|
12.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/154 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/441
tal-11 ta’ Marzu 2021
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
F’Lulju 2002, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1339/2002 (2) il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 21 % fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) u dazju anti-dumping definittiv ta’ 18,3 % fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja (“l-investigazzjoni oriġinali”). |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1338/2002 (3), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv ta’ 7,1 % fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja. |
|
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2002/611/KE (4), il-Kummissjoni aċċettat impenn ġdid fir-rigward kemm tal-miżuri anti-dumping kif ukoll dawk antisussidji fuq l-importazzjonijiet mill-Indja offruti minn produttur esportatur Indjan wieħed, li jġib l-isem ta’ Kokan Synthetics and Chemicals Pvt. Ltd (“Kokan”). |
|
(4) |
Fi Frar 2004, permezz tar-Regolament (KE) Nru 236/2004 (5), il-Kunsill żied ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-RPĊ minn 21 % għal 33,7 % wara investigazzjoni mill-ġdid ta’ kontra l-assorbiment. |
|
(5) |
F’Marzu 2004, permezz tad-Deċiżjoni 2004/255/KE (6), il-Kummissjoni ħassret id-Deċiżjoni 2002/611/KE wara l-irtirar volontarju tal-impenn minn Kokan. |
|
(6) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2006/37/KE (7), il-Kummissjoni aċċettat impenn ġdid fir-rigward kemm tal-miżuri anti-dumping kif ukoll dawk antisussidji fuq l-importazzjonijiet mill-Indja offruti minn Kokan. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1338/2002 u (KE) Nru 1339/2002 kienu emendati permezz tar-Regolament (KE) Nru 123/2006 (8) kif meħtieġ. |
|
(7) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1000/2008 (9), il-Kunsill impona dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1010/2008 (10), il-Kunsill impona dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja u emenda l-livell tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Indjani ta’ aċidu sulfaniliku wara reviżjoni ta’ skadenza u reviżjoni interim. |
|
(8) |
Permezz tar-Regolament (UE) Nru 1346/2014 (11), il-Kummissjoni imponiet dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-RPĊ u ħassret id-dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta’ skadenza. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 1347/2014 (12), il-Kummissjoni ħassret id-dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta’ skadenza. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(9) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (13) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet mir-RPĊ, il-Kummissjoni fid-19 ta’ Settembru 2019 irċeviet talba għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza ta’ dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba tressqet minn Bondalti Chemicals S.A. (“l-applikant” jew “Bondalti”), l-uniku produttur ta’ aċidu sulfaniliku fl-Unjoni, u għalhekk jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. |
|
(10) |
It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dumping u f’kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(11) |
Wara li stabbiliet li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fit-18 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ Notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (14) (“in-Notifika ta’ Bidu”), il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
1.4. Investigazzjoni
1.4.1. Il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat
|
(12) |
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2018 sat-30 ta’ Settembru 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni għar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.4.2. Partijiet interessati
|
(13) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lil produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet tar-RPĊ, u lill-importaturi u lill-utenti magħrufa dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(14) |
L-ebda parti ma ppreżentat ruħha. |
|
(15) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. |
|
(16) |
Ma sar l-ebda smigħ mal-Kummissjoni jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ. |
1.4.3. Kampjunar
1.4.3.1. Il-kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(17) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, hija talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea tidentifika lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk kien hemm, li setgħu kienu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. L-ebda assoċjazzjoni ta’ produtturi esportaturi ma kienet magħrufa u kkuntattjata. |
|
(18) |
L-ebda kumpanija mir-RPĊ ma ppreżentat ruħha. |
|
(19) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tar-RPĊ (15) li kienet beħsiebha tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku meta teżamina l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping. L-awtoritajiet tar-RPĊ ma rrispondewx. |
1.4.3.2. Kampjunar tal-importaturi mhux relatati
|
(20) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, jippreżentaw ruħhom u jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ bidu. |
|
(21) |
L-ebda importatur ma ppreżenta ruħu. |
1.4.4. It-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-verifika
|
(22) |
Il-Kummissjoni għamlet disponibbli online l-kwestjonarji għall-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, u l-importaturi mhux relatati. |
|
(23) |
It-tweġiba għall-kwestjonarju waslet mingħand l-uniku produttur tal-Unjoni. |
|
(24) |
Il-Kummissjoni bagħtet lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”) kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(25) |
Il-Kummissjoni ppruvat tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu u l-interess tal-Unjoni. |
|
(26) |
Wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissospendi l-vjaġġi kollha mhux essenzjali u infurmat lill-partijiet interessati dwar dan (16). Sussegwentement, saret kontroverifika mill-bogħod (remote crosscheck, “RCC”) tal-informazzjoni ppreżentata fil-kwestjonarju għall-partijiet li ġejjin: Produttur tal-Unjoni:
|
1.4.5. Preżentazzjoni tad-data
|
(27) |
Minħabba li l-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn produttur wieħed biss, uħud miċ-ċifri ppreżentati f’dan ir-regolament huma fil-forma ta’ meded għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. |
1.4.6. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(28) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li, fir-rigward tar-RPĊ, għandha tendenza li tindika l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nediet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(29) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, kienet temporanjament għażlet l-Indja bħala sors xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li se teżamina sorsi possibbli oħrajn. |
|
(30) |
Fis-7 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni, bl-ewwel nota (“in-Nota tas-7 ta’ Mejju”) informat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materjal prima, il-manodopera u l-enerġija li jintużaw fil-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni kkonfermat l-intenzjoni tagħha li tagħżel l-Indja bħala sors xieraq. L-applikant biss bagħat kummenti dwar in-Nota tas-7 ta’ Mejju. |
|
(31) |
Fil-25 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni, bit-tieni nota (“in-Nota tal-25 ta’ Settembru”) informat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali u kkonfermat l-għażla tagħha tal-Indja bħala sors xieraq. Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (selling, general and administrative costs, “SG&A”) u profitti bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija Aarti, produttur fl-Indja. Ġew ikkunsidrati l-kummenti mibgħuta mill-applikant. Ma wasal l-ebda kumment dwar it-tieni nota. |
1.4.7. Proċedura sussegwenti
|
(32) |
Fl-14 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni żvelat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha żżomm id-dazju anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar l-iżvelar. L-applikant ippreżenta kummenti li jappoġġjaw il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni. |
2. IL-PRODOTT SOĠĠETT GĦAR-RIEŻAMI U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott soġġett għar-rieżami
|
(33) |
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami (17) huwa l-aċidu sulfaniliku u l-imluħ tiegħu (“il-prodott soġġett għar-rieżami”), li joriġina mir-RPĊ, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2921 42 00 (kodiċijiet TARIC 2921420040, 2921420060, u 2921420061). Dan jinkludi:
|
|
(34) |
L-aċidu sulfaniliku jintuża bħala materja prima fil-produzzjoni ta’ aġenti bjankaturi fluworexxenti, addittivi tal-konkrit, koloranti tal-ikel, żebgħa speċjalizzata, u fi ħdan l-industrija farmaċewtika. |
2.2. Il-prodott simili
|
(35) |
Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza sussegwenti, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
Għaldaqstant, dawn il-prodotti jitqiesu li huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TA’ DUMPING
|
(36) |
F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, u kif imsemmi fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza ta’ dumping mir-RPĊ. |
3.1. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-kumpaniji fil-kampjun u l-GTĊ
|
(37) |
Kif imsemmi fil-premessa (18), l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, fis-27 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet Ċiniżi li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni setgħet tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għall-konstatazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni saħqet ukoll li konstatazzjoni bbażata fuq il-fatti disponibbli tista’ tkun anqas favorevoli għall-partijiet ikkonċernati u stiednet lir-RPĊ tikkummenta. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment f’dan ir-rigward. |
|
(38) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni bagħtet lill-GTĊ kwestjonarju dwar l-anti-dumping maħsub għall-awtoritajiet tar-RPĊ. Dak il-kwestjonarju ġie pprovdut lill-GTĊ sabiex ikun jista’ jipprovdi l-fehmiet tiegħu dwar l-evidenza li tinsab fit-talba li abbażi tagħha ġie ddikjarat li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti fis-suq domestiku Ċiniż għall-prodott soġġett għar-rieżami li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Kif imsemmi fil-premessa (28) ta’ hawn fuq, il-GTĊ ma pprovda l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju u lanqas ma indirizza l-evidenza fil-fajl tal-każ ipprovdut mill-applikant, inkluż id-“Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ” (“ir-Rapport”). |
|
(39) |
Fis-27 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ dwar l-intenzjoni tagħha li tapplika wkoll l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u tibbaża s-sejbiet tagħha fir-rigward tad-distorsjonijiet imsemmija fir-RPĊ fuq il-fatti disponibbli. Il-Kummissjoni saħqet ukoll li sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista’ tkun anqas favorevoli għall-parti kkonċernata u stiednet lill-GTĊ jikkummenta. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment. Il-Gvern tar-RPĊ ma rreġistrax bħala parti interessata fil-proċediment. |
|
(40) |
Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli. B’mod partikolari, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami u sorsi oħrajn ta’ informazzjoni pubblikament disponibbli bħal siti web rilevanti. |
|
(41) |
F’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-konstatazzjonijiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli. B’mod partikolari, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami u l-istatistika bbażata fuq id-data rrapportata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“bażi ta’ data tal-Artikolu 14(6)”), u l-Eurostat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat sorsi oħra ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament bħall-bażi ta’ data tal-Atlas tal-Kummerċ Globali (Global Trade Atlas, “GTA”) u s-siti web tal-produtturi Ċiniżi rilevanti (18). |
3.2. Dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami
|
(42) |
Kif spjegat fit-taqsima 4.3, l-importazzjonijiet Ċiniżi ammontaw għal aktar minn terz tal-importazzjonijiet totali tal-prodott soġġett għar-rieżami lejn l-Unjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi nstab li kien rappreżentattiv għall-fini tal-kalkolu tad-dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami. |
3.2.1. Valur normali
|
(43) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(44) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “(f)il-każ li jiġi ddeterminat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. |
|
(45) |
Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt fit-Taqsima 3.2.2, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.2. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
3.2.2.1. Introduzzjoni
|
(46) |
L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “d-distorsjonijiet sinifikanti” bħala dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrapportati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:
|
|
(47) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista mhux eżawrjenti ta’ elementi fid-dispożizzjoni preċedenti. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti, għandu jitqies l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew ta’ aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott soġġett għar-rieżami. Fil-fatt, peress li dik il-lista mhijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jitqiesu għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex tintwera l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali biex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq. |
|
(48) |
L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[ f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”. |
|
(49) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ppubblikat rapport tal-pajjiż li jikkonċerna r-RPĊ (19), li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi tal-produzzjoni ewlenin (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol) kif ukoll f’ setturi speċifiċi (bħall-azzar u l-kimiċi). Il-partijiet interessati kienu mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza inkluża fil-fajl tal-investigazzjoni fi żmien tal-bidu. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. |
|
(50) |
It-talba għal rieżami pprovdiet evidenza addizzjonali dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-aċidu sulfaniliku skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b), li tikkomplementa r-Rapport. L-applikant ipprovda evidenza li l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott soġġett għar-rieżami huwa affettwat (tal-anqas potenzjalment) mid-distorsjonijiet imsemmija fir-Rapport, b’mod partikolari minn livelli għoljin ta’ interferenza mill-Istat fis-settur kimiku, inkluż f’setturi relatati mal-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku, b’mod partikolari fis-setturi tal-input u fir-rigward tal-fatturi tal-produzzjoni. |
|
(51) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi pubblikament disponibbli. Din l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tal-PRĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott soġġett għar-rieżami. |
3.2.2.2. Distorsjonijiet sinifikanti li affettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ
|
(52) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dan il-kunċett huwa minqux fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi ta’ produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (20). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma ttollerati, bil-liġi tippermettilhom jiżviluppaw flimkien mas-sjieda tal-Istat (21). |
|
(53) |
Barra minn hekk, skont il-leġiżlazzjoni Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (22) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Din it-tmexxija u dan il-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħrajn li fihom il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw il-forzi tas-suq ħieles. |
|
(54) |
L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq l-għanijiet tiegħu, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (23). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti li jintużaw mill-awtoritajiet Ċiniżi huma bosta, inklużi s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju. |
|
(55) |
L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġjati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri espliċiti fir-rigward tal-produzzjoni, filwaqt li din kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, is-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali qed jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern u l-għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi attribwiti lilhom (ammeljorament industrijali, espansjoni industrijali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma jeħtiġilhom jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anke minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.2.2.5 ta’ hawn taħt) (24). |
|
(56) |
It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom għandhom jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-Taqsima 3.2.2.8 ta’ hawn taħt) (25). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju, għajr is-settur bankarju, huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li mhumiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (26). |
|
(57) |
It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex iddefinita, u għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi deċiżjonali (27). Bl-istess mod, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u d-daqs kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġjati l-għanijiet tal-politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (28). |
|
(58) |
Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (29). |
3.2.2.3. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur.
