52010DC0750




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 26.11.2010

KUMM(2010) 750 finali

ABBOZZ TAL-BAĠIT ĠENERALI 2011

DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

ABBOZZ TAL-BAĠIT ĠENERALI 2011

DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Wara li kkunsidrat:

- it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 106a tiegħu,

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikulari l-Artikolu 37 tiegħu,

- l-abbozz ta' baġit ġenerali oriġinali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 imressaq mill-Kummissjoni fil-15 ta' Ġunju 2010[2],

- l-abbozz tal-ittra emendatorja Nru 1/2011[3],

- l-abbozz tal-ittra emendatorja Nru 2/2011[4],

- l-abbozz tal-ittra emendatorja Nru 3/2011[5],

- il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali oriġinali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Awwissu 2010

- l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali oriġinali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, adottati mill-Parlament Ewropew fl-20 ta' Ottubru 2010,

Il-Kummissjoni Ewropea b'dan tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2011

WERREJ

1. Daħla 4

2. L-abbozz tal-baġit tal-2011 fi ħdan il-qafas finanzjarju multiannwali 4

2.1 Limiti tal-qafas finanzjarju multiannwali għall-baġit tal-2011 4

2.2 Ħarsa ġenerali tal-abbozz tal-baġit il-ġdid tal-2011. 5

3. Elementi Ewlenin tal-Proposta l-Ġdida ta' Abbozz tal-Baġit 7

3.1. Approċċ Ġenerali dwar l-Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet 7

3.2 L-Intestaturi tan-Nefqa tal-Qafas Finanzjarju 8

3.2.1 Intestatura 1a — Kompetittività għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi 8

3.2.2 Intestatura 1b - Il-Koeżjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u x-Xogħol 10

3.2.3 Intestatura 2 - Preżervazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali 11

3.2.4 Intestatura 3a – Libertà, Sigurtà u Ġustizzja 11

3.2.5 Intestatura 3b — Ċittadinanza 12

3.2.6 Intestatura 4 - L-UE bħala Attur Globali 12

3.2.7 Intestatura 5 - L-Amministrazzjoni 13

3.3. Kwistjonijiet orizzontali 14

3.3.1 Aġenziji deċentralizzati 14

3.3.2 Aġenziji eżekuttivi 14

3.3.3 Proġetti pilota u Azzjonijiet ta' tħejjija 14

3.3.4 Rimarki dwar il-Baġit 15

3.3.5 Linji baġitarji ġodda 15

3.3.6 Riżervi 15

4. Rimarki tal-għeluq 15

5. L-abbozz tal-baġit tal-2011 skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju 16

5.1 L-abbozz tal-baġit tal-2011 skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju (aggregati) 16

5.2 L-abbozz tal-baġit tal-2011 skont l-intestaturi tal-qafas finanzarju (fid-dettall) 19

TIBDILIET GĦAD-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul huma disponibbli fil-EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm). Verżjoni bl-Ingliż tat-tibdiliet li saru fid-dikjarazzjonijiet skont it-taqsima tinsab mehmuża bħala informazzjoni f'anness baġitarju.

1. Daħla

Il-Kummissjoni trażmettiet l-abbozz tal-baġit għall-2011 fil-lingwi uffiċjali kollha fil-15 ta' Ġunju 2010[6]. L-abbozz tal-baġit tal-2011 huwa l-ewwel wieħed li ġie nnegozjat taħt l-arranġamenti l-ġodda stabbiliti mit-Trattat ta' Liżbona. Il-Kunsill lesta l-qari tiegħu tal-abbozz tal-baġit fit-12 ta' Awwissu, filwaqt li l-Parlament Ewropew ivvota l-qari tiegħu fl-20 ta' Ottubru. Billi l-Parlament Ewropew adotta emendi għall-abbozz tal-baġit, li ma setgħux jiġu aċċettati mill-Kunsill, tlaqqa' Kumitat ta' Konċiljazzjoni, f'konformità mal-artikolu 314 §4(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ħadem fuq perjodu ta' wieħed u għoxrin jum, bejn is-26 ta' Ottubru u l-15 ta' Novembru u wasal qrib ħafna ta' ftehim dwar l-elementi tal-abbozz tal-baġit għall-2011. Madankollu, finalment ma kienx possibbli li jiġu rrikonċiljati l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-perjodu ta' żmien permess, u għalhekk, f'konformità mal-artikolu 314 §8 tat-TFUE, " għandu jiġi ppreżentat abozz ta' baġit ġdid mill-Kummissjoni ".

