|
20.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/52 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 531/2014
tat-12 ta' Marzu 2014
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 jistipula li, f'tal-anqas kwart tal-Istati Membri, in-numru minimu ta' firmatarji ta' inizjattiva taċ-ċittadini għandu jkun jikkorrispondi man-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru, multiplikat b'750. Dawk in-numri minimi huma stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament. |
|
(2) |
Fit-28 ta' Ġunju 2013 il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/312/UE li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew. (2) Dik id-Deċiżjoni li daħlet fis-seħħ fit-30 ta' Ġunju 2013, tiffissal-għadd ta' rappreżentanti fil-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru għal-leġiżlatura 2014-2019. Il-leġiżlatura 2014-2019 tibda fl-1 ta' Lulju 2014. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa japplika mill-1 ta' Lulju 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESSI
Numru minimu ta' firmatarji għal kull Stat Membru
|
Il-Belġju |
15 750 |
|
Il-Bulgarija |
12 750 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
15 750 |
|
Id-Danimarka |
9 750 |
|
Il-Ġermanja |
72 000 |
|
L-Estonja |
4 500 |
|
L-Irlanda |
8 250 |
|
Il-Greċja |
15 750 |
|
Spanja |
40 500 |
|
Franza |
55 500 |
|
Il-Kroazja |
8 250 |
|
L-Italja |
54 750 |
|
Ċipru |
4 500 |
|
Il-Latvja |
6 000 |
|
Il-Litwanja |
8 250 |
|
Il-Lussemburgu |
4 500 |
|
L-Ungerija |
15 750 |
|
Malta |
4 500 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
19 500 |
|
L-Awstrija |
13 500 |
|
Il-Polonja |
38 250 |
|
Il-Portugall |
15 750 |
|
Ir-Rumanija |
24 000 |
|
Is-Slovenja |
6 000 |
|
Is-Slovakkja |
9 750 |
|
Il-Finlandja |
9 750 |
|
L-Isvezja |
15 000 |
|
Ir-Renju Unit |
54 750 |