Official Journal L 164 , 30/06/1999 P. 0053 - 0055
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1410/1999 tad-29 ta’ Ġunju 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2808/98 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikar ta’ sistema agrimonetarja għall-ewro fl-agrikoltura u jemenda d-definizzjoni ta’ ċerti avvenimenti operattivi li hemm disposizzjoni dwarhom fir-Regolamenti (KEE) Nru 3889/87, (KEE) Nru 3886/92, (KEE) Nru 1793/93, (KEE) Nru 2700/93 u (KE) Nru 293/98 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxil-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi l-arranġamenti agrimonetarja għall-ewro [1], u partikolarment l-Artikoli 3(2) u 9 tiegħu, (1) Billi Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3516/93 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-avvenimenti operattivi għar-rati tal-kambju li jkunu applikati meta jkunu kkalkulati ċerti ammonti li hemm disposizzjoni dwarhom fil-mekkaniżmi ta’ l-organiżazzjoni komuni tas-suq għal prodotti ta’ l-intrapriżi tas-sajd u l-akkwakultura [2], jiddiffenixxi l-avvenimenti operattivi għal intrapriżi tas-sajd; billi, fl-interess tat-trasparenza u ta’ kjarezza, ir-referenza għal prodotti ta’ l-imrapriżi tas-sajd fid-definizzjoni ta’ avvenimenti operattivi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2808/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema agromonetarja għall-ewro fl-agrikoltura [3] għandu jkun imħassar; (2) Billi l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2808/98 jiddifenixxi l-avvenimenti operattivi għar-rata tal-kambju fil-każ ta’ l-għajnuna għal kull ettaru u ammonti ta’ karattru strutturali jew ambjentali; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3889/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri speċjali għal ċertu reġjuni tal-produzzjoni tal-hops [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 718/93 [5], li jiddifenixxi l-avvenimenti operattivi għar-rata tal-kambju applikabbli għal pagament ta’ l-għajnuna speċjali; billi l-Artikolu 53 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3886/92 tat-23 ta’ Diċembru 1992 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ skemi preferenzjali li hemm disposizzjoni dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella u jħassar ir-Regolamenti (KEE) 1244/82 u (KEE) 714/89 (KEE) [6] kif emendati l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2604/98 [7], li jiddifenixxi l-avveniment operattiv tar-rata tal-kambju għal-laġġju fis-settur taċ-ċanga u l-vitella; billi, r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1793/93 tat-30 ta’ Ġunju 1993 rigward l-avveniment operattiv għar-rati tal-kambju agrikolu użati fis-settur tal-hops [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2404/97 [9], jiddifenixxi l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju applikabbli għas-settur tal-hops; billi l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2700/93 tat-30 ta’ Settembru 1993 dwar ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-laġġju favur il-produtturi tal-laħam tan-ngħaġ u tal-laħam tal-mogħoż [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1526/96 [11], jiddifenixxi l-avvenimenti operattivi għar-rata tal-kambju għal-laġġju fis-settur tal-laħam tan-ngħaġ; billi l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 293/98 ta’ l-4 ta’ Frar 1998 jiddetermina l-avvenimenti operattivi applikabbli għal prodotti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, għal prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati u parzjalment ipproċessati għall-pjanti ħajjin u l-prodotti tal-flori-kultura u għal ċerti prodotti elenkati fl-Anness II tat-Trattat KE, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1445/92 [12] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 999/1999 [13], jiddifenixxi l-avveniment operattiv tar-rata tal-kambju għall-għajnuna biex ikun hemm titjib fil-kwalità u s-suq tal-ġewż u ta' l-imwieżet tal-ħarrub; (3) Billi r-rata tal-kambju fil-jum ta' l-avveniment operattiv għall-għajnuniet, għal-laġġju u għall-ammonti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 hija definita bħala r-rata f’jum partikolari; billi r-rata applikabbli fil-jum ta’ l-avvenimenti operattivi għandha tkun emendata ħalli tassigura fil-prinċipju li dawk l-għajnuniet, il-laġġju u l-ammonti ma jgħaddux minn ċaqliq qawwi meta jkunu kkonvertiti fil-munita nazzjonali minħabba r-rata tal-kambju f’jum partikolari; billi, għal dak l-iskop, l-aħjar soluzzjoni tidher li tkun medja ta’ rati ta’ kambju applikabbli matul ix-xahar preċedenti ta’ l-avveniment operattiv, ikkalkulata pro rata temporis; (4) Billi l-miżuri li hemm disposizzjonijiet dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitati ta' Ġestjoni relevanti, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 1. Ir-Regolament (KE) Nru 2808/98 huwa emendat kif ġej: (a) Fir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 3 (1), il-kliem "fis-setturi tal-prodotti tal-ħxejjex u tal-ħut" huma mibdula bi "fis-settur tal-frott u l-ħxejjex". (b) Il-paragrafu segwenti għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 4: "3. Għall-iskopijiet fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, ir-rata tal-kambju li għandha tkun użata għandha tkun il-medja tar-rati tal-kambju applikabbli matul ix-xahar li jippreċedi d-data ta’ l-avveniment operattiv, ikkalkulata pro rata temporis." 