|
(59) |
Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. |
|
(60) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mir-RPĊ, il-Kummissjoni għandha informazzjoni limitata dwar l-istruttura tas-sjieda tal-kumpaniji attivi fis-settur tal-aċidu sulfaniliku fir-RPĊ. Fost it-tliet kumpaniji Ċiniżi indikati bħala produtturi ewlenin mill-applikant, kollha jidhru li huma proprjetà privata. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li fil-każ ta’ wieħed mit-tliet produtturi – Cangzhou Lingang Yueguo Chemical Co., Ltd. – l-unità ta’ produzzjoni tal-intrapriża tinsab fiż-Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku u Teknoloġiku ta’ Cangzhou Lingang - park kimiku nazzjonali, li huwa taħt influwenza diretta tas-CCP, kif evidenzjat ukoll mir-rapport tal-midja li ġej: “Fl-għodwa tas-17 ta’ Lulju, il-Fergħa tal-Partit taċ-Ċentru ta’ Servizz tal-Proġett taż-Żona ta’ Żvilupp [Lingang Economic and Technological] organizzat laqgħa tal-partit biex tiċċelebra d-99 anniversarju mit-twaqqif tal-Partit kif ukoll għall-assemblea ta’ nofs is-sena tal-2020 tal-Partit. Li Guoqing, Membru tal-Kumitat ta’ Ħidma tal-Partit taż-Żona tal-Iżvilupp, Viċi President tal-Kumitat ta’ Ġestjoni u Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-entitajiet subordinati, attenda l-laqgħa u għamel diskors.” (30) Fil-każ ta’ kumpanija oħra msemmija, – Zhejiang Wulong Chemical Industrial Stock Co., Ltd. – il-Kummissjoni sabet, abbażi tar-rapporti mill-Federazzjoni tal-Industrija u l-Kummerċ All-China, li l-intrapriża għandha rabtiet mill-qrib mas-CCP peress li hija “ġiet ikklassifikata bħala organizzazzjoni ta’ Partit popolari avvanzat fil-livell tal-kontea u tal-belt għal ħafna snin. F’din il-kumpanija bi kważi 1 000 impjegat, l-influss tal-popolazzjoni ġab diffikultajiet fix-xogħol tal-bini tal-partit. Għalhekk, il-fergħa tal-Partit tal-kumpanija ħadmet bis-sħiħ biex tesplora modi ġodda ta’ kif jinbena l-Partit fil-kumpanija u tespandi l-ħidma tal-bini tal-Partit għal kull dipartiment tal-kumpanija. […] Song Yunchang qal li ħafna impjegati tal-kumpanija jagħtu biss attenzjoni lix-xogħol tal-produzzjoni u ma għandhomx għarfien tajjeb tax-xogħol tal-bini tal-Partit. Għalhekk, l-impjegati, u speċjalment il-membri tal-partit jistgħu jtejbu l-fehim ideoloġiku. […] Kull tliet xhur, il-fergħa tal-Parti tlaqqa’ kumitat tal-fergħa biex tistudja x-xogħol tal-bini tal-Partit u tanalizza s-sitwazzjoni tal-membri tal-Parti. Song Yunchang qal li l-fergħa tal-Partit tal-kumpanija ġiet mgħallma wkoll permezz tal-innovazzjoni tas-sistema” (31) |
|
(61) |
Kif ippreżentat mill-applikant, wieħed mit-tliet produtturi Ċiniżi kbar tal-aċidu sulfaniliku – Hebei Honggang Chemical Industry Co., Ltd – jesporta l-aċidu sulfaniliku permezz ta’ mill-anqas żewġ kumpaniji kummerċjali tal-Istat (Northeast Pharmaceutical Group Import and Export Trade Co., Ltd. u China Jiangsu International Economic and Technical Cooperation Group Co., Ltd). Barra minn hekk, skont l-applikant, l-akbar tliet negozjanti tal-aċidu sulfaniliku (32) huma kollha proprjetà tal-Istat u matul l-ewwel seba’ xhur tal-2019 esportaw aktar minn 4 000 tunnellata ta’ aċidu sulfaniliku, li rrappreżentaw 64 % tal-esportazzjonijiet kollha mir-RPĊ f’dak il-perjodu. |
|
(62) |
Fir-rigward tal-fornituri ta’ inputs għall-produzzjoni tal-prodott soġġett għar-rieżami, kif ippreżentat mill-applikant u kkonfermat fl-investigazzjonijiet preċedenti, il-materja prima ewlenija fil-manifattura tal-aċidu sulfaniliku hija l-anilina, li tirrappreżenta 35 % tal-kostijiet tal-produzzjoni. Skont it-talba għal rieżami, u kif ikkonfermat minn sorsi oħra, wieħed mill-produtturi ewlenin tal-anilina fuq skala globali hija l-kumpanija Ċiniża Wanhua Chemical (jew Yantai Wanhua) (33). Fl-2019, Wanhua Chemical ġiet ikklassifikata bħala s-37 l-akbar kumpanija kimika fid-dinja minn rivista speċjalizzata online (34). L-akbar azzjonist tal-kumpanija huwa Yantai Guofeng Investment Holdings Ltd (Yantai Guofeng), li hija kumpanija bi sjieda sħiħa tal-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat (SASAC) tal-Gvern Muniċipali ta’ Yantai (35). Fir-rapport annwali ta’ Wanhua Chemical għas-sena 2019, Yantai Guofeng jirrappreżenta l-entità ewlenija ta’ kontroll ta’ Wanhua Chemical (36). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sabet ukoll f’rapporti tal-midja li s-CCP għandu rwol prominenti fl-operazzjonijiet u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpanija: “Zhou Zhe, il-viċi segretarju tal-Kumitat tal-Partit Wanhua, qal b’emozzjoni: “hemm esperjenza estensiva wara s-suċċessi ta’ Wanhua miksuba matul l-aħħar 40 sena. Iżda dawn jistgħu jitqassru għal sentenza waħda, jiġifieri, li wieħed isegwi l-Partit b’determinazzjoni u li jsir użu tajjeb minn kull politika ta’ riforma maħruġa mill-Partit !” Minn Li Jiankui, l-ewwel President u segretarju tal-Partit għal Ding Jiansheng, il-President u s-segretarju tal-Partit tal-kumpanija konġunta tal-ishma u Liao Zengtai, il-President attwali u s-segretarju tal-Partit, is-segretarju tal-kumitat tal-Partit Wanhua u l-President tal-bord dejjem kienu “persuna waħda”. Dan jiżgura li l-kumitat tal-Partit ikollu rwol ewlieni billi jwassal lill-intrapriża biex iżżomm mal-kors stabbilit, jissorvelja l-operazzjonijiet ġenerali u jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet. Wanhua tiżgura li hemm fergħa tal-Partit għal kull unità ta’ produzzjoni u li huma żviluppati b’mod sod. Għalhekk, il-komunisti kollha dejjem ikunu minn ta’ quddiem fi żminijiet kritiċi.” (37) |
|
(63) |
Wanhua Chemical, li hija produttur ewlieni tal-anilina fir-RPĊ u madwar id-dinja, tista’ għalhekk titqies bħala kkontrollata mill-Istat. Bil-pożizzjoni tagħha, jeħtieġ li titqies ukoll bħala attur importanti tas-suq kimiku Ċiniż, li jidħol f’għadd ta’ interazzjonijiet kummerċjali mal-bqija tat-tessut settorjali, pereżempju, fir-rigward tal-forniment tal-inputs (38). Fornituri oħrajn tal-anilina jistgħu jitqiesu wkoll bħala parteċipanti attivi tas-settur petrokimiku Ċiniż. Fir-rigward ta’ dak is-settur, il-Kummissjoni sabet li, skont l-istatistika nazzjonali, l-intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) fis-settur kimiku Ċiniż kienu jirrappreżentaw 52 % tal-assi totali tal-kumpaniji kimiċi fl-2015 (39). L-SOEs, b’mod partikolari dawk prinċipali kbar, tradizzjonalment kellhom rwol dominanti fl-industrija petrokimika tar-RPĊ minħabba l-pożizzjoni ta’ oligopolija tagħhom fis-settur upstream/tal-materja prima, l-aċċess faċli għar-riżorsi allokati mill-gvern (fondi, self, art eċċ.) u influwenza qawwija fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-gvern. |
|
(64) |
Fir-rigward ta’ dan ta’ hawn fuq, il-GTĊ u s-CCP għandhom strutturi li jiżguraw li jibqa’ jkollhom influwenza fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi tal-Istat jew ikkontrollati mill-Istat. L-Istat (u f’ħafna aspetti anke s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn tali intrapriżi tal-Istat jew ikkontrollati mill-Istat, iżda jiddikjara wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operatorji tagħhom. Dan tipikament isir permezz ta’ rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u dawn il-kumpaniji, bil-preżenza ta’ membri tal-partit fil-korpi eżekuttivi tal-kumpaniji u fiċ-“ċelloli tal-partit” fl-istrutturi tal-kumpaniji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.2.4), kif ukoll permezz tat-tiswir tal-istruttura korporattiva tas-settur (40). Inkambju, l-intrapriżi tal-Istat jew ikkontrollati mill-Istat igawdu minn status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari lqugħ mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (41). L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ kontroll tal-gvern fuq l-intrapriżi fil-katina tal-valur tal-aċidu sulfaniliku, u s-settur kimiku inġenerali, huma żviluppati aktar fit-Taqsima 3.2.2.4 ta’ hawn taħt. |
|
(65) |
Minħabba l-livell sinifikanti ta’ intervent tal-gvern fl-industrija kimika Ċiniża, inkluż fi ħdan il-katina tal-valur tal-aċidu sulfaniliku, u sehem sinifikanti ta’ SOEs fis-settur, lanqas il-produtturi privati ma jitħallew joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati attivi fis-settur kimiku Ċiniż, inklużi l-produtturi tal-aċidu sulfaniliku u produtturi tal-inputs meħtieġa fil-produzzjoni ta’ dan tal-aħħar, huma soġġetti wkoll, direttament jew indirettament, għal superviżjoni u gwida tal-politika kif stabbilit fit-Taqsima 3.2.2.5 ta’ hawn taħt. |
3.2.2.4. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet
|
(66) |
Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda ta’ SOEs u għodod oħrajn, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment f’SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (42), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (43)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u biex isegwu d-dixxiplina tal-partit (44) . Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, u dan irriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (45). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-aċidu sulfaniliku u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
|
(67) |
Pereżempju, l-istrutturi tas-CCP jikkoinċidu personalment mal-korp maniġerjali fil-każ ta’ mill-anqas kumpanija waħda – Wanhua Chemical – li, kif diġà ssemma, tipproduċi ammonti kbar ta’ anilina (l-input kostitwenti ewlieni tal-aċidu sulfaniliku). Il-Kummissjoni sabet li l-President attwali tal-intrapriża, Liao Zengtai, għandu wkoll il-pożizzjoni ta’ segretarju tal-Partit. Barra minn hekk, wieħed mid-diretturi ta’ Wanhua Chemical, u l-President tal-azzjonijiet tagħha u l-kumpanija tal-kontroll Yantai Guofeng, huwa membru tas-CCP, u jservi bħala segretarju tal-fergħa tal-Partit tal-intrapriża tal-aħħar. Fil-passat, kien Membru tal-Kumitat tal-Partit ta’ Yantai SASAC, u kap tat-Taqsima tal-Evalwazzjoni tal-Istatistika tal-entità pubblika tal-aħħar (46). Bħala eżempju ieħor biex tintwera l-preżenza tas-CCP fit-tessut korporattiv tas-settur kimiku, fl-istrutturi ta’ wieħed mill-esportaturi ewlenin tal-aċidu sulfaniliku fir-RPĊ – China Jiangsu International Economic and Technical Cooperation Group – it-tim kollu tal-maniġment superjuri tal-kumpanija huwa affiljat mal-Partit (47). Il-kumpanija nnifisha tirrapporta wkoll dwar attivitajiet interni relatati mal-Partit: “Fil-waranofsinhar tat-18 ta’ Jannar, il-Kumitat tal-Partit tal-Kumpanija China Jiangsu International Group wettaq ir-rieżami annwali tal-2018 tal-ħidma tas-Segretarju tal-Organizzazzjoni tal-Partit dwar il-Bini ta’ Partit popolari u l-Konferenza tal-Użu tal-Ħidma tal-Bini tal-Partit tal-2019.” (48) Esportatur kbir ieħor tal-aċidu sulfaniliku msemmi aktar ’il fuq – Northeast Pharmaceutical Group Import and Export Trade Co., Ltd. – isostni li waħda mill-politiki korporattivi tiegħu hi li “Jisma’ d-diskors ta’ President Xi, u jsegwi l-Partit” u li wieħed mill-valuri korporattivi tiegħu hi li t-“Tmexxija ta’ negozju trid tkun ta’ benefiċċju għall-gvern” (49). |
|
(68) |
Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.2.8 ta’ hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (50). B’hekk, il-preżenza tal-Istat f’ditti, inklużi fl-SOEs, fis-settur tal-aċidu sulfaniliku u f’setturi relatati oħrajn (bħas-settur finanzjarju u dak tal-input) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet. |
3.2.2.5. Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles
|
(69) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema ta’ ppjanar fir-RPĊ twassal biex ir-riżorsi jiġu diretti lejn setturi deżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (51). |
|
(70) |
L-industrija kimika, li jappartjenu għaliha l-produtturi tal-aċidu sulfaniliku u l-fornituri tal-inputs tagħhom, hija meqjusa bħala settur importanti mill-GTĊ. Dan huwa kkonfermat f’bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra li jappartjenu lis-settur kimiku, u li jiġu ppubblikati fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali (52). |
|
(71) |
B’mod speċifiku, fir-rigward tal-olefini – il-grupp ta’ prodotti kimiċi li għalih jappartjeni l-benżen (il-materja prima għall-anilina – li hija l-input ewlieni tal-aċidu sulfaniliku) – tingħata attenzjoni partikolari fuq il-produzzjoni ta’ dan tal-aħħar fit-13-il Pjan Nazzjonali ta’ Ħames Snin (Five Year Plan, FYP) (53). L-olefini huma koperti wkoll mid-dispożizzjonijiet tat-13-il FYP għall-Industrija Petrokimika u Kimika (2016-2020), li permezz tagħhom l-Istat jistabbilixxi perkorsi ta’ żvilupp għal subsetturi kimiċi speċifiċi, inkluż il-ġestjoni tal-katina tal-provvista u tal-valur, kif ukoll l-istabbiliment ta’ miri ta’ industrijalizzazzjoni, li kollha jista’ jkollhom impatt dirett fuq il-forzi tas-suq f’dawn is-subsetturi. Fil-każ tal-olefini, l-Istat jagħti istruzzjonijiet biex: “Titħaffef il-promozzjoni tal-kostruzzjoni ta’ proġetti petrokimiċi ewlenin. […] Biex wieħed iħejji għall-użu tar-riżorsi kemm internazzjonali kif ukoll ta’ dawk nazzjonali, tiġi żviluppata kif xieraq il-konverżjoni tal-metanol f’olefini, id-deidroġenazzjoni tal-propan għal propilene, tiżdied il-kwota ta’ prodotti mhux ibbażati fuq iż-żejt fil-volum ta’ produzzjoni tal-etilene u l-propilene, u tittejjeb il-kapaċità tas-sikurezza tal-provvista” (54) u jħabbar li se “jippromwovi b’mod regolari l-kostruzzjoni ta’ seba’ bażijiet industrijali petrokimiċi ewlenin u proġetti prinċipali, itejjeb il-kapaċità biex tkun garantita d-disponibbiltà tal-olefini, l-idrokarburi aromatiċi u prodotti bażi oħra, u tittejjeb l-integrazzjoni tar-raffinar” (55). |