2. L-ABBOZZ TAL-BAġIT TAL-2011 FI ħDAN IL-QAFAS FINANZJARJU MULTIANNWALI

2.1 Limiti tal-qafas finanzjarju multiannwali għall-baġit tal-2011

Fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MAFF), il-limiti għall-approprjazzjonijiet għall-impenji għal kull intestatura ta' nefqa għall-2011 huma kif ġej:

Intestatura | F’miljuni ta’ EUR, bil-prezzijiet attwali |

1. Tkabbir Sostenibbli 1a Il-Kompetittivita għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi 1b Il-Koeżjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi | 63 974 12 987 50 987 |

2. Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u ħlasijiet diretti | 60 338 47 617 |

3. Ċittadinanza, LibertàLibertà, SigurtàSigurtà u Ġustizzja 3a Libertà, Sigurtà u Ġustizzja 3b Ċittadinanza | 1 889 1 206 683 |

4. -L-UE bħala Attur Globali | 8 430 |

5. Amministrazzjoni | 8 334 |

TOTAL | 142 965 |

Fil-MAFF, il-limiti totali għall-approprjazzjonijiet għall-impenji (EUR 142 965 miljun) jirrappreżentaw 1,14% tad-dħul nazzjonali gross tal-UE (GNI). Il-limitu għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet huwa EUR 134 280 miljun, jew 1,07 % tad-DGN.

2.2 Ħarsa ġenerali tal-abbozz tal-baġit il-ġdid tal-2011.

Miljuni ta' EUR

Baġit 2010 (1) | L-Abbozz tal-Baġit il-ġdid għall-2011 | Differenza |

Marġini (2) | -27,2 |

— Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi | 14 862,9 | 11 343,3 | 13 520,6 | 11 645,8 | -9,0% | 2,7% |

Esklużi l-proġetti tal-enerġija biex jgħinu l-irkupru tal-ekonomija (EERP) | 12 882,9 | 10 315,8 | 13 520,6 | 11 620,6 | 5,0% | 3,0% |

Marġini (2) | -33,6 |

— Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi | 49 386,6 | 36 370,9 | 50 980,6 | 41 682,5 | 3,2% | 14,6% |

Marġini | 6,4 |

2. Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali | 59 498,8 | 58 135,6 | 58 659,2 | 56 409,3 | -1,4% | -3,0% |

Marġini | 1 678,8 |

3. Ċittadinanza, Libertà, Sigurtàu Ġustizzja | 1 687 ,5 | 1 411,0 | 1 821,9 | 1 460 ,2 | 8,0% | 3,5% |

Marġini | 67,1 |

Libertà. Sigurtà u Ġustizzja | 1 006,5 | 738,6 | 1 139,0 | 814,3 | 13,2% | 10,2% |

Marġini | 67,0 |

— Ċittadinanza | 681,0 | 672,4 | 682,9 | 646,0 | 0,3% | -3,9% |

Marġini | 0,1 |

4. -L-UE bħala Attur Globali | 8 141,0 | 7 787,7 | 8 754,3 | 7 249,0 | 7,5% | -6,9% |

Marġini (3) | -70,4 |

5. Amministrazzjoni | 7 908,0 | 7 907,5 | 8 081,7 | 8 080,4 | 2,2% | 2,2% |

Marġini (4) | 334,3 |

Total | 141 484,8 | 122 955,9 | 141 818,3 | 126 527,1 | 0,2% | 2,9% |

Bl-esklużjoni tal-proġetti tal-enerġija biex jgħinu l-irkupru ekonomiku | 139 504,8 | 121 928,4 | 141 818,3 | 125 502,1 | 1,7% | 2,9% |

Margin (5), (6) | 1 982,6 | 7 934,9 |

Approprjazzjonijiet bħala % tad-DNG | 1,17% | 1,02% | 1,13% | 1,01% |

(1) Il-Baġit 2010 jinkludi l-baġits emendatorji 1 sa 7. (2) Il-marġini għal intestatura 1a ma jikkunsidrax l-approprjazzjonijiet relatati mal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EUR 500 miljun). (3) Il-marġini għall-intestatura 4 ma jinkludix l-approprjazzjonijiet relatati mar-Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza (EUR 253,9 miljun). (4) Għall-kalkolu tal-marġini taħt il-limitu massimu ta' l-intestatura 5, ittieħed kont tan-nota (1) ta' qiegħ il-paġna fil-qafas finanzjarju 2007-2013 għal somma ta' EUR 82 miljun mill-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjoni. (5) Il-marġini globali għall-impenji ma jinkludix l-approprjazzjonijiet relatati mal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EUR 500 miljun), ir-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza (EUR 253,9 miljun) u għall-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet (EUR 82 miljun). (6) Il-marġini globali għall-ħlasijiet ma jiħux f'kunsiderazzjoni l-approprjazzjonijiet marbuta mar-Riżerva ta' Għajnuna ta' Emerġenza (EUR 100 miljun) u l-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet (EUR 82 miljun). |

Il-Kummissjoni tippreżenta din il-proposta l-ġdida għal abbozz tal-baġit għall-2011, f'konformità mal-pożizzjonijiet espressi kemm mill-Kunsill kif ukoll mill-Parlament Ewropew fil-perjodu ta' konċiljazzjoni.

F’termini ta’ approprjazzjonijiet għall-impenji , in-nefqa totali proposta fl-abbozz tal-baġit tal-2011 hija ta’ EUR 141 818,3 miljun, li jikkorrispondu għal 1,13 % tad-DNG, jiġifieri EUR 332,0 miljun aktar mill-2010. Dan iħalli marġini totali ta’ EUR 1 984,1 miljun taħt il-limitu.