2. L-Artikolu 5 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 3889/87 huwa mibdul b'dan li ġej: "3. Ir-rata tal-kambju li għandha tkun użata għal pagament ta’ l-għajnuna speċjali fil-munita nazzjonali għandha tkun il-medja tar-rati tal-kambju applikabbli matul ix-xahar li jippreċedi l-1 ta’ Jannar tas-sena tat-tkomplija tal-pjan tal-konverżjoni, ikkalkulata pro rata temporis. Ir-rata tal-kambju li għandha tkun użata għal pagament ta’ l-avvanz fuq l-għajnuna speċjali fil-munita nazzjonali għandha tkun il-medja tar-rati tal-kambju applikabbli matul ix-xahar ta’ qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha d-deċiżjoni għall-approvazzjoni tal-programm tkun ittieħdet mill-Kummissjoni, ikkalkulata pro rata temporis." . 3. L-Artikolu 53 tar-Regolament (KEE) Nru 3886/92 huwa mibdul b'dan li ġej: "L- Artikolu 53 Il-konverżjoni fil-munita nazzjonali Il-konverżjoni ta’ ammonti tal-laġġju fil-munita nazzjonali għandha ssir: (a) - fil-każ ta’ proċessar u negozjar kmieni tal-laġġju, ir-rata tal-kambju applikabbli fl-ewwel jum tax-xogħol tax-xahar li immedjatament jippreċedi x-xahar li fih l-annimal ikun ġie maqtul, - fil-każ tal-laġġju li ma jkunx ta' l-istaġun, medja ta’ rati tal-kambju applikabbli matul ix-xahar qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja li matulha l-annimal kien ġie maqtul ikkalkulata pro rata temporis; (b) għall-laġġju l-oħrajn u għall-ammont addizzjonali, il-medja tar-rati tal-kambju applikabbli matul ix-xahar ta’ qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja li dwarha l-laġġju u/jew l-ammont ikunu mgħoti, ikkalkulata pro rata temporis." . 4. L-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1793/93 huwa mibdul b'dan li ġej: "L- Artikolu 1 Ir-rata tal-kambju li għandha tkun applikata għall-iskopijiet ta’ l-għajnuna li hemm disposizzjoni dwarha fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 għandha tkun il-medja tar-rati tal-kambju applikabbli matul ix-xahar ta’ qabel l-1 ta’ Lulju tas-sena tal-ħsad, ikkalkulata pro rata temporis." 5. L-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2700/93 huwa mibdul b'dan li ġej: "L- Artikolu 6 Ir-rata tal-konverżjoni 1. Ir-rata tal-komverżjoni li għandha tkun applikata għall-ammont tal-pagament bil-quddiem li hemm referenza għaliha fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 (6) tar-Regolament (KE) Nru 2467/98 għandha tkun il-medja tar-rati tal-kambju applikabbli matul ix-xahar ta’ qabel l-ewwel jum tas-sena tas-suq li dwarha l-laġġju jkun ingħata, ikkalkulata pro rata temporis. 2. Ir-rata tal-konverżjoni li għandha tkun applikata: - għall-ammont tal-laġġju u għall-bilanċ li hemm referenza għalihom fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 (6) tar-Regolament (KE) Nru 2467/98, - għall-ammont tal-laġġju u tal-bilanċ li hemm referenza għalihom hawn fuq fl-avveniment li l-pagament ikun meħud ’il quddiem lejn is-sena tas-suq ta’ wara, u - għall-ammont tat-tnaqqis li hemm referenza għalih fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3493/90, għandha tkun il-medja tar-rata tal-kambju applikabbli matul ix-xahar ta’ qabel l-aħħar jum tas-sena tas-suq f’dak li għandu x’jaqsam mal-laġġju mgħoti, ikkalkulata pro rata temporis." 6. L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 293/98 huwa mibdul b'dan li ġej: "L- Artikolu 12 (Ġewż u mwieżet tal-ħarrub) Ir-rata tal-kambju applikabbli għall-konverżjoni kull sena fil-munita nazzjonali ta’ l-għajnuna massima kull ettaru biex titjieb il-kwalità u l-kummerċjabilità ta’ ġewż u mwieżet tal-ħarrub li hija stabbilita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 790/89 għandha tkun il-medja tar-rati tal-kambju applikabbli matul ix-xahar ta’ qabel l-1 ta’ Jannar tal-perjodu annwali ta’ referenza fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 2159/89, ikkalkulata pro rata temporis." L- Artikolu 2 Il-medja tar-rata tal-kambju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1 (2), (3), (4), (5) u (6) għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni matul ix-xahar ta' wara d-data ta’ l-avveniment operattiv. L- Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 1999. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 29 ta’ Ġunju 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1. [2] ĠU L 320, 22.12.1993, p. 10. [3] ĠU L 349, 24.12.1998, p. 36. [4] ĠU L 365, 24.12.1987, p. 41. [5] ĠU L 74, 27.3.1993, p. 46. [6] ĠU L 391, 31.12.1992, p. 20. [7] ĠU L 328, 4.12.1998, p. 5. [8] ĠU L 163, 6.7.1993, p. 22. [9] ĠU L 332, 4.12.1997, p. 31. [10] ĠU L 245, 1.10.1993, p. 99. [11] ĠU L 190, 31.7.1996, p. 21. [12] ĠU L 30, 5.2.1998, p. 16. [13] ĠU L 122, 12.5.1999, p. 34. --------------------------------------------------