Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li temenda d‑Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fil-holdings fis‑settur finanzjarju (ĠU L 247, p. 1).
Dispożittiv
1) Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d‑Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir‑rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall‑evalwazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju, ir-Renju tal-Pajjizi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2) Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.