivio SA,

—

La Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza), stabbiliment pubbliku Franċiż,

—

SOGECAP SA (“SOGECAP”, Franza), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Société Générale S.A. (“Société Générale”, Franza),

—

SAS Mont du Centre (“Mont du Centre”, Franza) u Phoenix Opco Belgium (“Phoenix Belgium”, il-Belġju; flimkien ma’ Mont du Centre, il-“Impriżi fil-mira”, li bħalissa fl-aħħar mill-aħħar huma kkontrollati minn AccorInvest Group SA (“AccorInvest”, il-Lussemburgu).

COVH, CDC u SOGECAP se jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Impriżi fil-mira.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

COVH hija involuta fis-sjieda u l-ġestjoni ta’ proprjetà immobbli operazzjonali, speċjalment fis-setturi tal-lukandi, tad-divertiment u tar-ristoranti fi Franza u fl-Ewropa,

—

CDC tappoġġja l-politiki pubbliċi mwettqa mill-awtoritajiet statali u lokali, u permezz tas-sussidjarji tagħha, topera attivitajiet kummerċjali kompetittivi, prinċipalment fi Franza,

—

SOGECAP hija attiva primarjament fis-settur tal-assigurazzjoni tal-ħajja fi Franza u internazzjonalment,

—

Mont du Centre hija s-sid ta’ ħames negozji tal-lukandi li jinsabu fi Franza,

—

Phoenix Belgium hija s-sid ta’ negozju tal-lukandi li jinsab fil-Belġju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11630 – COVH / CDC / SOGECAP / MONT DU CENTRE / PHOENIX BELGIUM

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6183/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)