|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/976 |
11.2.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12283 — FREUDENBERG / NILFISK)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/976)
1.
Fit-2 ta’ Frar 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Freudenberg Home and Cleaning Solutions GmbH (“Freudenberg”), il-Ġermanja, ikkontrollata minn Freudenberg & Co. KG (“Grupp Freudenberg”), il-Ġermanja, |
|
— |
Nilfisk Holding A/S (iktar ’il quddiem “Nilfisk”), id-Danimarka. |
Freudenberg se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Nilfisk kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-11 ta’ Diċembru 2025.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Freudenberg Group jopera f’erba’ oqsma ta’ negozju differenti: (i) it-teknoloġija tas-siġilli u tal-kontroll tal-vibrazzjoni, (ii) it-tessuti tekniċi u l-filtrazzjoni, (iii) it-teknoloġiji u l-prodotti tat-tindif, u (iv) l-ispeċjalitajiet, |
|
— |
Nilfisk huwa manifattur tat-tagħmir oriġinali għall-prodotti tat-tindif, li jiffoka fuq il-magni tat-tindif għall-utenti professjonali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet possibbli tagħhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12283 — FREUDENBERG / NILFISK
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/976/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)