|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/186 |
28.1.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/186
tal-24 ta’ Jannar 2025
dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Ġermanja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/87
(notifikata bid-dokument C(2025) 654)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer hija marda virali infettiva li taffettwa lill-mammiferi tal-ordni artjodattili u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernata u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u tikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’annimali tal-ispeċijiet elenkati, hemm riskju serju li dik il-marda tinfirex lejn stabbilimenti oħra li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. L-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/87 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi ċerti miżuri interim ta’ emerġenza marbuta mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Ġermanja b’reazzjoni għat-tifqigħa kkonfermata fl-10 ta’ Jannar 2025 fl-istat federali ta’ Brandenburg, qrib il-fruntiera ta’ dak l-istat mal-istat federali ta’ Berlin. Aktar speċifikament, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/87 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza li jridu jiġu stabbiliti mill-Ġermanja fl-istat federali ta’ Brandenburg, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara dik it-tifqigħa, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll id-durata tal-miżuri li japplikaw ġew ibbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali fil-Ġermanja fir-rigward ta’ dik il-marda, kif ukoll il-livell tar-riskju għal aktar tixrid tagħha. Id-durata tal-miżuri tqis l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health). |
|
(6) |
Biex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ mill-pajjiżi terzi, jeħtieġ li, fil-livell tal-Unjoni, jiġu ddefiniti malajr iż-żoni ristretti għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, li jinkludu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-istati federali ta’ Berlin u ta’ Bradenburg fil-Ġermanja b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru. |
|
(7) |
Minħabba l-urġenza li tirriżulta mis-sitwazzjoni epidemjoloġika fil-Ġermanja fir-rigward tat-tixrid tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u l-bżonn li l-marda ma tinxteridx mill-istabbiliment affettwat fil-Ġermanja lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru u lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi, jixraq li l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni japplikaw malajr kemm jista’ jkun. |
|
(8) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni fir-rigward tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika sal-11 ta’ Frar 2025. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ġermanja għandha tiżgura li:
|
(a) |
jiġu stabbiliti immedjatament mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru żoni ristretti li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; |
|
(b) |
iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza msemmija fil-punt (a) jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
il-miżuri li jeħtieġ li jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, jiġu applikati mill-inqas sad-dati elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/87 titħassar.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-11 ta’ Frar 2025.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/87 tat-13 ta’ Jannar 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Ġermanja (ĠU L, 2025/87, 14.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/87/oj).
ANNESS
Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħa kkonfermata
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żoni ristretti fil-Ġermanja msemmija fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
DE-FMD-2025-00001 |
Żona ta’ protezzjoni għat-tifqigħa DE-FMD-2025-00001: Brandenburg:
Berlin: Teile des Bezirks Marzahn-Hellersdorf :
|
11.2.2025 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza għat-tifqigħa DE-FMD-2025-00001: Brandenburg: Landkreis Märkisch-Oderland:
Landkreis Barnim:
Landkreis Oder-Spree:
Berlin:
|
11.2.2025 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/186/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)