|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1459 |
1.7.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1459
tal-25 ta’ Ġunju 2026
li tiddetermina d-data minn meta d-data personali marbuta mad-data dattiloskopika tkun tista’ tingħata mill-Istati Membri lill-Iżvizzera u l-Liechtenstein
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2536 tat-12 ta’ Diċembru 2022 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta’ servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (1),
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2537 tat-12 ta’ Diċembru 2022 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta’ servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (2),
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta’ servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (3), kif ukoll il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta’ servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (4) (il-“Ftehimiet”) jipprevedu l-kooperazzjoni reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, minn naħa waħda, u l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data dwar id-DNA, data dattiloskopika u data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi. |
|
(2) |
Il-Ftehimiet huma vinkolanti għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha bis-saħħa tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2536 u (UE) 2022/2537, rispettivament, li huma bbażati fuq l-Artikolu 82(1) u l-Artikolu 87(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 8(7) tal-Ftehimiet, il-forniment mill-Istati Membri ta’ data personali previst skont il-Ftehimiet ma għandux isir qabel ma d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (5) ma jkunu ġew implimentati fid-dritt nazzjonali tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein, rispettivament. Sabiex tiġi vverifikata l-implimentazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet„ għandhom jitwettqu żjara ta’ evalwazzjoni u prova pilota fl-Iżvizzera u fil-Liechtenstein. Dawk huma simili għaż-żjarat ta’ evalwazzjoni u l-provi pilota mwettqa fir-rigward tal-Istati Membri skont il-Kapitolu 4 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (6). |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 8(7), it-tielet subparagrafu, tal-Ftehimiet, is-setgħat ta’ implimentazzjoni huma kkonferiti lill-Kunsill bil-ħsieb li tiġi ddeterminata d-data jew id-dati minn meta d-data personali tista’ tiġi pprovduta mill-Istati Membri lill-Iżvizzera u lil-Liechtenstein. |
|
(5) |
F’Novembru 2024 u f’Lulju 2025 il-Kunsill fassal kwestjonarji ddedikati apposta marbuta mal-protezzjoni tad-data u l-iskambju awtomatiku ta’ data dattiloskopika, u bagħathom lill-Iżvizzera u lil-Liechtenstein rispettivament. F’Mejju 2025 u f’Lulju 2025 l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, rispettivament, ipprovdew lill-Kunsill bit-tweġibiet rispettivi tagħhom għall-kwestjonarji marbuta mal-protezzjoni tad-data u l-iskambju awtomatiku ta’ data dattiloskopika. Dawk it-tweġibiet ġew trażmessi sussegwentement lit-tim ta’ evalwazzjoni relevanti. |
|
(6) |
Fil-21 ta’ Jannar 2026, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għaddew minn evalwazzjoni komuni fir-rigward tat-tfittxijiet awtomatizzati ta’ data dattiloskopika. Dik l-evalwazzjoni qieset il-fatt li, skont ftehim bilaterali bejn l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, il-Liechtenstein jaħżen id-data dattiloskopika kollha tiegħu fil-bażi ta’ data Żvizzera għall-Identifikazzjoni Awtomatizzata tal-Marki tas-Swaba’. L-Iżvizzera wkoll tipproċessa u tipprovdi għarfien espert forensiku lil-Liechtenstein. Il-persunal awtorizzat mil-Liechtenstein għandu aċċess estensiv għall-bażi ta’ data bijometrika tal-Iżvizzera sabiex itella’ d-data dattiloskopika u personali tiegħu stess u biex ifittex u jaċċessa d-data maħżuna f’dik il-bażi ta’ data bijometrika. Mil-lat tekniku, il-Liechtenstein huwa konness mal-bażi ta’ data Żvizzera għall-Identifikazzjoni Awtomatizzata tal-Marki tas-Swaba’ bis-sett ta’ data tiegħu stess, daqslikieku huwa distrett awtonomu Żvizzeru. |
|
(7) |
Fil-qafas tal-evalwazzjoni, twettqet b’suċċess prova pilota għall-iskambju ta’ data dattiloskopika bejn l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, minn naħa waħda, u l-Awstrija, min-naħa l-oħra. |
|
(8) |
Fit-22 ta’ April 2026, ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali li jagħti sinteżi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta’ evalwazzjoni u tal-prova pilota. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni kkonkluda li l-aspetti li jippermettu l-iskambju awtomatizzat ta’ data dattiloskopika mal-Istati Membri skont l-Artikolu 8(7) tal-Ftehimiet kienu ġew implimentati b’suċċess mill-Iżvizzera u mil-Liechtenstein fil-livelli legali, operazzjonali u tekniċi. |
|
(9) |
L-Iżvizzera u l-Liechtenstein jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(7) tal-Ftehimiet u għalhekk jenħtieġ li jkunu intitolati li jirċievu data personali fornuta mill-Istati Membri skont il-Ftehimiet. |
|
(10) |
L-Irlanda hija marbuta bil-Ftehimiet bis-saħħa tad-Deċiżjonijiet (UE) 2022/2536 u (UE) 2022/2537 u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, li timplimenta l-Ftehimiet. |
|
(11) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tat-tiftix u t-tqabbil awtomatizzat tad-data dattiloskopika, data personali tista’ tiġi fornuta mill-Istati Membri lill-Iżvizzera u lil-Liechtenstein mill-1 ta’ Lulju 2026 skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta’ servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji, u l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta’ servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji,rispettivament..
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2026.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. PANAYIOTOU
(1) ĠU L 328, 22.12.2022, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2536/oj.
(2) ĠU L 328, 22.12.2022, p. 96, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2537/oj.
(3) ĠU L 187, 12.7.2019, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2019/1187/oj.
(4) ĠU L 184, 10.7.2019, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2019/1172/oj.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/615/oj).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/616/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1459/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)