Official Journal L 059 , 28/02/1997 P. 0050 - 0052
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 1997 rigward l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-file kompjuterizzat tal-kunsinna ta’ annimali jew ta’ prodotti ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi li jintbagħtu mill-ġdid (Test ta’ rilevanza ta’ l-ŻEE) (97/152/KE) Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 dwar kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri ta’ importazzjoni veterinarji (il-proġett Shift), li temenda d-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE, 91/628/KEE u d-Deċiżjoni 90/424/KEE, u li tħassar id-Deċiżjoni 88/192/KEE [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 12 tiegħu, Billi sistema ta’ informazzjoni trid tkun stabbilita għall-kunsinni ta’ annimali mibgħuta mill-ġdid minn uffiċċjali veterinarji fil-postijiet ta’ l-ispezzjoni fuq il-fruntieri; Billi kull awtorità konċernata għandha jkollha aċċess kull meta trid għal file komputerizzat ta’ kunsinni ta’ annimali jew prodotti li jerġgħu jintbagħtu; Billi l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-file kompjuterizzat għandha tkun stabbilita sabiex tkun kapaċi tidentifika sewwa kunsinni mibgħuta mill-ġdid u r-raġunijiet għal dan; Billi l-miżuri li hemm pprovdut għalihom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-file komputerizzat tal-kunsinni ta’ annimali jew prodotti ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi li jkunu mibgħuta mill-ġdid għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Frar 1997. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 243, tal-25.8.1992, p. 27. -------------------------------------------------- L-ANNESS INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIDDAĦĦAL FIL-FILE KOMPJUTERIZZAT TA’ KUNSINNI TA’ ANNIMALI JEW PRODOTTI TA’ L-ANNIMALI MINN PAJJIŻI TERZI LI JINTBAGĦTU MILL-ĠDID 1. Post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera (a) Isem u kodiċi tal-post ta’ ispezzjoni (Animo) (b) Isem tal-veterinarju responsabbli. 2. Kunsinna (a) Natura u kodiċi ta’ l-affarijiet (Animo) (b) Numru/kwantità/unitajiet (ċ) Ċertifikat tas-sanità: (i) numru tas-serje, (ii) data, (iii) isem u servizz tal-veterinarju li jiffirma ċ-ċertifikat, (iv) servizzi ta’ l-oriġini tal-veterinarju, (v) pajjiż ta’ l-oriġini (d) Numru tas-serje ta’ "L-Anness B" 3. Kummerċjanti (a) Isem u indirizz tar-razzett u/jew l-istabbiliment ta’ l-oriġini (numru ta’ awtorizzazzjoni fejn xieraq) (b) Isem u indirizz ta’ l-esportatur (ċ) Isem u indirizz ta’ l-importatur 4. Movimenti tal-Kunsinna (a) Il-Pajjiż terz ta’ l-oriġini (b) Pajjiż terz minn fejn jiġi mibgħut l-barra (ċ) Reġjun ta’ l-oriġini (fejn xieraq) (d) L-Istati Membri tad-destinazzjoni/pajjiż tad-destinazzjoni (e) Konsinjant u indirizz tad-destinazzjoni (numru ta’ awtorizzazzjoni fejn approprjat) (f) Mezzi tat-trasport: (i)Bl-ajru: | -numru tat-titjira | (ii)Triq jew linja: | -numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura | -numru tal-vagun | (iii)Bil-baħar | -isem tal-vapur | (iv)Numru tal-karru (jekk applikabbli) | 5. Dispaċċ mill-ġdid (a) Data u ħin (jekk possibbli) tar-ridispaċċ (b) Punt tat-tluq (jekk differenti mill-post ta’ ispezzjoni tal-fruntiera tad-dħul) (ċ) Destinazzjoni (jekk possibbli) (d) Mezzi tat-trasport: (i)bl-ajru | -numru tat-titjira | (ii)triq jew linja: | -numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura | -numru tal-vagun | (iii)bil-baħar | -isem tal-vapur | (iv)numru tal-karru | 6. Raġuni tad-dispaċċ mill-ġdid (a) Iċċekkjar dokumentat: (i) Kompetenza esterna tal-post ta’ ispezzjoni, (ii) Nuqqas ta’ ċertifikat/liċenzja, (iii) ċertifikat/liċenzja invalida, - kopja u mhux l-oriġinal, - żbalji oħra formali, (iv) żbalji fid-dokumenti, - pajjiż terz, - reġjun, - stabbiliment, - garanziji addizzjonali, - klawsola protettiva (b) Iċċekkjar ta’ identità. (i) diskrepanza bejn ċertifikat/liċenzja u oġġetti. (ii) nuqqas tal-marka jew ditta regolatorja. (iii) riżultati ta’ l-eżami viżwali negattivi, - oġġetti, - mezzi tat-trasport, - kura ta’ l-annimali (ċ) Oġġetti li ma jikkonformawx mar-regoli, Iċċekkjar fiżiku. - eżami minn veterinarju, - testijiet tal-laboratorju, - kura ta’ l-annimali 7. Kummenti: --------------------------------------------------