|
28.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ April 2010
li tirrevoka d-Deċiżjoni 2009/780/KE li tiffissa l-ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni volontarja fil-Portugall għas-snin kalendarji 2010, 2011 u 2012
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2516)
(Il-verżjoni bil-Portugiż biss hija awtentika)
(2010/235/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta’ pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2009/780/KE (2) stabbilixxiet l-ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni volontarja fil-Portugall għas-snin kalendarji 2010, 2011 u 2012. |
|
(2) |
Peress illi d-diffikultajiet fis-settur agrikolu ipprovokati mill-kriżi ekonomika, għandhom għaddejjin b’impatt negattiv fuq il-qagħda ekonomika tal-bdiewa, il-Portugall ikkomunika lill-Kummissjoni li huwa ddeċieda li ma japplikax il-modulazzjoni volontarja. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2009/780/KE għandha għalhekk tiġi revokata, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2009/780/KE hija b’dan imħassra.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni