|
15.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 305/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUCAP SAHEL NIGER/2/2013
tat-12 ta' Novembru 2013
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)
(2013/656/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/392/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger), inkluża b'mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Filip DE CEUNINCK bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger, ad interim, għall-perijodu mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru 2013, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Filip DE CEUNINCK huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger), ad interim, għall-perijodu mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru 2013.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2013.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
W. STEVENS