|
(72) |
Dokumenti ta’ politika Ċiniżi oħrajn ta’ profil għoli, bħal-Linji Gwida tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aġġustament tal-Istruttura, it-Trasformazzjoni u t-Tkabbir tal-Profittabbiltà tal-Industrija Petrokimika stabbilew ukoll fost l-għanijiet ewlenin tagħhom il-ġestjoni ta’ xejriet ta’ provvista fir-rigward tal-olefini: “L-istruttura tal-kapaċità tal-produzzjoni għandha tiġi ottimizzata gradwalment. […] L-olefini, l-aromatiċi, u l-kapaċità ta’ garanzija tal-provvista ta’ materja prima bażika oħra għandhom jissaħħu b’mod sinifikanti.” (56) |
|
(73) |
Id-dispożizzjonijiet tal-pjanijiet u l-linji gwida għall-pajjiż kollu jsibu r-riflessjoni tagħhom fid-dokumenti tal-ippjanar provinċjali, bħat-13-il FYP għall-Iżvilupp tal-Industrija Kimika fil-Provinċja ta’ Jiangsu (2016 – 2020), li b’mod partikolari jikkmanda liema passi jenħtieġ li jieħu kull reġjun fir-rigward tal-bażi industrijali u l-kapaċità tiegħu, kif ukoll is-sorsi tal-provvista, b’mod partikolari fir-rigward tal-olefini: “il-bażi petrokimika Nanjing għandha tiżgura l-integrazzjoni u l-iżvilupp ta’ prodotti raffinati, olefini u idrokarburi aromatiċi, [u] tiżgura l-iżvilupp ta’ valur għoli tal-prodotti downstream” (57). Bl-istess mod, l-olefini huma wkoll parti mit-13-il Pjan għall-Industrija Petrokimika għall-Provinċja ta’ Hebei, li permezz tiegħu l-awtoritajiet għandhom l-għan li jidderiġu xejriet ta’ żvilupp strutturali għal segmenti speċifiċi tal-industrija, flimkien mal-kontroll tal-kapaċità, b’mod partikolari billi jagħtu struzzjonijiet biex: “Jiħaffef l-iżvilupp tal-etilenglikol mill-faħam, jiġu żviluppati gradwalment l-olefini tal-faħam (il-metanol), tiżdied il-kapaċità produttiva għal olefini mhux ibbażati fuq iż-żejt, jinbnew impjanti għall-konverżjoni tal-faħam f’idrokarburi aromatiċi f’lokalitajiet xierqa taż-żoni kostali, jiżdied il-livell ta’ konċentrazzjoni tal-industrija u jiżdied, […]” (58). |
|
(74) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li materja prima oħra użata fil-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku – l-aċidu sulfuriku – kienet soġġetta għal politiki pubbliċi fil-provinċja ta’ Hebei, fl-ambitu tat-13-il Pjan tal-Industrija Petrokimika għall-Provinċja ta’ Hebei, fir-rigward tal-kontroll ta’ kapaċità ta’ produzzjoni ġdida: “[ Hebei għandu] […] jimplimenta b’mod strett il-kundizzjonijiet tad-dħul fis-settur, — jikkontrolla kwalunkwe proġett ġdid ta’ kapaċità tal-produzzjoni fir-rigward tal-kokk, l-alkali kawstiċi, il-karbonat tas-sodju, l-aċidu sulfuriku, il-karbur tal-kalċju, il-PVC, il-metanol, iż-żebgħat, eċċ. (59)” |
|
(75) |
Il-GTĊ imexxi l-iżvilupp tas-settur kimiku skont firxa wiesgħa ta’ għodod, pereżempju billi jipprovdi sussidji mill-Istat, b’mod partikolari lil produtturi tal-anilina - il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku. Ir-rapporti annwali ta’ Wanhua Chemicals, produttur ewlieni tal-anilina, jikkonfermaw li l-kumpanija rċeviet l-ammonti li ġejjin ta’ sussidji tal-gvern: fl-2019 – RMB 907 miljuni (60); fl-2018 – RMB 1 biljun; fl-2017 – RMB 1,3 biljun (61). |
|
(76) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li Wanhua Chemicals, bħala kumpanija kkontrollata mill-Istat, reċentement ġiet fdata bl-implimentazzjoni ta’ proġett ta’ firxa nazzjonali, li tenfasizza r-relazzjoni mill-qrib mal-Istat, li l-kumpanija tibbenefika minnu: “F’Ottubru 2019, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni taċ-Ċina formalment ħarġet tweġiba, li tapprova lil Yantai Wanhua Chemical Group Co., Ltd. bħala l-intrapriża responsabbli mill-preparazzjoni u l-kostruzzjoni tal-bażi nazzjonali għall-innovazzjoni standard teknika (materjali kimiċi ġodda ).” (62) |
|
(77) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-benżen, l-input kimiku użat għall-produzzjoni tal-anilina, il-Kummissjoni sabet li r-RPĊ tapplika taxxa tal-esportazzjoni ta’ 40 % (63). Madankollu, ma japplika l-ebda dazju tal-esportazzjoni fuq prodotti downstream tal-benżen, inkluż l-aċidu sulfaniliku. |
|
(78) |
Permezz ta’ dawn u mezzi oħrajn, il-materja prima użata biex jiġi prodott l-aċidu sulfaniliku hija soġġetta għal intervent mill-gvern, bil-GTĊ jmexxi u jikkontrolla virtwalment kull aspett fl-iżvilupp u l-funzjonament tas-settur kimiku. |
|
(79) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-politika pubblika li jappoġġjaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-anilina bħala l-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott soġġett għar-rieżami. Dawn il-miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
3.2.2.6. Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà
|
(80) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin propji bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tistrieħ formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħra minbarra r-RPĊ, is-sistema Ċiniża hija karatterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu wieħed b’saħħtu u attiv, li spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (64). |
|
(81) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (65). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss mill-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (66). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (67). |
|
(82) |
Simili ħafna għal setturi oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-aċidu sulfaniliku huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, il-kumpaniji u l-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anke dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk iwasslu għal distorsjonijiet meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ. Dawn il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma kompletament applikabbli ukoll fis-settur kimiku, inkluż is-settur tal-aċidu sulfaniliku u s-setturi li jimmanifatturaw il-materja prima użata biex jiġi prodott l-aċidu sulfaniliku. |
|
(83) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur kimiku, inkluż fir-rigward tal-prodott soġġett għar-rieżami. |
3.2.2.7. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni
|
(84) |
Mhuwiex possibbli li fir-RPĊ tiżviluppa bis-sħiħ sistema ta’ pagi bbażata fuq is-suq peress li d-drittijiet ta’ organizzazzjoni kollettiva tal-ħaddiema u tal-impjegaturi huma mxekkla. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (68). Skont id-dritt nazzjonali, hija attiva organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (69). Barra minn dan, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u li jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (70). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-paga fir-RPĊ. |
|
(85) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur kimiku, inklużi l-produtturi tal-aċidu sulfaniliku, ma jkunx soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk is-settur tal-aċidu sulfaniliku huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-paga kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott soġġett għar-rieżami jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ). |
3.2.2.8. Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat
|
(86) |
L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. |
|
(87) |
L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (71), li, meta jagħtu aċċess għall-finanzi, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. Bl-istess mod għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbuta mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (72) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (73). Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi ddeżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (74). |
|
(88) |
Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali. |
|
(89) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss ikunu distorti minħabba diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-estimi jissuġġerixxu bil-qawwa li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku ma’ klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (75). |
|
(90) |
Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderiġu l-finanzi lejn setturi ddeżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (76). Dan jirriżulta fi preġudizzji favur is-self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
|
(91) |
It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan intwera mit-tkabbir riċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis kbir fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li joperaw fis-sistema bankarja ma jsegwux ir-reazzjonijiet kummerċjali normali. |
|
(92) |
It-tielet, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Tabilħaqq, is-sehem tas-self fir-rata tal-valur referenzjarju jew taħt din ir-rata għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u jidher li żdied ir-rikors għall-kreditu mmirat, billi dan is-sehem żdied b’mod sostanzjali mill-2015 minkejja li l-kundizzjonijiet ekonomiċi marru għall-agħar. Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi prezzijiet eċċessivament baxxi, u konsegwentement fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
|
(93) |
It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament tal-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin riċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-problemi ta’ dejn mitluf ġew indirizzati permezz ta’ riportament tad-dejn, biex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji żombi, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambji ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema ġenerali tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha. |
|
(94) |
Essenzjalment, minkejja l-passi riċenti li ttieħdu biex is-suq jiġi lliberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fir-RPĊ hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. |
|
(95) |
Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza li tgħid li s-settur tal-aċidu sulfaniliku se jkun eżentat mill-intervent tal-gvern deskritt hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li produttur ewlieni tal-anilina (il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku) ibbenefika minn sussidji tal-gvern (ara l-premessa(75)). Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
3.2.2.9. In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti
|
(96) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristika għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.2.1 sa 3.2.2.5 kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit fit-Taqsimiet 3.2.2.6-3.2.2.8 ta’ hawn fuq u fil-Parti B tar-Rapport. |
|
(97) |
Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott l-aċidu sulfaniliku, hemm bżonn ta’ firxa wiesgħa ta’ inputs. F’dak ir-rigward, ir-RPĊ hija wieħed mill-produtturi ewlenin tal-anilina — il-materja prima ewlenija f’dan il-proċess ta’ produzzjoni (ara l-premessa (62)). Meta l-produtturi tal-aċidu sulfaniliku jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs fir-RPĊ, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) jiġu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(98) |
Bħala konsegwenza, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-aċidu sulfaniliku mhumiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, l-art, il-manodopera, l-enerġija u l-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw ebda evidenza jew argument li juri l-kuntrarju. |
3.2.2.10. Konklużjoni
|
(99) |
L-analiżi stabbilita fit-Taqsimiet 3.2.2.2 sa 3.2.2.9, li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll fis-settur kimiku (inkluż il-prodott soġġett għar-rieżami) uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott soġġett għar-rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. |
|
(100) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ minn sors xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. |
3.2.3. Sors xieraq
3.2.3.1. Kummenti ġenerali
|
(101) |
L-għażla tas-sors kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(102) |
Kif spjegat fil-premessi (30) sa (31) il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali: l-ewwel nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tas-7 ta’ Mejju u t-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tal-25 ta’ Settembru. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza sottostanti tal-kriterji rilevanti. Permezz ta’ dawn in-noti, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lill-Indja bħala sors xieraq, għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi (103), (104) u (105) hawn taħt. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment f’dan ir-rigward. |
3.2.3.2. Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ u l-produzzjoni tal-prodott soġġett għar-rieżami
|
(103) |
Fin-Nota tas-7 ta’ Mejju dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni spjegat li l-prodott soġġett għar-rieżami jidher li huwa prodott biss fl-Indja u fl-Istati Uniti tal-Amerika (“US”), (78) li l-ebda wieħed minnhom ma huwa pajjiż b’livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak tar-RPĊ f’konformità mal-kriterji msemmija fil-premessa (101) hawn fuq. |
|
(104) |
Billi l-Kummissjoni ma setgħet issib l-ebda pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ bil-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott soġġett għar-rieżami, fin-Nota tas-7 ta’ Mejju dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni indikat li hija tfittex il-produzzjoni tal-prodott soġġett għar-rieżami f’pajjiż b’livell differenti ta’ żvilupp mir-RPĊ li jirrifletti prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(a). Il-Kummissjoni nnotat li l-Indja għandha livell ta’ żvilupp ekonomiku inferjuri għal dak tar-RPĊ. Għalhekk, f’ċirkostanzi fejn ikun meħtieġ li jiġi kkalkulat marġni preċiż ta’ dumping, dan il-pajjiż ma jkunx xieraq minħabba l-livell aktar baxx ta’ żvilupp ekonomiku tiegħu mir-RPĊ. Madankollu, peress li l-investigazzjoni attwali hija rieżami ta’ skadenza fejn il-kwistjoni hija jekk id-dumping huwiex probabbli li jkompli jew li jerġa’ jseħħ irrispettivament mil-livell attwali, il-Kummissjoni kkunsidrat jekk l-Indja setgħetx b’mod eċċezzjonali tikkostitwixxi l-bażi biex jiġu stabbiliti l-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-valur normali stabbilit abbażi ta’ dan l-approċċ konservattiv ħafna diġà wera dumping sinifikanti kif konkluż fit-taqsima 3.2.7 ta’ hawn taħt. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx meħtieġ li jiġu esplorati alternattivi oħra. |
|
(105) |
Wara t-talba, l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni wriet li kien hemm diversi produtturi tal-prodott soġġett għar-rieżami fl-Indja. |
|
(106) |
Il-Kummissjoni mbagħad ivverifikat id-data finanzjarja meħtieġa disponibbli pubblikament fl-Indja għal dawk il-produtturi. Il-Kummissjoni ffukat fuq kumpaniji b’rapporti ta’ qligħ u telf disponibbli pubblikament b’data għall-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami li kienet tindika qligħ matul dan il-perjodu. Il-Kummissjoni sabet rapporti annwali vverifikati għall-perjodu li jkopri mill-1 ta’ April 2018 sal-31 ta’ Marzu 2019 disponibbli online għal Aarti Industries Limited (“Aarti”) u Daikaffil Chemicals India Limited. |
|
(107) |
Daikaffil India Limited għandha ftehim ta’ kollaborazzjoni ma’ kumpanija barranija. Is-sit web ta’ Daikaffil (79) jiddikjara li din il-kumpanija barranija ssorveljat u kkontrollat direttament il-kwalità tal-produzzjoni ta’ Daikaffil India Limited fil-linji ta’ produzzjoni kollha tagħha, ipprovdiet teknoloġija b’xejn u qablet ma’ ftehimiet ta’ akkwist ta’ xi produzzjoni. Dikjarazzjonijiet simili jidhru fuq ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija. L-informazzjoni li nstabet tidher li turi li f’dawn iċ-ċirkostanzi, Daikaffil ma ġġarrabx il-kostijiet tal-produzzjoni li ġġarrab kumpanija oħra li tipproduċi l-aċidu sulfaniliku. Din is-sitwazzjoni twassal għal impatt fuq l-SGA u l-profitt ta’ Daikaffil. |
|
(108) |
L-ebda parti interessata ma kkontestat li l-Indja kienet se tintgħażel biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-produzzjoni u l-bejgħ għall-produtturi esportaturi, jew li Aarti Industries Limited offriet data finanzjarja xierqa għall-fini ta’ din l-investigazzjoni. Aarti Industries Limited tiffoka fuq kategorija wiesgħa ta’ prodotti sabiex tikseb ekonomija ta’ skala u sinerġiji, strateġija li tinsab fil-produtturi tal-aċidu sulfaniliku f’pajjiżi b’livell ogħla ta’ żvilupp mill-Indja. Anke jekk hija kumpanija ta’ grupp akbar, in-negozju ta’ ġestjoni ta’ Aarti Industries Limited instab li kien simili għal dak tal-applikant minħabba l-varjetà u l-prestazzjoni tan-negozju tiegħu. |
3.2.3.3. Disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti fl-Indja
|
(109) |
Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa d-data rilevanti kollha disponibbli fil-fajl għall-fatturi tal-produzzjoni fl-Indja u nnotat dan li ġej:
|
|
(110) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali mibni jrid jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitti. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni. Kif intqal qabel, il-produttur esportatur Indjan Aarti kellu rapporti finanzjarji disponibbli pubblikament li setgħu jintużaw bħala indikatur biex jiġi ddeterminat ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u l-profitti. |
3.2.3.4. Konklużjoni dwar l-Indja bħala sors xieraq
|
(111) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, l-Indja tqieset bħala sors xieraq b’mod eċċezzjonali abbażi tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-kostijiet u l-prezzijiet mingħajr distorsjoni. Il-kumpanija Aarti ntgħażlet biex tinkiseb id-data finanzjarja meħtieġa. |
3.2.4. Fatturi tal-produzzjoni
|
(112) |
Kif intqal fin-Nota tas-7 ta’ Mejju u n-Nota tal-25 ta’ Settembru, il-Kummissjoni analizzat id-data kollha disponibbli għall-fatturi tal-produzzjoni identifikati. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża s-sorsi u l-unitajiet ta’ kejl li ġejjin sabiex tiddetermina l-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni tal-Aċidu Sulfaniliku
|
3.2.4.1. Materja prima
|
(113) |
Il-materja prima użata għall-produzzjoni tal-prodott soġġett għar-rieżami hija l-aċidu sulfuriku u l-anilina (81). Għall-imluħ, minbarra dawn iż-żewġ materji primi, hemm ukoll is-sodju, il-potassju jew il-kalċju. Billi fir-rieżamijiet ta’ skadenza, il-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn tikkalkula l-marġni tad-dumping eżatt, iddeċidiet li tinjora l-kost addizzjonali ta’ dawn il-materjali meta tikkalkula l-valur normali għall-l-imluħ. Dan l-approċċ simplifikat irriżulta f’marġni ta’ dumping aktar konservattiv. |
|
(114) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjat lill-fabbrika tal-produttur xieraq, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz CIF medju ponderat ta’ importazzjoni għall-Indja kif irrappurtat fil-GTA, li miegħu żdiedu d-dazji ta’ importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport domestiku. Il-prezz CIF ta’ importazzjoni fl-Indja ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li mhumiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (82). |
|
(115) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mill-PRC fl-Indja billi fit-Taqsima 3.2.2 ikkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet preżenti fis-suq domestiku fiċ-Ċina ma jaffettwawx ukoll il-prodotti intenzjonati għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. B’mod simili, l-importazzjonijiet fl-Indja mill-pajjiżi li mhumiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755, ġew esklużi wkoll (83). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jipprevedi li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Indja, il-volum ta’ importazzjonijiet ta’ aċidu sulfuriku minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv (75,3 % tal-volumi totali importati fl-Indja). Peress li l-volum tal-importazzjonijiet tal-anilina lejn l-Indja minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ kienu limitati, il-Kummissjoni għamlet ħilitha biex issib valuri referenzjarji rappreżentattivi oħrajn. |
|
(116) |
Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda prezz ta’ valur referenzjarju rappreżentattiv internazzjonali mingħajr distorsjoni għall-anilina fis-suq ħieles. Iċ-Ċina tibqa’ l-attur ewlieni fid-dinja, bi kważi 50 % tal-kapaċità globali tal-anilina, segwita mill-Ewropa tal-Punent u l-Istati Uniti (84). Barra minn hekk, is-suq ħieles għall-anilina fl-Unjoni u fl-Istati Uniti huwa limitat (85). Madwar 90 % tal-anilina prodotta madwar id-dinja tmur għall-produzzjoni tal-MDI (86), materjal iżolanti. L-applikant huwa l-uniku produttur Ewropew tal-anilina li mhuwiex integrat mal-produzzjoni tal-MDI (87). |
|
(117) |
L-applikant stqarr li l-prezz medju tal-anilina importata lejn l-Indja matul l-aħħar ħames snin kien ta’ USD 1,95/kg, u qatt ma kien inqas minn USD 1,50/kg (jiġifieri EUR 1,32/kg) (88). Il-Kummissjoni użat bħala valur referenzjarju l-aktar prezz konservattiv għall-anilina pprovdut mill-applikant, jiġifieri, EUR 1,32/kg. |
|
(118) |
Sabiex jiġi stabbilit il-valur normali skont il-metodoloġija tal-Kummissjoni, id-dazji fuq l-importazzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni u l-materjali importati fl-Indja, kif ukoll il-kostijiet tat-trasport domestiku jenħtieġ li normalment jiżdiedu ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni. Għall-aċidu sulfuriku, il-Kummissjoni applikat id-dazju tal-importazzjoni tal-Indja kif disponibbli fis-Soluzzjoni Integrata tal-Kummerċ Dinji tal-Bank Dinji (89), fil-livelli rispettivi, skont il-pajjiż tal-oriġini tal-volumi importati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet tat-trasport domestiku kkalkulati għal kull tunnellata abbażi ta’ kwotazzjonijiet għal kunsinni kif ipprovduti minn rapport tal-Bank Dinji (90). Għall-valur referenzjarju meħud għall-anilina, il-Kummissjoni żiedet it-trasport domestiku. |
3.2.4.2. Oġġetti konsumabbli
|
(119) |
L-oġġetti konsumabbli huma l-karbonju attivat, l-ilma demineralizzat u l-ilma kiesaħ. |
|
(120) |
Għall-karbonju attivat, il-Kummissjoni applikat l-istess metodoloġija bħal dik għall-aċidu sulfuriku fit-taqsima dwar il-materja prima ta’ hawn fuq. Wara l-esklużjoni tar-RPĊ, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqgħu rappreżentattivi u kienu jammontaw għal 50,8 % tal-volumi totali importati fl-Indja. Fir-rigward tat-trasport domestiku, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet tat-trasport domestiku kkalkulati għal kull tunnellata abbażi ta’ kwotazzjonijiet għall-kunsinni kif ipprovduti mir-rapport tal-Bank Dinji msemmi fit-taqsima ta’ hawn fuq. |
|
(121) |
Għall-ilma demineralizzat u l-ilma kiesaħ, il-Kummissjoni rrikorriet għat-tariffa tal-ilma tal-2018 għall-industriji li jużaw l-ilma għall-produzzjoni jew bħala aġent tat-tkessiħ f’Maharashtra (91). |
3.2.4.3. Manodopera
|
(122) |
L-Istħarriġiet Perjodiċi dwar il-Forza tax-Xogħol mill-Ministeru tal-Istatistika fl-Indja (92) juru li l-paga medja annwali hija ġeneralment id-doppju tal-paga minima (93). Il-Kummissjoni użat l-aħħar analiżi tad-data dwar ix-xogħol fl-Indja mill-Uffiċċju tax-Xogħol tagħha (jiġifieri r-rapport “Statistika dwar ix-Xogħol fl-Indja 2017”) (94) li juri l-pagi minimi f’Maharashtra fis-settur tal-industrija tal-kimiċi/il-mediċini u tal-prodotti farmaċewtiċi u mmultiplikat il-paga minima għal sena bi tnejn. |
3.2.4.4. Elettriku
|
(123) |
Il-Kummissjoni Regolatorja għall-Elettriku ta’ Maharashtra tippubblika l-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (utenti industrijali) f’Maharashtra (95). Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali matul is-sena finanzjarja Indjana 2019/2020 (jiġifieri l-prezzijiet prevalenti fit-tieni nofs tal-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami). |
3.2.4.5. Gass naturali
|
(124) |
Iċ-Ċellola tal-Ippjanar u l-Analiżi tal-Petroleum fl-Indja (li hija parti mill-Ministeru Indjan tal-Petroleum u l-gass naturali) tippubblika regolarment fis-sit web (96) tagħha l-prezz tal-gass naturali fl-Indja. Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet ippubblikati li jkopru l-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami (97). |
3.2.4.6. Fwar
|
(125) |
Fin-nuqqas ta’ data oħra, biex jiġu stabbiliti l-kostijiet tal-fwar, il-Kummissjoni użat il-metodoloġija użata fit-talba, li kienet ivverifikata mill-Kummissjoni matul l-RCC. Il-fwar huwa element ta’ “enerġija” li l-ispiża tiegħu ġiet stabbilita bħala perċentwal ta’ ċerti spejjeż varjabbli effettivament imġarrba mill-applikant fil-produzzjoni tiegħu ta’ aċidu sulfaniliku matul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami (98). |
3.2.4.7. Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament
|
(126) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali mfassal għandu jinkludi ammont mhux distort u raġonevoli għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(127) |
Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data tal-applikant (99), il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura mal-kostijiet tal-manifattura u lavorattivi totali. Dan il-perċentwal imbagħad ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura. |
|
(128) |
Biex jiġi stabbilit ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni qagħdet fuq id-data finanzjarja għall-perjodu mill-1 ta’ April 2018 sal-31 ta’ Marzu 2019 għal Aarti kif estratta mill-kontijiet awditjati ta’ Aarti disponibbli fuq is-sit web tal-kumpanija. |
3.2.5. Kalkolu
|
(129) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(130) |
L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjonijiet. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali u l-manodopera) għall-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku. Dawn ir-rati ta’ konsum ipprovduti mill-applikant ġew ivverifikati mill-Kummissjoni matul l-RCC. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fl-Indja. |
|
(131) |
It-tieni, l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ġew ikkalkulati. Il-kalkolu ta’ dawn l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura huwa spjegat fil-premessa (127) hawn fuq. Il-perċentwal miksub ġie applikat għall-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. |
|
(132) |
It-tielet, il-Kummissjoni applikat l-SG & A u l-qligħ. Dawn ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Aarti (ara t-Taqsima 3.2.3.3). Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura:
|
|
(133) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.6. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(134) |
B’konsegwenza tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni użat id-data tal-importazzjoni dwar l-importazzjonijiet Ċiniżi rrapportata fil-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) u l-Eurostat biex tiddetermina l-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
|
(135) |
Billi dawn il-prezzijiet huma rrapportati abbażi ta’ Kost, Assigurazzjoni, Nol (Cost, Insurance, Freight, “CIF”), ġew aġġustati għal livell ex-works billi tnaqqas ammont xieraq għat-trasport (EUR 53/tunnellata) u l-kostijiet tal-assigurazzjoni (0,2 %) bejn il-fruntiera tar-RPĊ u tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat data pprovduta mill-applikant (100). |
3.2.7. Tqabbil u marġni ta’ dumping
|
(136) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali mibni kif stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku fuq bażi ex-works mal-prezz tal-esportazzjoni f’livell ex-works għall-Unjoni. Il-Kummissjoni ħadet approċċ konservattiv u qabblet il-valur normali mibni għall-aċidu sulfaniliku mal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet għall-aċidu sulfaniliku u l-imluħ tiegħu (importazzjonijiet taħt il-kodiċi TARIC 2921420060 u taħt il-kodiċi TARIC 2921420040). Madankollu, il-Kummissjoni injorat l-importazzjonijiet li saru taħt il-kodiċi TARIC 2921420090 (derivattivi tal-anilina u l-imluħ tagħha – Oħrajn) billi dan il-kodiċi jista’ jinkludi prodotti oħrajn apparti l-prodott soġġett għar-rieżami. |
|
(137) |
Il-marġni ta’ dumping misjub, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 41,7 %. |
3.2.8. Konklużjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping
|
(138) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping tkompla matul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami. |
3.3. Żvilupp probabbli tal-importazzjonijiet f’każ li jiskadu l-miżuri
|
(139) |
Minbarra s-sejbiet tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami, il-Kummissjoni investigat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta’ dumping f’każ li l-miżuri jitħassru. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, ir-relazzjoni bejn il-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
|
(140) |
Bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi u tal-produtturi/esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
3.3.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(141) |
Fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kapaċità disponibbli fir-RPĊ kienet f’medda ta’ bejn 65 500 u 82 000 tunnellata. Dak iż-żmien, il-kapaċità żejda tal-aċidu sulfaniliku fir-RPĊ kienet stmata fil-medda ta’ 13 100 – 16 400 tunnellata. |
|
(142) |
It-talba attwali għal rieżami ta’ skadenza tinkludi lista ta’ 44 produttur Ċiniż tal-aċidu sulfaniliku u tistma li fl-2019 il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku kienet tvarja bejn 75 000 u 190 000 tunnellata. Fl-2017, il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku fir-RPĊ kienet stmata għal 98 506 tunnellati għal 14-il produttur Ċiniż (101). Mill-2017 il-kapaċitajiet tal-produzzjoni żdiedu minn produtturi bħal Hebei Honggang Chemical Co., Ltd. u Cangzhou Lingang Yueguo Chemical Co., Ltd (102). Barra minn hekk, ħafna mit-tagħmir tal-produzzjoni użat biex isiru ż-żebgħa, il-pigmenti u l-kimika organika fir-RPĊ jista’ jintuża wkoll biex jiġi prodott l-aċidu sulfaniliku (103). |
|
(143) |
Fid-dawl tal-projezzjonijiet ibbażati fuq id-domanda storika u l-esportazzjonijiet u l-intelliġenza tas-suq dwar ir-RPĊ, bħalissa l-kapaċità żejda tal-aċidu sulfaniliku fir-RPĊ tvarja bejn 35 000 u 65 000 tunnellata, li tirrappreżenta bħala minimu diġà ferm aktar minn ħames darbiet tal-konsum tal-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami. |
3.3.2. Prezzijiet fi swieq oħra tal-esportazzjoni
|
(144) |
Il-Kummissjoni għamlet estrazzjoni tal-GTA bil-valuri u l-volumi tal-esportazzjonijiet tar-RPĊ ta’ derivattivi tal-anilina u l-imluħ tagħha (104) (id-data għall-aċidu sulfaniliku biss mhijiex disponibbli) għall-perjodu 2015-2019 għal kull pajjiż ta’ destinazzjoni. Analiżi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni turi li, minbarra l-bejgħ lill-Istati Uniti, l-esportazzjonijiet Ċiniżi tad-derivattivi tal-anilina u l-imluħ tagħha lejn l-Unjoni għandhom l-ogħla prezzijiet. It-taħlita tal-prodotti għal kull pajjiż ta’ destinazzjoni mhijiex magħrufa, iżda d-differenza fil-prezz bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u swieq oħrajn ta’ esportazzjoni hija sinifikanti. Fl-2019 il-prezz medju tal-bejgħ tad-derivattivi tal-anilina u l-imluħ tagħha lill-Unjoni kien 3,2 darbiet ogħla milli fi swieq oħrajn tal-esportazzjoni. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, x’aktarx li jkun hemm żieda fil-bejgħ Ċiniż lejn l-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet huma mistennija li jseħħu bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-uniku produttur tal-Unjoni. |
3.3.3. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(145) |
Fid-dinja, ir-RPĊ hija l-akbar pajjiż esportatur tal-aċidu sulfaniliku f’dik li hija kwantità (105). Fid-dawl tal-pjanijiet stabbiliti mill-Gvern taċ-Ċina (ara t-Taqsima 3.2.2) u s-siti web tal-produtturi Ċiniżi rilevanti (106), huwa ċar li l-produtturi Ċiniżi tal-aċidu sulfaniliku għandhom esportazzjonijiet sinifikanti. |
|
(146) |
L-analiżi tal-estrazzjoni tal-GTA msemmija fil-premessa (144) hawn fuq uriet li l-esportazzjonijiet Ċiniżi ta’ derivattivi tal-anilina u l-imluħ tagħha ammontaw għal madwar 82 miljun tunnellata fl-2019. Il-biċċa l-kbira ta’ dawk l-esportazzjonijiet spiċċaw għand l-Oman, il-Pakistan, il-Brażil, l-Indja u l-Vjetnam. Anke jekk it-taħlita tal-prodotti ta’ prodotti esportati tista’ tvarja u d-data tkun usa’ mill-prodott soġġett għar-rieżami, huwa nnotat li l-prezz medju tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tad-derivattivi tal-anilina u l-imluħ tagħha lejn pajjiżi li mhumiex fl-UE kien ħafna anqas mill-prezz medju tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. L-investigazzjoni sabet li d-domanda għall-aċidu sulfaniliku kienet ikkonċentrata fl-Istati Uniti, l-Ewropa, il-Messiku, il-Brażil u l-Ġappun (107). Fil-każ tal-Istati Uniti, il-prezzijiet tal-aċidu sulfaniliku huma għoljin, madankollu l-aċċess għas-suq tal-Istati Uniti jidher li huwa ristrett għall-produtturi tal-aċidu sulfaniliku Ċiniżi mill-introduzzjoni ta’ miżuri anti-dumping (108). Għalhekk, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini ta’ domanda u prezzijiet hija privattiva. |
3.3.4. Konklużjoni dwar l-iżvilupp probabbli tal-importazzjonijiet jekk il-miżuri jiskadu
|
(147) |
Abbażi tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva sinifikanti fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping jirriżultaw f’żieda f’volumi oġġetti ta’ dumping. |
3.3.5. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping
|
(148) |
Fid-dawl tal-konstatazzjonijiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping tul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami u dwar l-iżvilupp probabbli tal-importazzjonijiet fil-każ li l-miżuri jiskadu, il-Kummissjoni kkonkludiet, abbażi tal-fatti disponibbli, li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping tirriżulta fil-kontinwazzjoni ta’ dumping. |
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(149) |
Il-prodott simili kien immanifatturat minn produttur wieħed tal-Unjoni matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Il-kumpanija tikkostitwixxi l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(150) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami ġiet stabbilita għal madwar 1 900 sa 2 300 tunnellata, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni. L-analiżi twettqet abbażi tad-data pprovduta mill-produttur uniku tal-Unjoni tal-prodott simili, u b’hekk tirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(151) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’:
|
|
(152) |
Fid-dawl tal-fatt li l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti minn produttur wieħed biss, sabiex tiġi rrispettata l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, huwa meħtieġ li tiġi ppreżentata l-informazzjoni fit-tabelli ta’ hawn taħt f’forma indiċjata. |
|
(153) |
B’konformità man-Nota għall-fajl tat-18 ta’ Novembru 2020 (109), il-Kummissjoni segwiet approċċ konservattiv u għall-analiżi tad-dannu użat biss importazzjonijiet ikklassifikati taħt il-kodiċi TARIC 2921420060 (aċidu sulfaniliku) u 2921420040 (sulfanilat tas-sodju, li huwa melħ tal-aċidu sulfaniliku prodott bit-trattament tal-aċidu sulfaniliku bl-idrossidu tas-sodju). Il-Kummissjoni, madankollu, ma kkunsidratx l-importazzjonijiet li saru taħt il-kodiċi TARIC 2921420090 (derivattivi tal-anilina u l-imluħ tagħha – Oħrajn) billi dan il-kodiċi jista’ jinkludi prodotti apparti l-prodott soġġett għar-rieżami u ma setgħet tintuża l-ebda metodoloġija xierqa biex jiġi identifikat il-proporzjon tal-prodott soġġett għar-rieżami taħt dak il-kodiċi. |
|
(154) |
L-investigazzjoni wriet li s-suq tal-Unjoni għall-aċidu sulfaniliku l-ewwel kiber fit-tieni sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, imbagħad il-konsum naqas iżda baqa’ ftit ogħla mil-livell tal-2016 fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami. Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (indiċi tal-volum)
|
|||||||||||||||
4.3. Importazzjonijiet mir-RPĊ
(a) Volumi tal-importazzjoni u sehem mis-suq
|
(155) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fl-Unjoni abbażi tad-data mill-Eurostat u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet billi qabblet dawn il-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif muri fit-Tabella 3. |
|
(156) |
Il-volum totali tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b’mod kontinwu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami, il-volumi tal-importazzjoni kienu ogħla milli fl-2016 b’66 %. |
|
(157) |
L-importazzjonijiet mir-RPĊ baqgħu jikbru biex jammontaw għal aktar minn terz tal-importazzjonijiet totali fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(158) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni investigat l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku u l-imluħ tiegħu, li huwa apparenti inter alia mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat fil-premessi tar-Regolament li jimponi l-miżuri proviżorji (110). Madankollu, il-Kummissjoni permezz ta’ ommissjoni ddeskriviet il-prodott soġġett għall-miżuri biss bħala aċidu sulfaniliku fil-parti operattiva tar-Regolament. Din il-kwistjoni saret evidenti fl-2015. |
|
(159) |
Fl-2015, wara li r-rieżami ta’ skadenza preċedenti kienet diġà konkluża, rieżami tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-Unjoni introduċiet kodiċi TARIC ġdid għas-sulfanilat tas-sodju (kodiċi TARIC 2921420040). Barra minn hekk, fi tmiem l-2014 u fil-bidu tal-2015, in-Netherlands (111) u l-Italja (112) ħarġu deċiżjonijiet ta’ Informazzjoni Tariffarja Vinkolanti (“BTI”) li jikklassifikaw l-imluħ tal-aċidu sulfaniliku taħt il-kodiċi TARIC 2921420090 (Derivattivi tal-anilina u l-imluħ tagħhom – Oħrajn). |
|
(160) |
L-istatistika tal-importazzjoni mill-Eurostat turi li l-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ ikklassifikati taħt il-kodiċi TARIC 2921420090 varjaw bejn 1 500 tunnellata u 3 000 tunnellata bejn l-2010 u l-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami (113). Il-bidliet fil-klassifikazzjoni tat-tariffi fl-2015 u ż-żewġ BTIs ma kellhom l-ebda influwenza fuq ix-xejra ta’ fluttwazzjoni fir-rigward ta’ dak il-kodiċi TARIC. |
|
(161) |
Għall-kuntrarju, il-volumi importati mir-RPĊ taħt il-kodiċi TARIC 2921420060 (aċidu sulfaniliku) naqsu b’mod ċar wara l-2014. Fl-2010 sal-2014, il-volumi ta’ importazzjoni varjaw bejn 100 u 800 tunnellata fis-sena (114). Mill-2015, qatt ma qabżu l-65 tunnellata. Barra minn hekk, il-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ taħt il-kodiċi TARIC 2921420040 (sulfanilat tas-sodju) kibru minn madwar 35 tunnellata fl-2015 għal aktar minn 1 000 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(162) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-produtturi esportaturi Ċiniżi sfruttaw is-sitwazzjoni spjegata fil-premessi (158) u (159) u reġgħu bdew l-importazzjonijiet tal-imluħ tal-aċidu sulfaniliku taħt il-kodiċijiet TARIC mhux koperti b’mod espliċitu mill-parti operattiva tal-miżuri anti-dumping matul il-perjodu kkunsidrat. Tabella 3 Importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellati, meded)
|
||||||||||||||||||||
|
(163) |
Kif spjegat fil-premessi minn (158) sa (161), l-importazzjonijiet tal-prodott soġġett għar-rieżami żdiedu wara l-2015 meta ġie introdott il-kodiċi TARIC għas-sulfanilat tas-sodju. Fl-2016, l-importazzjonijiet Ċiniżi ammontaw għal 14 % tas-suq tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tagħhom naqas fl-2017 iżda rkupra u kompla jikber għall-bqija tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami, l-importazzjonijiet mir-RPĊ laħqu t-22 % tas-sehem mis-suq tal-Unjoni. Tabella 4 Sehem mis-suq tal-Unjoni (%)
|
||||||||||||||||||||
(b) Il-prezzijiet tal-importazzjoni u t-twaqqigħ tal-prezzijiet
|
(164) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data mill-Eurostat. Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni tal-prodott soġġett għar-rieżami mir-RPĊ kważi rduppjaw matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezz tal-importazzjoni tal-aċidu sulfaniliku, l-uniku komponent tal-prodott soġġett għar-rieżami li attwalment huwa soġġett għal miżuri, u l-prezz tal-importazzjoni tal-imluħ tiegħu segwew, madankollu, xejriet diverġenti. |
|
(165) |
Il-prezz tal-importazzjoni tal-aċidu sulfaniliku mir-RPĊ naqas fil-perjodu kkunsidrat. Fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami, il-prezz tal-importazzjoni naqas bi kważi 10 % meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Il-Kummissjoni qieset li l-ogħla prezz fl-2018 ma kienx rappreżentattiv peress li kien jikkorrispondi biss għal 4 tunnellati ta’ aċidu sulfaniliku importat mir-RPĊ. |
|
(166) |
Il-prezz tal-importazzjoni tal-imluħ tal-aċidu sulfaniliku mir-RPĊ wera xejra opposta. Il-prezz tal-importazzjoni tal-imluħ żdied b’mod kostanti biex fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami laħaq kważi 190 % tal-valur tiegħu fl-2016. Tabella 5 Prezz tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(167) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u għalhekk, minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar it-tipi ta’ prodotti importati eżatti, il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz abbażi tal-importazzjonijiet skont il-kodiċi TARIC u s-suppożizzjoni li t-tipi ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC speċifiċi importati mir-RPĊ huma simili għal dawk immanifatturati u mibjugħa mill-produttur uniku tal-Unjoni. |
|
(168) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami billi qabblet:
|
|
(169) |
Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami. |
|
(170) |
Meta jitqies l-approċċ deskritt fil-premessa (153), it-tqabbil għall-importazzjonijiet mir-RPĊ ta’ tipi ta’ prodotti komparabbli abbażi tal-klassifikazzjoni tal-kodiċi TARIC, wera marġni medju ta’ twaqqigħ tal-prezz fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami, ta’ 13,3 %. |
4.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ
|
(171) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-maġġoranza tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni oriġinaw fl-Istati Uniti. L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti żdiedu bejn l-2016 u l-2017 imbagħad baqgħu jonqsu iżda fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami baqgħu 5 % ’l fuq mil-livell tal-2016. Is-sehem mis-suq tagħhom żdied bi 8 punti perċentwali bejn l-2016 u l-2018, u mbagħad niżel għal-livell ta’ 32 % fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami. |
|
(172) |
Ix-xejra tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ kienet influwenzata ħafna mill-importazzjonijiet mill-Istati Uniti, u b’hekk segwiet l-istess evoluzzjoni f’termini ta’ volumi ta’ importazzjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi apparti r-RPĊ baqa’ pjuttost stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu jammontaw għal 38 – 41 % tas-suq tal-Unjoni. Tabella 6 Il-volumi tal-importazzjoni u l-ishma mis-suq ta’ pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ (tunnellati, %)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(173) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-prodott soġġett għar-rieżami li joriġina minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ baqgħu ferm ogħla mil-livell tal-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi b’varjazzjoni minn madwar EUR 1 400/tunnellata fl-2017 għal kważi EUR 1 700/tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami. |
4.5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(174) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(175) |
Fir-rigward tal-industrija tal-Unjoni, ma ġie applikat l-ebda kampjunar. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-qagħda ekonomika tal-industrija saret fuq l-uniku produttur tal-Unjoni li jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni fl-Unjoni. |
|
(176) |
Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi abbażi tad-data ppreżentata mill-produttur tal-Unjoni fit-talba għal rieżami u t-tweġiba għall-kwestjonarju kontroverifikata mressqa minn dan il-produttur. |
|
(177) |
Din id-data nstab li kienet rappreżentattiva tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(178) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat. |
|
(179) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet tal-bejgħ medji u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(180) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produzzjoni naqset bejn l-2016 u l-2018. Għalkemm irkuprat xi ftit fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami, baqgħet 11 % taħt il-livell tal-2016. |
|
(181) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet l-istess matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(182) |
B’kapaċità ta’ produzzjoni stabbli, l-użu tal-kapaċità segwa l-istess xejra bħall-produzzjoni. Għalhekk, fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami, dan naqas bi 11 % (jew 8 punti perċentwali) meta mqabbel mal-2016. Barra minn hekk, diġà fl-2016, l-użu tal-kapaċità kien taħt l-aħjar livell. Tabella 7 Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità tal-Unjoni
|
|||||||||||||||||||||||||
4.5.2.2. Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq
|
(183) |
Wara żieda fil-konsum tal-Unjoni fl-2017, il-produttur tal-Unjoni kien kapaċi wkoll iżid il-volum tal-bejgħ tiegħu. Fit-tieni parti tal-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ, madankollu, naqas u fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami kien 11 % taħt il-livell tal-2016. |
|
(184) |
Barra minn hekk, l-uniku produttur tal-Unjoni tilef is-sehem mis-suq matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami, is-sehem mis-suq tiegħu kien aktar baxx bi 8 punti perċentwali meta mqabbel mal-2016. Tabella 8 Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||
4.5.2.3. Tkabbir
|
(185) |
Mill-2016 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami, il-konsum tal-Unjoni baqa’ jikber. Madankollu, minħabba l-kompetizzjoni dejjem tikber mill-importazzjonijiet bi prezz baxx mir-RPĊ, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas. Dan irriżulta fit-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.2.4. Impjieg u produttività
|
(186) |
Il-livell ta’ impjieg tal-industrija tal-Unjoni naqas bejn l-2016 u l-2018 biex imbagħad żdied f’termini relattivi fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-industrija tal-Unjoni timpjega għadd limitat ta’ persuni fil-produzzjoni tal-prodott soġġett għar-rieżami. Għalhekk, żieda żgħira fin-numru ta’ impjegati ssarrfet f’żieda fl-impjieg meta espressa bħala indiċi tas-sena bażi 2016. Konsegwentement, iż-żieda fl-impjiegi matul il-perjodu kkunsidrat ma setgħetx tiġi interpretata bħala sinjal ċar ta’ rkupru. |
|
(187) |
Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni (tunnellati) għal kull ekwivalenti ta’ full-time (fulltime equivalent, FTE) fis-sena żdiedet bi 15 % fl-2017 meta mqabbla mal-2016. Għall-bqija tal-perjodu kkunsidrat, il-produttività naqset. Fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami, il-volumi tal-produzzjoni taħt il-livell tal-2016 flimkien ma’ għadd ta’ impjegati ’l fuq mil-livell tal-2016 irriżultaw fi produttività li laħqet biss 78 % tal-livell tal-2016. Tabella 9 Impjieg u produttività
|
||||||||||||||||||||
4.5.2.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(188) |
L-investigazzjoni stabbiliet il-kontinwazzjoni tad-dumping mir-RPĊ, u li l-kobor tal-marġini tad-dumping kif muri fil-premessi (137) huwa ferm ogħla mil-livell de minimis. |
|
(189) |
Barra minn hekk, il-livell tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kien konsiderevoli matul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami billi ammonta għal 22 % tas-suq tal-Unjoni. |
|
(190) |
Ir-rieżami ta’ skadenza wriet li l-miżuri fis-seħħ ma ppermettewx li jkun hemm irkupru tal-industrija tal-Unjoni minn dumping fil-passat. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1. Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(191) |
Il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni miksub fis-suq tal-Unjoni żdied bi 8 % bejn l-2016 u l-2017. Fl-aħħar sentejn tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezz, madankollu, naqas u fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami baqa’ 4 % ogħla mil-livell tal-2016. |
|
(192) |
B’mod simili, il-kost tal-produzzjoni kiber matul il-perjodu kkunsidrat. Id-daqs tat-tkabbir tiegħu qabeż b’mod sostanzjali ż-żieda fil-prezz tal-bejgħ. Għalhekk, fl-2018 il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’20 %. Għalkemm, fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami dan naqas, xorta baqa’ 10 % ogħla mil-livell tal-2016. Dan l-iżvilupp flimkien mal-prezz tal-bejgħ ogħla b’4 % biss affettwa l-profittabbiltà tal-produttur tal-Unjoni. Tabella 10 Il-prezz tal-bejgħ u l-kost unitarju fis-suq tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||
4.5.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(193) |
Il-kostijiet lavorattivi medji żdiedu b’mod konsiderevoli bejn l-2016 u l-2018. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami, il-kost lavorattiv għal kull impjegat naqas għal livell komparabbli mal-2016. Tabella 11 Kostijiet lavorattivi
|
|||||||||||||||
4.5.3.3. Inventarji
|
(194) |
L-inventarji żviluppaw f’direzzjoni pożittiva bejn l-2016 u l-2018. Il-kwantità tal-istokk tal-għeluq naqset b’70 % f’dak il-perjodu. Madankollu, fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami reġgħet żdiedet b’mod konsiderevoli biex laħqet kważi l-istess livell bħal fl-2016. Tabella 12 Inventarji
|
|||||||||||||||
4.5.3.4. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(195) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, espressa bħala perċentwal tal-bejgħ nett, żdiedet fl-2017. Din iż-żieda ssegwi tnaqqis f’daqqa u l-produttur tal-Unjoni baqa’ jitlef għall-bqija tal-perjodu kkunsidrat inkluż fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami. Dan kien ikkawżat l-aktar mill-fatt li l-kostijiet tal-produzzjoni laħqu l-ogħla livell tagħhom fl-2018, iżda f’kompetizzjoni mal-importazzjonijiet bi prezz baxx dejjem jikbru mir-RPĊ, il-produttur tal-Unjoni ma setax iżid il-prezz tal-bejgħ tiegħu għal livell xieraq. |
|
(196) |
Ir-redditu fuq l-investimenti (return on investments, “ROI”), espress bħala s-sehem mill-profitt fuq il-valur kontabilistiku nett tal-investimenti, segwa b’mod ġenerali x-xejra tal-profittabbiltà. Dan żdied bejn l-2016 u l-2017. Fit-tieni parti tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-ROI naqas għal ċifri negattivi. Tabella 13 Profittabbiltà u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||
|
(197) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Il-fluss tal-flus nett mill-attivitajiet operatorji segwa x-xejra ta’ profittabbiltà. Il-valur tiegħu żdied b’aktar minn sitt darbiet bejn l-2016 u l-2017. Fl-2018, niżel għal terz tal-valur tiegħu fl-2017. Il-fluss tal-flus nett kompla jonqos u fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami, laħaq ċifri negattivi sinifikanti. Tabella 14 Fluss ta’ flus
|
|||||||||||||||
|
(198) |
L-investimenti annwali tal-industrija tal-Unjoni fil-produzzjoni tal-prodott simili baqgħu jonqsu matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Fil-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami, il-valur tal-investimenti netti kien 77 % anqas milli fl-2016. |
|
(199) |
Il-produttur tal-Unjoni kkunsidra l-informazzjoni dwar il-kapaċità tiegħu li jżid il-kapital bħala sensittiva. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tagħmel xi sejba dwar din il-kwistjoni pubblika. Tabella 15 Investimenti
|
|||||||||||||||
4.6. Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(200) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ żdiedu wara r-rieżami ta’ skadenza preċedenti. Dan l-iżvilupp kien partikolarment iffaċilitat mis-sitwazzjoni deskritta fil-premessi(158) u (159), u mill-importazzjonijiet tal-prodott soġġett għar-rieżami li rriżultaw taħt il-kodiċijiet TARIC li ma kinux koperti b’mod espliċitu mill-miżuri anti-dumping. Għall-industrija tal-Unjoni, dan wassal għal tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ li ssarraf f’deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tagħha. |
|
(201) |
L-indikaturi makro u mikro eżaminati wrew li minkejja d-dazji anti-dumping, l-industrija tal-Unjoni kompliet issofri dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami. |
5. IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TA’ DANNU
|
(202) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (200) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami. Flimkien ma’ dik il-konklużjoni, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ivvalutat jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(203) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, il-prezzijiet fi swieq oħrajn, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-impatt tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
5.1. Kapaċità ta’ produzzjoni ta’ riżerva
|
(204) |
Kif imsemmi fil-premessi minn (141) sa (143), l-esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti biex iżidu l-esportazzjonijiet tagħhom b’pass mgħaġġel. Il-kapaċità ta’ riżerva tagħhom kienet stmata bejn 35 000 u 65 000 tunnellata, li hija mill-inqas aktar minn ħames darbiet tal-konsum fl-Unjoni. |
5.2. Prezzijiet fi swieq oħra tal-esportazzjoni
|
(205) |
Kif spjegat fil-premessa (144), il-produtturi Ċiniżi esportaw l-aċidu sulfaniliku u l-imluħ tiegħu lejn il-pajjiżi terzi kollha bl-eċċezzjoni tal-Istati Uniti għall-prezzijiet taħt il-prezz li kienu kapaċi jitolbu fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-differenza fil-prezz kienet sinifikanti bħal fl-2019, il-prezz medju tal-bejgħ tad-derivattivi tal-anilina u l-imluħ tagħha lejn l-Unjoni kien aktar minn tliet darbiet ogħla milli fi swieq oħrajn tal-esportazzjoni. |
5.3. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(206) |
Minħabba l-prezzijiet li jġibu aktar qligħ fis-suq tal-Unjoni meta mqabbla ma’ swieq ta’ pajjiżi terzi kif deskritt fil-premessi (145) u (146), huwa probabbli li kwantitajiet sinifikanti attwalment esportati lejn dawk il-pajjiżi jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. |
|
(207) |
Fuq din il-bażi, fin-nuqqas ta’ miżuri, il-produtturi esportaturi Ċiniżi aktarx li jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni, kemm f’termini tal-volumi ta’ importazzjoni kif ukoll f’termini tal-ishma mis-suq, bi prezzijiet oġġett ta’ dumping li x’aktarx iwaqqgħu b’mod sinifikattiv il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kif spjegat fil-premessi minn (164) sa (169). |
5.4. L-impatt tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu
|
(208) |
Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, hija mistennija żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ, minħabba l-attraenza tas-suq tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessi minn (205) sa (206). Dawn l-importazzjonijiet x’aktarx li jkunu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jew tal-inqas iqiegħdu pressjoni ’l isfel qawwija fuq il-livell tal-prezz mhux dannuż tal-industrija tal-Unjoni, kif stabbilit fil-premessi minn (164) sa (169). |
5.5. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dannu materjali
|
(209) |
Bil-wasla probabbli ta’ kwantitajiet kbar ta’ importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni tkun imġiegħla tnaqqas il-produzzjoni tagħha jew tbaxxi l-prezzijiet tagħha. Il-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ hija ta’ daqs tant kbir li anke ċaqliq żgħir tal-bejgħ lejn l-Unjoni jaffettwa b’mod negattiv lill-industrija tal-Unjoni, speċjalment billi l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħrajn urew li l-prezzijiet lejn is-suq tal-Unjoni jistgħu jonqsu, b’aktar twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. It-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni jew fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni jikkawża aktar deterjorament fil-profittabbiltà tagħha u indikaturi oħrajn tal-prestazzjoni. |
|
(210) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu materjali f’każ li l-miżuri anti-dumping attwali jiskadu. |
6. INTERESS TAL-UNJONI
|
(211) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li juru l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku |
6.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(212) |
Kif imsemmi fil-premessa (208), l-industrija tal-Unjoni x’aktarx li tesperjenza deterjorament ulterjuri serju tas-sitwazzjoni tagħha f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. Għalhekk, it-tkomplija tal-miżuri tibbenefika lill-industrija tal-Unjoni minħabba li l-produttur tal-Unjoni jkollu l-opportunità li jżid il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tiegħu, itejjeb il-profittabbiltà tiegħu u b’mod ġenerali l-qagħda ekonomika tiegħu. |
|
(213) |
B’kuntrast, il-waqfien tal-miżuri jhedded serjament il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, minħabba li x’aktarx isseħħ bidla fl-importazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u f’volumi konsiderevoli, li tikkawża l-kontinwazzjoni ta’ dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
6.2. Interess ta’ importaturi u utenti mhux relatati
|
(214) |
Fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-applikant identifika 25 importatur u/jew utent fl-Unjoni. Il-kumpaniji kollha ġew innotifikati bil-bidu tar-rieżami ta’ skadenza. L-ebda wieħed minnhom ma kkoopera fl-investigazzjoni jew irreġistra bħala parti interessata. |
|
(215) |
Kif spjegat fil-premessa (34), l-aċidu sulfaniliku għandu ħames oqsma ewlenin ta’ applikazzjoni: aġenti illuminanti ottiċi, addittivi tal-konkrit, koloranti tal-ikel, żebgħa speċjalizzata, u fl-industrija farmaċewtika. Investigazzjonijiet preċedenti sabu li l-prodott soġġett għar-rieżami kien jirrappreżenta sehem negliġibbli ta’ madwar 1 % fuq il-kostijiet tal-produzzjoni tal-produtturi tal-farmaċewtiċi u żebgħa speċjali. Madankollu, huwa kkontribwixxa minn 4 sa 12 % għall-ispejjeż tal-produzzjoni tal-produtturi ta’ aġenti illuminanti ottiċi u addittivi tal-konkrit. Peress li l-ebda utent jew importatur ma kkoopera fl-investigazzjoni, jista’ jiġi konkluż li dawn ma ġewx affettwati sostanzjalment b’mod negattiv mill-miżuri. |
|
(216) |
Barra minn hekk, il-prodott soġġett għar-rieżami bħalissa qed jiġi prodott f’erba’ ekonomiji biss madwar id-dinja: Iċ-Ċina, l-Indja, l-Unjoni, u l-Istati Uniti. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-estensjoni tal-miżuri tgħin biex tiġi ppreservata varjetà diġà limitata ta’ sorsi għall-utenti tal-aċidu sulfaniliku. |
|
(217) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma tmurx kontra l-interess tal-importaturi u l-utenti. |
6.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(218) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott soġġett għar-rieżami u li joriġina mir-RPĊ. Iż-żamma tal-miżuri tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni u ma tkunx ta’ dannu għas-sitwazzjoni tal-utenti u tal-importaturi fl-Unjoni. |
7. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(219) |
Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping, il-kontinwazzjoni ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping dwar l-aċidu sulfaniliku u l-imluħ tiegħu li joriġina mir-RPĊ jenħtieġ li jinżammu. |
|
(220) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jibqgħu fis-seħħ il-miżuri eżistenti. |
|
(221) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (116), meta ammont irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(222) |
Il-miżuri previsti f’ dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku. Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ta opinjoni pożittiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku u l-imluħ tiegħu li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2921 42 00 (kodiċijiet TARIC 2921420040, 2921420060, u 2921420061), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun kif ġej:
|
Pajjiż |
Dazju definittiv (%) |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
33,7 |
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2002 tat-22 ta’ Lulju 2002 li jimponi dazju ta’ anti-dumping u ġbir definittiv ta’ dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku u joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Indja (ĠU L 196, 25.7.2002, p. 11).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2002 tat-22 ta’ Lulju 2002 li jimponi dazju kumpensatorju definittivi u għal ġbir definittiv tad-dazju kompensatorju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina mill-Indja (ĠU L 196, 25.7.2002, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/611/KE tat-12 ta’ Lulju 2002 li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċedimenti anti-dumping u antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 196, 25.7.2002, p. 36).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 236/2004 tal-10 ta’ Frar 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2002 li jimponi dazju definittiv ta’ kontra d-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju provvisorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Indja (ĠU L 40, 12.2.2004, p. 17).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/255/KE tas-17 ta’ Marzu 2004 li tħassar id-Deċiżjoni 2002/611/KE li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċedimenti anti-dumping u antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 29).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/37/KE tal-5 ta’ Diċembru 2005 li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċedimenti anti-dumping u antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 52).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 123/2006 tat-23 ta’ Jannar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2002 li jimponi dazju definittiv ta’ kontrobilanċ fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2002 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw, inter alia, mill-Indja (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 5).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1000/2008 tat-13 ta’ Ottubru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indja wara investigazzjoni għar-reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 275, 16.10.2008, p. 1).
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2008 tat-13 ta’ Ottubru 2008 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw fl-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza konformement mal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 u reviżjoni interim parzjali konformement mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1000/2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza konformement mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 276, 17.10.2008, p. 3).
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1346/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jirrevoka d-dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 82).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1347/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2014 li jħassar id-dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw fl-Indja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 101).
(13) ĠU C 140, 16.4.2019, p. 10.
(14) ĠU C 425, 18.12.2019, p. 39.
(15) Note Verbale tas-27 ta’ Jannar 2020.
(16) Nru ta’ Ref. t20.001169.
(17) Kif iċċarat fin-Nota tal-Fajl tat-18 ta’ Novembru 2020, Nru ta’ Ref. t20.007508. Minbarra l-ftehim tal-applikant, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar in-Nota tal-Fajl.
(18) Ara n-noti ta’ qiegħ il-paġna speċifiċi għall-kumpanija fit-taqsimiet li jmiss.