L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet huma stabbiliti fil-livell li nżamm mill-Kunsill f'Awwissu, jiġifieri EUR 126 527,1 miljun li jikkorrispondu għal 1,01 % tad-DNG. Dan jirrappreżenta żieda ta' EUR 3,571,2 miljun meta mqabbel mal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fil-baġit tal-2010, u jħalli marġini ta’ EUR 7 934,9 miljun taħt il-limitu massimu. Il-Parlament esprima l-komprensjoni tiegħu għall-pożizzjoni tal-Kunsill fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji li l-Istati Membri qegħdin jiffaċċjaw f'dan il-mument. Il-Kummissjoni tirrepeti l-fehma soda tagħha li dan il-livell ta' ħlasijiet jista' jintlaħaq qbil dwaru biss jekk ikun akkumpanjat minn impenn tal-awtorità tal-baġit sabiex taġixxi malajr fuq talbiet għal approprjazzjonijiet għall-impenji addizzjonali permezz ta' baġits ta' emenda jew trasferimenti, sabiex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

L-approprjazzjonijiet għall-impenji għall- Kompetittività għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi (intestatura 1a) huma proposti li jkunu ta' EUR 13 520,6 miljun, li huwa tnaqqis ta' 9,0 % meta mqabbel mal-baġit tal-2010. Billi dawn l-ammonti jaqbżu l-limitu massimu tal-intestatura 1a, il-Kummissjoni tipproponi simultanjament li jiġi mmobilizzat l-Istrument tal-Flessibilità b'EUR 34 miljun[7]. L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet żdiedu b’2,7 % għal EUR 11 645,8 miljun. It-tnaqqis apparenti fl-approprjazzjonijiet għall-impenji għal din l-intestatura għandu jitqies fid-dawl tal-inklużjoni fil-baġit tal-2010 tat-tieni tranche ta' approprjazzjonijiet addizzjonali għall-iffinanzjar tal-proġetti tal-enerġija biex jgħinu l-irkupru ekonomiku. Meta jiġi eskluż dan l-element, l-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet jiżdiedu b'5,0 % u 3,0 % rispettivament.

L-approprjazzjonijiet għall-impenji għall- Koeżjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi (intestatura 1b) jiżdiedu bi 3,2 % għal EUR 50 980,6 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 6,4 miljun. L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet żdiedu b’14,6 % għal EUR 41 682,5 miljun. Iż-żieda sostanzjali fil-livell tal-ħlasijiet jirrifletti l-veloċità li laħqu l-programmi tal-politika tal-Koeżjoni li jirrigwardaw il-perjodu ta' pprogrammar 2007 – 2013, u għalhekk tikkontribwixxi għall-irkupru ekonomiku fl-Ewropa.

Approprjazzjonijiet għall-impenji ta' EUR 58 659,2 miljun huma proposti għall- Priżervazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali (intestatura 2) , li huwa tnaqqis ta' 1,4 % meta mqabbel mal-baġit tal-2010 u jħalli marġini ta' EUR 1 680,3 miljun taħt il-limitu massimu. L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jonqsu bi 3,0 % għal EUR 56 409,3 miljun. Taħt din l-intestatura l-ammont maħsub għan-nefqa relatata mas-suq u l-għajnuniet diretti laħaq l-EUR 42 891,2 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji, u EUR 42 786,6 miljun f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

Il- Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (intestatura 3a) tara żieda fl-approprjazzjonijiet għall-impenji ta' 13,2 %, li titla’ għal EUR 1 139,0 miljun, u tħalli marġini ta’ EUR 67,0 miljun. L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jiżdiedu wkoll b'mod sinifikanti b’10,2 % għal EUR 814,3 miljun.

Għaċ- Ċittadinanza (intestatura 3b) , l-approprjazzjonijiet għall-impenji jammontaw għal EUR 682,9 miljun, li ma jħalli kważi l-ebda marġini (EUR 0,1 miljun). L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għal din l-intestatura jonqsu bi 3,9 % għal EUR 646,0 miljun. It-tnaqqis huwa dovut għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà fl-2010 (EUR 13,0-ilmiljun), li ġew miżjuda mal-baġit oriġinali matul is-sena.

L-Intestatura 4, l-UE bħala Attur Globali rat żieda fl-approprjazzjonijiet għall-impenji ta' 7,5 % għal EUR 8 754,3 miljun, li jaqbżu l-limitu massimu fuq l-intestatura 4. Il-Kummissjoni tipproponi simultanjament li jiġi mmobilizzat l-Istrument tal-Flessibilità b'EUR 71 miljun[8]. L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jonqsu b’6,9 % għal EUR 7 249,0 miljun. L-ammont totali tal-approprjazzjonijiet għall-impenji huwa anqas meta mqabbel mal-2010 peress li l-impenji pendenti (l-hekk imsejħa "RAL", reste à liquider ) f'bosta linji tat-'tlestija' għall-programmi preċedenti li qed jingħalqu, tnaqqsu sostanzjalment.

L-approprjazzjonijiet għall-impenji u l-ħlasijiet għan- Nefqa Amministrattiva (Intestatura 5) jiżdiedu b'ammont globali ta' 2,2 %, bl-impenji stabbiliti għal EUR 8 081,7 miljun u l-ħlasijiet għal EUR 8 080,4 miljun. Dan iħalli marġini ta’ EUR 334,3 miljun[9].

3. ELEMENTI EWLENIN TAL-PROPOSTA L-ĠDIDA TA' ABBOZZ TAL-BAġIT

Il-punt tat-tluq għat-tħejjija ta' dan l-abbozz ta' baġit ġdid għall-2011 huwa l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni minn Ġunju, kif modifikata minn tliet ittri ta' emenda (AL) – AL 1/2011[10] (Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna), AL 2/2011[11] (aġenziji u Stabbilizzazzjoni Finanzjarja Ewropea), u AL 3/2011[12] (nefqa agrikola).

Il-bidliet li qed jiġu proposti issa jirriflettu d-diskussjonijiet li diġà saru bejn iż-żewġ fergħat tal-Awtorità tal-Baġit. Dawn id-diskussjonijiet wasslu għal livell importanti ta' konverġenza u dawn l-elementi ta' kompromess qed jinżammu fil-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni, bil-għan li jiġi ffaċilitat ftehim rapidu dwar il-Baġit 2011.

Il-konsegwenzi li ma jintlaħaqx ftehim dwar il-baġit ikunu ta' detriment għall-implimentazzjoni ta' politiki ta' importanza ewlenija, u jagħtu messaġġ ta' ħsara għaċ-ċittadini tal-Ewropa fi żmien ta' inċertezza ekonomika. Il-kredibilità tal-UE fuq il-livell internazzjonali ukoll tiġi mtappna.

Huwa b'dan l-għan importanti f'moħħha li l-Kummissjoni qiegħda tipprova tirrikonċilja l-pożizzjonijiet taż-żewġ fergħat tal-Awtorità tal-Baġit f'din il-proposta għal abbozz ta' baġit ġdid.

Id-dettalji tal-bidliet proposti huma deskritti hawn taħt.

3.1. Approċċ Ġenerali dwar l-Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet

Adattament importanti ħafna huwa dak tal-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet. Fl-abbozz tal-baġit oriġinali tal-2011, il-Kummissjoni pproponiet żieda ta' 5,8 % għall-ħlasijiet meta mqabbel mal-baġit tal-2010 fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-ħtiġijiet għall-ħlasijiet għall-programmi.

Minn dak iż-żmien 'l hawn, id-diffikultajiet ekonomiċi li qed tiffaċċja l-Ewropa saru aktar apparenti, u żviluppa kunsens ġenerali madwar l-Istati Membri dwar il-ħtieġa li jiġu applikati miżuri ta' awsterità. Għaldaqstant, dan l-abbozz tal-baġit il-ġdid jipproponi livell globali ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 126,5 biljun, kif propost mill-Kunsill. Kien hemm fehmiet konverġenti waqt il-konċiljazzjoni li dan l-ammont jista' jkun element essenzjali ta' ftehim globali possibbli.

Madankollu, il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza wkoll li, għall-kuntrarju tal-baġits nazzjonali, il-baġit tal-UE qatt ma jista' jkun f'defiċit, u li t-talbiet kollha għar-rimbors li jiġu mill-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika jridu jiġu onorati. F'dan ir-rigward, huwa essenzjali li jkun hemm dikjarazzjoni konġunta maż-żewġ fergħat tal-Awtorità tal-Baġit li tikkonferma li huma lesti li jittrattaw b'mod rapidu ma' baġits ta' emenda jew trasferimenti fil-każ ta' ħtieġa.

Sabiex tiġi ssodisfata din it-talba, sar neċessarju tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, meta mqabbel mal-proposta inizjali tal-Kummissjoni għall-abbozz tal-baġit tal-2011, permezz tal-metodoloġija li ġejja:

Wara li tqiesu l-konsegwenzi tal-aġġustamenti proposti għall-approprjazzjonijiet mhux differenzjati u għat-tisħiħ speċifiku tal-ħlasijiet, kif iddettaljat hawn taħt fit-taqsimiet 3.2 u 3.3, it-tnaqqis globali fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, meta mqabbel mal-abbozz tal-baġit tal-Kummissjoni inklużi l-ittri ta' emenda, tqassam bejn l-intestaturi differenti kif ġej:

- Terz fuq l-intestatura 1b,

- Terz fuq l-intestatura 2,

- Terz fuq l-intestaturi 1a, 3a u 4,

- L-ebda impatt fuq l-intestatura 3b.

