|
18.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/3 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/987
tas-16 ta’ Ġunju 2021
li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mir-Renju Unit fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
(notifikata bid-dokument C(2021) 4114)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52 tiegħu, flimkien mal-Artikoli 131 u 138 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifiki meħtieġa, tikkomunika lir-Renju Unit ir-riżultati ta’ dawk il-verifiki, tieħu nota tal-kummenti pprovduti mir-Renju Unit, tibda diskussjoni bilaterali sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim u tikkomunika formalment il-konklużjonijiet tagħha lir-Renju Unit. |
|
(2) |
Ir-Renju Unit kellu l-opportunità jitlob li titnieda proċedura ta’ konċiljazzjoni, iżda ma talabhiex. |
|
(3) |
F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, tista’ tiġi ffinanzjata biss nefqa agrikola li tkun iġġarbet b’tali mod li ma jkunx inkiser id-dritt tal-Unjoni. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-verifiki li twettqu u tal-eżitu tad-diskussjoni bilaterali, parti min-nefqa li ddikjara r-Renju Unit ma tissodisfax dan ir-rekwiżit, u għalhekk ma tistax tiġi ffinanzjata fil-qafas tal-FAEG u tal-FAEŻR. |
|
(5) |
Jenħtieġ li jiġu indikati l-ammonti li mhumiex meqjusa bħala ammonti li jistgħu jitħallsu mill-FAEG u mill-FAEŻR. Dawk l-ammonti mhumiex marbutin man-nefqa mġarrba aktar minn erbgħa u għoxrin xahar qabel in-notifika bil-miktub tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki lir-Renju Unit. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-ammonti esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni skont din id-Deċiżjoni jqisu wkoll kull tnaqqis jew sospensjoni f’konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 minħabba li tali tnaqqis jew sospensjonijiet huma ta’ natura provviżorja u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li jittieħdu skont l-Artikoli 51 jew 52 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(7) |
Rigward il-każijiet koperti minn din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Renju Unit dwar il-valutazzjoni tal-ammonti li jridu jiġu esklużi minħabba nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni, permezz ta’ rapport ta’ sinteżi li nħareġ dwar is-suġġett (2). |
|
(8) |
Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-konklużjonijiet finanzjarji li tista’ tasal għalihom il-Kummissjoni abbażi tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’kawżi pendenti fil-31 ta’ Marzu 2021, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ammonti stabbiliti fl-Anness li huma marbutin man-nefqa li ġarrbu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tar-Renju Unit u li ġew iddikjarati fil-qafas tal-FAEG u tal-FAEŻR għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ares(2021)3293159
ANNESS
Deċiżjoni: 66-UK biss
Partita tal-Baġit: 6200
|
Stat Membru |
Miżura |
Sena Finanzjarja |
Raġuni |
Tip |
Korrezzjoni % |
Munita |
Ammont |
Tnaqqis |
Impatt Finanzjarju |
|
GB |
Ċertifikazzjoni |
2016 |
Żbalji Finanzjarji Identifikati mill-Korp taċ-Ċertifikazzjoni |
TA’ DARBA |
|
EUR |
-859,46 |
0,00 |
-859,46 |
|
|
Approvazzjoni tal-Kontijiet – Approvazzjoni Finanzjarja |
2019 |
Kalkolu skorrett tal-pagamenti - AO1 |
TA’ DARBA |
|
EUR |
-103 237,16 |
0,00 |
-103 237,16 |
|
|
Approvazzjoni tal-Kontijiet – Approvazzjoni Finanzjarja |
2019 |
Żbalji individwali - tas-SIAK tal-FAEG |
TA’ DARBA |
|
EUR |
-3 112,08 |
0,00 |
-3 112,08 |
|
|
Approvazzjoni tal-Kontijiet – Approvazzjoni Finanzjarja |
2019 |
Żball magħruf - tas-SIAK tal-FAEG |
TA’ DARBA |
|
EUR |
-1 551,20 |
0,00 |
-1 551,20 |
|
|
|
|
|
|
Total GB: |
EUR |
-108 759,90 |
0,00 |
-108 759,90 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Munita |
Ammont |
Tnaqqis |
Impatt Finanzjarju |
|
EUR |
-108 759,90 |
0,00 |
-108 759,90 |
Partita tal-Baġit: 6201
|
Stat Membru |
Miżura |
Sena Finanzjarja |
Raġuni |
Tip |
Korrezzjoni % |
Munita |
Ammont |
Tnaqqis |
Impatt Finanzjarju |
|
GB |
Investiment fl-Iżvilupp Rurali tal-FAEŻR - benefiċjarji pubbliċi |
2016 |
1.2. Kontroll ewlieni “Verifika li l-proċeduri tal-akkwist pubbliku jikkonformaw mar-Regolament nazzjonali u tal-Unjoni” |
RATA FISSA |
23,44 % |
EUR |
-14 804,48 |
0,00 |
-14 804,48 |
|
|
Investiment fl-Iżvilupp Rurali tal-FAEŻR - benefiċjarji pubbliċi |
2017 |
1.2. Kontroll ewlieni “Verifika li l-proċeduri tal-akkwist pubbliku jikkonformaw mar-Regolament nazzjonali u tal-Unjoni” |
RATA FISSA |
23,44 % |
EUR |
-265 380,06 |
0,00 |
-265 380,06 |
|
|
Investiment fl-Iżvilupp Rurali tal-FAEŻR - benefiċjarji pubbliċi |
2018 |
1.2. Kontroll ewlieni “Verifika li l-proċeduri tal-akkwist pubbliku jikkonformaw mar-Regolament nazzjonali u tal-Unjoni” |
RATA FISSA |
23,44 % |
EUR |
-558 453,80 |

