|
23.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 352/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2016/2381
tal-14 ta' Diċembru 2016
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/2/2016)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/76 tad-19 ta' Jannar 2015 li tvara l-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) u li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK (2),
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-missjoni EUCAP Sahel Mali, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fis-26 ta' Mejju 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Sahel Mali/1/2014 (3), biex ħatar lis-Sur Albrecht CONZE bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mis-26 ta' Mejju 2014 sal-14 ta' Jannar 2015. |
|
(3) |
Il-mandat tas-Sur Albrecht CONZE bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali ġie estiż kemm-il darba, l-aktar reċentement permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/938 (4), li estendiet il-mandat tiegħu bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali sal-14 ta' Jannar 2017. |
|
(4) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Albrecht CONZE bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' Jannar 2017 sal-14 ta' Lulju 2017, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Albrecht CONZE bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali huwa b'dan estiż sal-14 ta' Lulju 2017.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP Sahel Mali/1/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 43).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/938 tal-31 ta' Mejju 2016 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali/1/2016) (ĠU L 155, 14.6.2016, p. 23).