(19) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar id-Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet ta’ Investigazzjonijiet għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2.
(20) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 6-7.
(21) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 10.
(22) Disponibbli fuqhttp://www.fdi.gov.cn/1800000121_39_4866_0_7.html (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2020).
(23) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 20-21.
(24) Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 41, 73-74.
(25) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120-121.
(26) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 122 -135.
(27) Ir-Rapport – il-Kapitolu 7, p. 167-168.
(28) Ir-Rapport – il-Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.
(29) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 15-16, Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 50, p. 84, Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 108-9.
(30) Ara:http://www.czcip.gov.cn/zonghexinxi/r-24281.html (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2020)
(31) Ara:https://www.acfic.org.cn/gdgsl_362/zj/zjgslgz/200901/t20090123_23197.html (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2020)
(32) Northeast Pharmaceutical Group Import And Export Trade Co., Ltd., China Jiangsu International Economic And Technical Cooperation Group Co., Ltd. U Zhejiang Chemicals Import & Export Corporation,
(33) Ara:https://www.globenewswire.com/news-release/2020/03/18/2002467/0/en/Global-Aniline-Market-Opportunities-to-2025-Innovations-in-the-Production-of-Aniline-from-Biomass.html uhttps://teletype.in/@skr-tt/rkrLj4e3Q (it-tnejn li huma kkonsultati l-aħħar fis-26 ta’ Ottubru 2020)
(34) Ara:https://cen.acs.org/business/finance/CENs-Global-Top-50-chemical/97/i30 (ikkonsultat l-aħħar fis-26 ta’ Ottubru 2020)
(35) Arahttp://gzw.yantai.gov.cn/art/2019/8/21/art_9289_2493465.html (ikkonsultat l-aħħar fis-26 ta’ Ottubru 2020)
(36) Ara:http://static.sse.com.cn//disclosure/listedinfo/announcement/c/2020-03-31/600309_2019_n.pdf, p. 52-54 (ikkonsultat l-aħħar fis-26 ta’ Ottubru 2020)
(37) Ara l-artiklu fis-servizz online speċjalizzat PUdaily: Wanhua’s Pursuit of Reform — An Exemplar of China’s State-owned Enterprise Reform. 10 ta’ Ġunju 2019,http://www.pudaily.com/News/NewsView.aspx?nid=77913 (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2020).
(38) Ara d-deskrizzjoni tal-kumpanija tal-ftehim ta’ Wanhua ma’ SOE Sinopec Nanjing Chemical rigward il-kooperazzjoni strateġika fir-rigward tal-anilina: “ Fit-8 ta’ Frar, Yantai Wanhua Polyurethanes Co., Ltd. u SINOPEC Nanjing Chemical Co., Ltd. kellhom iċ-ċerimonja tal-iffirmar tal-kooperazzjoni strateġika tal-anilina fil-belt antika ta’ Nanjing. Il-parteċipanti rrevedew flimkien il-kooperazzjoni kummerċjali bilaterali tagħhom ta’ 10 snin dwar l-anilina, u spjegaw fil-qosor l-esperjenza ta’ kooperazzjoni tagħhom ta’ suċċess u mbagħad iddiskutew bir-reqqa r-relazzjoni ta’ kooperazzjoni strateġika futura tagħhom u laħqu ftehim fir-rigward tal-espansjoni tal-kooperazzjoni u l-iżvilupp konġunt fit-tul. Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni Strateġika dwar l-Anilina ffirmat bejn Yantai Wanhua u Nanjing Chemical Co., Ltd. (Nanhua) jipprovdi lil Yantai Wanhua b’garanzija ta’ prezz baxx u stabbli għall-provvista ta’ materja prima tal-anilina matul il-fażi ta’ żvilupp rapidu tagħha. Fl-istess ħin, itejjeb il-kapaċitajiet tar-reżistenza għar-riskju ekonomiku taż-żewġ kumpaniji, u b’hekk joħloq kundizzjonijiet favorevoli għal aktar kooperazzjoni u żvilupp taż-żewġ Partijiet.” 9.2.2012.https://www.whchem.com/en/newsmedia/news/271.shtml (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2020)
(39) Data għall-2015 abbażi tal-Ktieb Statistiku taċ-Ċina 2016, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika taċ-Ċina.
(40) Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 22-24, u l-Kapitolu 5, p. 97-108.
(41) Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 104-9.
(42) Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 100-1.
(43) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 26.
(44) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 31-2.
(45) Disponibbli fuqhttps://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2020).
(46) Ara s-sit web tal-kumpanija:https://www.whchem.com/cn/aboutus/management/directorboard.shtml (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2020)
(47) Ara s-sit web tal-kumpanija:http://www.zjgj.com/intro/21.html (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2020)
(48) Ara s-sit web tal-kumpanija:http://www.zjgj.com/news/2540.html (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2020)
(49) Ara s-sit web tal-kumpanija:http://www.nepharm.com.cn/article/index/cid/88.html (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Ottubru 2020)
(50) Ir-Rapport – il-Kapitoli 14.1 sa 14.3.
(51) Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 41-42, 83.
(52) Ir-Rapport – il-Kapitolu 16, pp. 406-424.
(53) Ir-Rapport – il-Kapitolu 16, p. 401.
(54) Ir-Rapport – il-Kapitolu 16, p. 411.
(55) It-13-il FYP għall-Industrija Petrokimika u Kimika, Taqsima III.7
(56) Dokument Nru 57 tal-Kunsill tal-Istat. 23 ta’ Lulju 2016, it-Taqsima I.3.http://www.gov.cn/zhengce/content/2016-08/03/content_5097173.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2020).
(57) Ir-Rapport – il-Kapitolu 16, p. 419.
(58) Ir-Rapport – il-Kapitolu 16, p. 424.
(59) Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 70.
(60) Ara:http://static.sse.com.cn//disclosure/listedinfo/announcement/c/2020-03-31/600309_2019_n.pdf, p. 160 (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Ottubru 2020)
(61) Ara:http://static.sse.com.cn//disclosure/listedinfo/announcement/c/2019-04-23/600309_2018_n.pdf, p. 138 (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Ottubru 2020)
(62) Ara:http://www.yantai.gov.cn/art/2020/6/28/art_20330_2762266.html (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Ottubru 2020)
(63) http://transcustoms.com/China_HS_Code/China_Tariff.asp?HS_Code=2902200000 (ikkonsultat l-aħħar fid-29 ta’ Ottubru 2020)
(64) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 138-149.
(65) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 216.
(66) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 213-215.
(67) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 209-211.
(68) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 332-337.
(69) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 336.
(70) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 337-341.
(71) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 114-117.
(72) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 119.
(73) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120.
(74) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.
(75) Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-IMF “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W.Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203
(76) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.
(77) Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri,https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(78) L-aċidu sulfaniliku dinji huwa prodott fl-Unjoni, l-Istati Uniti, ir-RPĊ u l-Indja.
(79) http://www.daikaffil.com/collaboration.html (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ Novembru 2020).
(80) http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm
(81) Dawn huma l-materja prima għall-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku u mhux għall-imluħ tiegħu.
(82) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33) kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/749 tal-24 ta’ Frar 2017 (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 11)
(83) Dawn il-pajjiżi mhux membri tad-WTO huma l-Ażerbajġjan, il-Belarus, il-Korea ta’ fuq, it-Turkmenistan u l-Użbekistan.
(84) https://www.reportsanddata.com/report-detail/aniline-market
(85) Il-paġna 6 tal-filing 10-K ta’ Huntsman Corporation ippreżentat lis-SEC fit-13 ta’ Frar 2020 tirreferi għan-nuqqas ta’ “suq” sinifikanti għall-anilina peress li l-manifatturi tal-MDI jew huma integrati ma’ faċilità tal-manifattura tal-anilina jew għandhom kuntratt ta’ provvista fit-tul. Għad-dettalji, ara:https://www.huntsman.com/investors/financials/sec-filings/content/0001558370-20-000780/0001558370-20-000780.pdf
(86) Ara l-paġna 7 tat-talba għar-rieżami.
(87) Ara l-paġna 7 tat-talba għar-rieżami.
(88) Ara t20.003680.
(89) Disponibbli fuqhttps://wits.worldbank.org/WITS/WITS/Restricted/Login.aspx (ikkonsultat l-aħħar fis-7 ta’ Jannar 2020); għalkemm jirrikjedi reġistrazzjoni, l-aċċess għall-bażi tad-data huwa bla ħlas.
(90) Ara paġna 84 tar-rapporthttps://www.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/c/china/CHN.pdf
(91) https://timesofindia.indiatimes.com/city/mumbai/maharashtra-govt-increases-water-tariff-for-industries-using-it-as-raw-material/articleshow/62573525.cms
(92) http://mospi.nic.in/sites/default/files/publication_reports/Annual_Report_PLFS_2018_19_HL.pdf
(93) Il-paga medja annwali fl-Indja matul il-perjodu tal-investigazzjoni għar-rieżami kienet ta’ madwar INR 192,000 (ara d-data regolari tal-pagi/salarji tal-impjegati fid-dikjarazzjoni 17 fil-paġna 60 tar-“Rapport Annwali, PLFS, 2018-19” li tista’ titniżżel permezz tal-link fin-nota f’qiegħ il-paġna hawn fuq). Ir-rapport “Statistika dwar ix-Xogħol fl-Indja 2017” juri li l-qligħ minimu annwali tal-ħaddiema fis-settur tal-manifattura Indjan b’mod ġenerali fl-2014 kien aktar minn INR 100,000/sena.
(94) http://www.labourbureaunew.gov.in/UserContent/ILS_2017.pdf
(95) https://www.merc.gov.in/faces/merc/common/outputClient.xhtml
(96) https://www.ppac.gov.in/
(97) Ara paġna 33 ta’https://www.ppac.gov.in/WriteReadData/Reports/202005260522443480671SnapshotofIndiasOilGasdata,April2020.pdf
(98) Ara t20.007552. L-informazzjoni dettaljata dwar il-kostijiet ipprovduta mill-applikant hija kunfidenzjali min-natura tagħha fid-dawl tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku u ma tistax tiġi riveduta.
(99) Għal analiżi dettaljata, ara t20.007552.
(100) Ara t20.006886.
(101) Ara p. I-16 tal-pubblikazzjoni 4680 tal-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti dwar l-Aċidu Sulfaniliku miċ-Ċina u mill-Indja, Investigazzjonijiet Nru 701-TA-318 u 731-TA-538 u 561 (ir-Raba’ Rieżami) minn April 2017 (“ir-Rapport USITC ta’ April 2017”).
(102) Paġna 33 tat-talba.
(103) Ara l-paġna 22 tar-Rapport USITC 2017.
(104) Id-derivattivi tal-anilina u l-imluħ tagħha jinkludu l-prodott soġġett għar-rieżami Hija kategorija usa’ mill-aċidu sulfaniliku u l-imluħ tiegħu.
(105) Ara p. I-19 tar-Rapport USITC ta’ April 2017.
(106) Għal Hebei Honggang Chemical Industry Co., Ltd. arahttp://en.hebhonggang.com/comcontent_detail/i=2&comContentId=2.html (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ Novembru 2020); għal Cangzhou Lingang Yueguo Chemical Co., Ltd. arahttp://www.y-gchem.com/about_en.html (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ Novembru 2020); għal Orichem International Ltd arahttp://www.orichem.com/ (ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ Novembru 2020).
(107) Ara p. I-18 tar-Rapport USITC ta’ April 2017. Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 98.
(108) Ara p. 10 tar-Rapport USITC 2017. Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 98.
(109) Nru ta’ Ref. t20.007508.
(110) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2002 tat-3 ta’ Marzu 2002 li jimponi dazju proviżorju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indja (ĠU L 87, 4.4.2002, p. 28).
(111) Nru ta’ Ref. NLRTD-2014-1999. Disponibbli fuqhttps://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/ebti/ebti_consultation.jsp?Lang = en (ikkonsultat l-aħħar fit-30 ta’ Novembru 2020).
(112) Nru ta’ Ref. ITIT-2014-0509C-277100. Disponibbli fuqhttps://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/ebti/ebti_consultation.jsp?Lang = en (ikkonsultat l-aħħar fit-30 ta’ Novembru 2020).
(113) Is-snin 2010 u 2011 kienu pjuttost eċċezzjonali b’importazzjonijiet mir-RPĊ ta’ aktar minn 5 000 tunnellata u anqas minn 1 200 tunnellata rispettivament.
(114) Is-sena 2013 kienet eċċezzjonali b’volum ta’ importazzjoni ta’ ftit aktar minn 10 tunnellati biss.
(115) Kif stabbilit fil-premessa (153), l-imluħ tal-aċidu sulfaniliku huma limitati għas-sulfanilat tas-sodju.
(116) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).