It-tnaqqis imqabbel mal-livell tal-ħlasijiet fi ħdan kull intestatura tqassam proporzjonalment fuq il-linji tal-baġit kollha b'approprjazzjonijiet differenzjati, filwaqt li jitqiesu aġġustamenti speċifiċi li dwarhom il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni esprima opinjonijiet konverġenti, kif deskritt fit-taqsimiet 3.2 u 3.3 aktar 'l isfel u bl-eċċezzjoni tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, l-aġenziji deċentralizzati, il-linji tal-baġit tal-intestatura 1b li tħallew mhux mibdula fil-ħlasijiet miż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit fil-qari rispettiv tagħhom tal-abbozz tal-baġit oriġinali (prinċipalment il-konverġenza) u Life+ u l-programmi tas-saħħa tal-annimali u l-pjanti fl-intestatura 2, kif ukoll ir-Riżerva ta' Għajnuna ta' Emerġenza (EAR) fl-intestatura 4.

3.2 L-Intestaturi tan-Nefqa tal-Qafas Finanzjarju

Minbarra l-aġenziji (deċentralizzati u eżekuttivi) u l-proposti dwar il-proġetti pilota u l-azzjonijiet ta' tħejjija, li huma ddettaljati fit-taqsima 3.3 aktar 'l isfel, l-aġġustamenti li ġejjin tal-qafas finanzjarju multiannwali huma inklużi fl-abbozz tal-baġit il-ġdid.

3.2.1 Intestatura 1a — Kompetittività għat- Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi

Il-Kummissjoni tipproponi li żżid il-livell ta' approprjazzjonijiet għall-impenji għal numru ta' azzjonijiet (ara t-tabella), filwaqt li żżomm l-istess livell kif propost fl-abbozz tal-baġit oriġinali għall-biċċa l-kbira tal-oħrajn. Iż-żidiet jirriflettu l-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew fir-rigward taż-Żgħażagħ, l-SMEs u r-riċerka.

Dan joħloq sitwazzjoni fejn il-livell ta' approprjazzjonijiet għall-impenji jaqbeż il-limitu massimu tal-qafas finanzjarju multiannwali, u għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Istrument tal-Flessibilità għal ammont ta' EUR 34 miljun għall-intestatura 1a.

Il-metodoloġija ġenerali tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet tapplika għal din l-intestatura. Madankollu, meta żidiet ġew proposti mill-Parlament Ewropew fil-qari tiegħu sabiex jakkumpanjaw iż-żidiet fl-impenji, dawn ġew inklużi bħala tali fl-abbozz tal-baġit il-ġdid. Il-Kummissjoni tikkonferma wkoll ammont ta' EUR 50 miljun fi ħlasijiet għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF), suġġett għat-tnaqqis globali deskritt fit-taqsima 3.1.

Miljuni ta' EUR

Linja baġitarja | Intestatura | Żidiet / tnaqqis ta' approprjazzjonijiet għall-impenji |

L-Abbozz tal-Baġit oriġinali għall-2011 | L-Abbozz tal-Baġit il-ġdid għall-2011 | Differenza |

02 02 01 | Programm ta’ qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Programm għall-Intraprenditorija u l-Innovazzjoni | 138,0 | 148,0 | + 10,0 |

04 03 02 | Spejjeż għal-laqgħat tal-konsultazzjoni preliminari mar-rappreżentanti tat-trade unions | 0,45 | 0,5 | + 0,05 |

04 03 03 01 | Ir-relazzjonijiet industrijali u d-djalogu soċjali | 16,4 | 16,5 | + 0,1 |

04 03 03 02 | Miżuri ta’ tagħrif u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema | 16,7 | 17,0 | + 0,3 |

04 03 03 03 | Tagħrif, konsultazzjoni u parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-intrapriżi | 7,3 | 7,5 | + 0,2 |

04 03 04 | EURES (Servizzi Ewropej tal-Impjiegi) | 19,5 | 20,5 | + 1,0 |

08 13 01 | Kapaċitajiet — Riċerka għall-benefiċċju ta’ intrapriżi ta' daqs żgħir jew medju (SMEs) | 221,1 | 223,1 | + 2,0 |

09 02 01 | Definizzjoni u implimentazzjoni tal-politka tal-UE fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika | 2,4 | 4,0 | + 1,6 |

12 02 02 | Il-programm Solvit u l-pjan ta' Azzjoni tas-Servizzi ta' Għajnuna dwar is-Suq Uniku | p.m. | 1,3 | + 1,3 |

15 02 02 | Erasmus Mundus | 94,5 | 96,5 | + 2,0 |

15 02 22 | Programm ta' tagħlim tul il-ħajja | 1 009,7 | 1 027,7 | + 18,0 |

15 05 77 | Nies | 754,4 | 764,4 | + 10,0 |

24 02 01 | Programmi operazzjonali fil-ġlieda kontra l-frodi | 14,2 | 15,0 | + 0,8 |

32 04 06 | Programm Qafas dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni — Programm “Enerġija intelliġenti – Ewropa” | 104,5 | 114,5 | + 10,0 |

32 06 01 | Ir-Riċerka relatata mal-enerġija | 157,7 | 167,7 | + 10,0 |

Total parzjali | Żidiet | + 67,4 |

Prince — Komunikazzjoni dwar l-unjoni ekonomika u monetarja, inkluż l-euro | 6,5 | 5,5 | - 1,0 |