-566 790,77 |
0,00 |
-566 790,77 |
|
|
Żvilupp Rurali, FAEŻR, Leader |
2017 |
Defiċjenzi stabbiliti fil-funzjonament tal-kontrolli ewlenin “Verifiki xierqa dwar l-eliġibilità tal-kostijiet tal-operazzjoni” u “Proċeduri xierqa għall-għażla u l-evalwazzjoni ta’ proġetti jew applikazzjonijiet”, Sena Finanzjarja 2017 |
TA’ DARBA |
|
EUR |
-47 531,38 |
0,00 |
-47 531,38 |
|
|
Żvilupp rurali - Miżuri tan-nonSIAK |
2018 |
Defiċjenzi stabbiliti fil-funzjonament tal-kontrolli ewlenin “Verifiki xierqa dwar l-eliġibilità tal-kostijiet tal-operazzjoni” u “Proċeduri xierqa għall-għażla u l-evalwazzjoni ta’ proġetti jew applikazzjonijiet”, Sena Finanzjarja 2018 |
TA’ DARBA |
|
EUR |
-336 852,17 |
0,00 |
-336 852,17 |
|
|
Żvilupp rurali - Miżuri tan-nonSIAK |
2019 |
Defiċjenzi stabbiliti fil-funzjonament tal-kontrolli ewlenin “Verifiki xierqa dwar l-eliġibilità tal-kostijiet tal-operazzjoni” u “Proċeduri xierqa għall-għażla u l-evalwazzjoni ta’ proġetti jew applikazzjonijiet”, Sena Finanzjarja 2019 |
TA’ DARBA |
|
EUR |
-247 748,43 |
0,00 |
-247 748,43 |
|
|
Ċertifikazzjoni |
2016 |
Żbalji Finanzjarji Identifikati mill-Korp taċ-Ċertifikazzjoni |
TA’ DARBA |
|
EUR |
-78 032,29 |
0,00 |
-78 032,29 |
|
|
Approvazzjoni tal-Kontijiet – Approvazzjoni Finanzjarja |
2019 |
Żbalji individwali - tas-SIAK tal-FAEŻR |
TA’ DARBA |
|
EUR |
-11 648,58 |
0,00 |
-11 648,58 |
|
|
Żvilupp rurali - Miżuri tan-nonSIAK |
2018 |
kontroll ewlieni, “Proċeduri xierqa għall-għażla u l-valutazzjoni tal-proġetti jew tal-applikazzjonijiet Sena Finanzjarja 2018-2019 |
TA’ DARBA |
|
EUR |
-1 933 280,58 |

-1 426 714,65 |
0,00 |
-1 426 714,65 |
|
|
Żvilupp Rurali, FAEŻR, Għarfien u innovazzjoni |
2016 |
kontroll ewlieni “Verifika li l-proċeduri tal-akkwist pubbliku jikkonformaw mar-Regolament nazzjonali u tal-Unjoni |
RATA FISSA |
23,44 % |
EUR |
-898,00 |

-110 558,25 |

-475 154,01 |

-109 153,46 |
0,00 |
-109 153,46 |
|
|
|
|
|
|
Total GB: |
EUR |
-6 183 000,91 |
0,00 |
-6 183 000,91 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Munita |
Ammont |
Tnaqqis |
Impatt Finanzjarju |
|
EUR |
-6 183 000,91 |
0,00 |
-6 183 000,91 |