European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3948

10.7.2025

OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-2 ta’ Lulju 2025

dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Bulgarija u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għall-Bulgarija

(CON/2025/15)

(C/2025/3948)

Introduzzjoni u bażi legali

Fil-5 ta' Ġunju 2025 l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Bulgarija (1). Fl-1 ta’ Lulju 2025 l-BĊE irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għall-Bulgarija (2).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 140(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 17.5, l-ewwel sentenza, tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet

1.

Ir-regolamenti proposti se jagħmlu possibbli l-introduzzjoni tal-euro bħala l-munita tal-Bulgarija wara l-abrogazzjoni tad-deroga tal-Bulgarija skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 140(2) tat-Trattat.

2.

Il-BĊE jilqa’ r-regolamenti proposti.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Lulju 2025.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  COM(2025) 301 finali.

(2)  COM(2025) 372 finali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3948/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)