02 04 | Appoġġ għaċ-Ċentru għall-Koperazzjoni Industrijali UE-Ġappun u sħubija fi gruppi ta’ studju internazzjonali | 2,45 | 2,15 | - 0,3 |

12 02 01 | Implimentazzjoni u żvilupp tas-Suq Intern | 8,8 | 8,4 | - 0,4 |

26 02 01 | Proċeduri għall-għoti u r-riklamar ta’ kuntratti ta' forniment, xogħol u servizzij pubbliċi | 15,2 | 14,4 | - 0,8 |

Total parzjali | Tnaqqis | - 2,5 |

Total | + 64,9 |

3.2.2 Intestatura 1b - Il-Koeżjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u x-Xogħol

Il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-impenji jibqa' mhux mibdul meta mqabbel mal-abbozz oriġinali tal-baġit, b'eċċezzjoni waħda: artikolu ġdid tal-baġit 13 03 31 “Assistenza teknika u disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar l-istrateġija tal-UE għall-Baħar Baltiku u għarfien imtejjeb tal-istrateġija tal-makroreġjuni” li nħoloq għal ammont ta' EUR 2,5 miljun f'impenji (mingħajr ħlasijiet).

L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ġew adattati b'tali mod li l-limitu ta' EUR 126,5 biljun għall-abbozz tal-baġit totali huwa rrispettat. Huwa partikolarment importanti għal din l-intestatura li d-dikjarazzjoni konġunta msemmija fit-taqsima 3.1 aktar 'il fuq tiġi kkonfermata, sabiex ħlasijiet addizzjonali jkunu jistgħu jitpoġġew għad-dispożizzjoni jekk meħtieġ.

3.2.3 Intestatura 2 - Preżervazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali

Analiżi bir-reqqa tal-ħtiġijiet magħmula mill-Kummissjoni fl-abbozz tal-baġit oriġinali tagħha, u sussegwentement aġġornata permezz tal-ittra emendatorja 3/2011 hija l-punt tat-tluq għall-proposta l-ġdida. Il-proposta l-ġdida tintegra xi prijoritajiet tal-Parlament Ewropew bħaż-żidiet għal School Milk, Life+, l-Aġenzija tal-Kontroll tas-Sajd tal-Komunità u Animal Health, u parzjalment tinkludi l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-Likwidazzjoni tal-kontijiet. It-tabella hawn taħt tiġbor dawn l-aġġustamenti.

Għall-approprjazzjonijiet mhux differenzjati, il-ħlasijiet huma stabbiliti fl-istess livell tal-impenji. Għal-linji tal-baġit l-oħra, hija segwita l-metodoloġija ġenerali dwar il-ħlasijiet (ara t-taqsima 3.1 aktar 'il fuq).

Miljuni ta' EUR

Linja baġitarja | Intestatura | Żidiet / tnaqqis ta' approprjazzjonijiet għall-impenji |

L-Abbozz tal-Baġit oriġinali għall-2011 | L-Abbozz tal-Baġit il-ġdid għall-2011 | Differenza |

05 02 12 08 | Ħalib għall-iskejjel | 80,0 | 90,0 | + 10,0 |

07 03 07 | LIFE+ (Strument Finanzjarju għall-Ambjent — mill-2007 sal-2013) | 298,3 | 305,0 | + 6,7 |

11 07 01 | Appoġġ għall-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd (ġbir ta' dejta bażika) | 46,0 | 48,0 | + 2,0 |

11 08 05 02 | Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA) – Kontribuzzjoni għat-Titolu 3 | 1,501 | 5,501 | + 4,0 |

17 04 01 01 | Programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet fiżiċi ta' annimali li jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa pubblika marbut ma' fattur estern — Miżuri ġodda | 260,0 | 270,0 | + 10,0 |

Total parzjali | Żidiet | + 32,7 |

05 07 01 06 | Likwidazzjoni tal-kontijiet tas-snin preċedenti fir-rigward tan-nefqa tal-ġestjoni maqsuma taħt it-Taqsima ta' Garanzija tal-EAGGF (miżuri preċedenti) u taħt l-EAGF | -72,0 | -272,0 | - 200,0 |

Total parzjali | Tnaqqis | - 200,0 |

Total | - 167,3 |

Dan l-abbozz tal-baġit jinkludi wkoll EUR 540 miljun ta' dħul assenjat għall-EAGF trasferit 'il quddiem mill-2010 għall-2011. Dan l-ammont huwa ogħla mill-ammont ta' EUR 210 miljun li kien previst fl-ittra ta' emenda 3/2011 għall-abbozz tal-baġit oriġinali tal-2011 billi użu mnaqqas ta' dħul assenjat iġġenerat fl-2010 fl-eżekuzzjoni tal-baġit 2010. Bħala konsegwenza, dan id-dħul assenjat addizzjonali trasferit 'il quddiem mill-2010 għall-2011 inaqqas il-ħtieġa għal approprjazzjonijiet fuq il-linji tal-baġit 05 02 08 03 (Fondi operazzjonaliuy għall-organizzazzjonijiet produtturi) u 05 03 01 (Skema Unika tal-Ħlasijiet – SPS) bi EUR 330 miljun. L-effett tal-approprjazzjoni mnaqqsa fuq dawn il-linji huwa li żdied il-marġini mhux allokat disponibbli fl-2011 tal-intestatura 2 bl-istess ammont.

3.2.4 Intestatura 3a – Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

Il-proposta tal-Kummissjoni għadha fil-biċċa l-kbira mhux mibdula, bil-modifiki li ġejjin:

Miljuni ta' EUR

Linja baġitarja | Intestatura | Żidiet / tnaqqis ta' approprjazzjonijiet għall-impenji |

L-Abbozz tal-Baġit oriġinali għall-2011 | L-Abbozz tal-Baġit il-ġdid għall-2011 | Differenza |

18 04 07 | Ġlieda kontra l-vjolenza (Daphne) | 17,7 | 20,0 | + 2,35 |

18 05 08 | Prevenzjoni, tħejjija u ġestjoni tal-konsegwenzi tat-terroriżmu | 23,1 | 24,1 | + 1,0 |

18 07 03 | Prevenzjoni u informazzjoni dwar id-droga | 3,0 | 4,0 | + 1,0 |

Total parzjali | Żidiet | + 4,35 |

18 01 04 14 | Ġustizzja ċivili — Nefqa għall-ġestjoni amministrattiva | 0,3 | 0,25 | - 0,05 |

18 02 11 01 | Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja - Kontribuzzjoni għat-Titoli 1 u 2 | 10,3 | 5,15 | - 5,15 |

18 03 05 | Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni | 8,0 | 7,5 | -0,5 |

Total parzjali | Tnaqqis | - 5,7 |

Total | - 1,35 |

Ħlasijiet relatati mal-linji tal-baġit imsemmija aktar 'il fuq jibqgħu mhux mibdula bl-eċċezzjoni tal-partiti tal-baġit 18 01 04 14 u 18 02 11 01, li għalihom l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet huma mnaqqsa bl-ammont li jikkorrispondi mat-tnaqqis fl-impenji.

3.2.5 Intestatura 3b — Ċittadinanza

L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost fl-abbozz tal-baġit oriġinali, b'xi żidiet li jirriflettu l-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew fir-rigward ta' Youth u l-komunikazzjoni:

Miljuni ta' EUR

Linja baġitarja | Intestatura | Żidiet / tnaqqis ta' approprjazzjonijiet għall-impenji |

L-Abbozz tal-Baġit oriġinali għall-2011 | L-Abbozz tal-Baġit il-ġdid għall-2011 | Differenza |

15 05 06 | Avvenimenti annwali speċjali | p.m. | 4,0 | + 4,0 |

15 05 55 | Żgħażagħ fl-Azzjoni | 126,1 | 129,1 | + 3,0 |

16 03 01 | Uffiċċji li jagħtu informazzjoni | 12,6 | 13,58 | + 0,98 |

Total parzjali | Żidiet | + 7,98 |

Total | + 7,98 |

L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet addizzjonali li jikkorrispondu ma' dan huma stabbiliti għal 50 % taż-żidiet fl-impenji, bl-eċċezzjoni tal-artikolu tal-baġit 15 05 06 li għalih il-ħlasijiet huma stabbiliti fl-istess livell bħall-impenji.

3.2.6 Intestatura 4 - L-UE bħala Attur Globali

Il-Kummissjoni qed tipproponi xi żidiet immirati li jirriflettu l-prijoritajiet tal-Awtorità tal-Baġit. L-aktar tibdil sinifikanti jirrigwarda l-Palestina li għaliha huwa propost ammont addizzjonali ta' EUR 100 miljun. Dawn l-aġġustamenti jwasslu għal sitwazzjoni fejn il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-impenji jaqbeż il-limitu massimu tal-qafas finanzjarju multiannwali, u għalhekk il-Kummissjoni qed tipproponi li jiġi mmobilizzat l-Istrument tal-Flessibilità għal ammont ta' EUR 71 miljun għall-intestatura 4 sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet addizzjonali għall-Palestina.

Bla ħsara għall-applikazzjoni tal-metodoloġija ġenerali msemmija fit-taqsima 3.1 aktar 'il fuq, l-approprjazzjonijiet għall-impenji għall-Palestina huma wkoll miżjuda b'EUR 100 miljun filwaqt li għal-linji l-oħra li għalihom l-impenji huma miżjuda, il-ħlasijiet qed jinżammu fil-livell tal-abbozz tal-baġit oriġinali. Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li jiġu limitati l-ħlasijiet għar-Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza (EAR) għal EUR 100 miljun f'konformità mal-kompromess li kien qed jintlaħaq fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

Miljuni ta' EUR

Linja baġitarja | Intestatura | Żidiet / tnaqqis ta' approprjazzjonijiet għall-impenji |

L-Abbozz tal-Baġit oriġinali għall-2011 | L-Abbozz tal-Baġit il-ġdid għall-2011 | Differenza |

14 03 04 | Governanza tajba fil-qasam fiskali | p.m. | 1,0 | + 1,0 |

15 02 27 02 | Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ — Kontribuzzjoni għat-Titolu 3 | 5,5 | 6,0 | + 0,5 |

19 04 03 | Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet | 34,1 | 38,0 | + 3,9 |

19 08 01 02 | Għajnuna finanzjarja tal-Viċinat u Partenarjat Ewropew għall- Palestina, il-proċess ta' paċi u l-UNRWA | 200,0 | 300,0 | + 100,0 |

19 08 01 03 | Koperazzjoni finanzjarja tal-Viċinat u Partenarjat Ewropew mal-Ewropa tal-Lvant | 555,4 | 556,4 | + 1,0 |

19 09 01 | Kooperazzjoni ma' pajjiżi tal-Amerika Latina li qed jiżviluppaw | 362,8 | 377,8 | + 14,5 |

19 10 01 01 | Koperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Asja | 528,8 | 543,8 | + 15,0 |

21 02 01 | Sigurtà alimentari | 241,8 | 243,8 | + 2,0 |

21 03 01 | Atturi fl-iżvilupp mhux tal-Istat | 192,7 | 193,7 | + 1,0 |

21 05 01 01 | Saħħa | 30,6 | 32,6 | + 2,0 |

22 02 07 03 | Għajnuna finanzjarja biex jiġi stimulat l-iżvilupp ekonomiku tal-Komunità Torka f’Ċipru | 25,0 | 28,0 | + 3,0 |

23 03 06 | Interventi tal-protezzjoni ċivili f'pajjiżi terzi | 4,0 | 9,0 | + 5,0 |

Total parzjali | Żidiet | + 148,9 |

01 03 02 | Għajnuna makroekonomika | 114,9 | 104,9 | - 10,0 |

19 11 03 | L-Unjoni Ewropea fid-dinja | 5,0 | 4,0 | - 1,0 |

Total parzjali | Tnaqqis | - 11,0 |

Total | + 137,9 |

3.2.7 Intestatura 5 - L-Amministrazzjoni

L-abbozz tal-baġit propost jeskludi l-approprjazzjonijiet relatati mal-aġġustament tal-pagi tal-2009 (1,85 %) għall-istituzzjonijiet kollha, sakemm tiġi adottata d-deċiżjoni l-ġdida tal-Kunsill wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-24 ta' Novembru 2010 favur il-Kummissjoni. Abbozz ta' baġit emendatorju se jiġi ppreżentat fl-2011. Sadittant, marġini suffiċjenti se jitħalla mhux użat taħt il-limitu massimu tal-intestatura 5. L-abbozz ta' kompromess fil-Konċiljazzjoni kien jinkludi dikjarazzjoni konġunta b'impenn miż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit għal adozzjoni rapida ta' baġit ta' emenda fil-każ li l-Qorti tiddeċiedi favur iż-żieda relevanti fil-pagi. Il-Kummissjoni tqis l-adozzjoni ta' din id-dikjarazzjoni bħala parti indispensabbli mill-ftehim finali dwar il-baġit tal-2011.

Minbarra dan, l-approprjazzjonijiet għall-pagi u l-pensjonijiet ġew reveduti 'l isfel għall-istituzzjonijiet kollha fir-rigward tal-aġġustament tal-paga tal-2010, u dan jirrifletti l-aktar stimi riċenti ta' massimu ta' 0,7 %.

Għall-Kummissjoni, l-abbozz ta' baġit il-ġdid huwa bbażat fuq il-pożizzjoni ta' wara l-ittra ta' emenda 1/2011 (Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna), bl-eċċezzjoni tal-linji tal-baġit xx 01 02 11 02 (Konferenzi u Laqgħat) u xx 01 02 11 03 (Kumitati), fejn, fi spirtu ta' kompromess, l-approprjazzjonijiet huma stabbiliti fl-aktar livell baxx li jaqblu dwaru b'mod konġunt iż-żewġ fergħat tal-Awtorità tal-Baġit fil-qari rispettiv tagħhom.

Għall-istituzzjonijiet kollha minbarra l-Kummissjoni, wara li jitqiesu l-korrezzjonijiet li jirrigwardaw is-salarju, l-abbozz ta' baġit il-ġdid jirrifletti l-qari tal-Parlament Ewropew minbarra għall-Kunsill, fejn hija l-pożizzjoni tal-Kunsill stess li hija segwita wara l-ittra ta' emenda 1/2011 (Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna).

Fir-rigward tal-istituzzjonijiet kollha minbarra l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-postijiet addizzjonali mqabbla mal-2010 huma dawn li ġejjin: il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (+29), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (+11), il-Kumitat tar-Reġjuni (+18), l-Ombudsman Ewropew (+1), u l-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta (+2).

3.3. Kwistjonijiet orizzontali

3.3.1 Aġenziji deċentralizzati

Il-kontribuzzjoni tal-UE (kemm f'approprjazzjonijiet għall-impenji kif ukoll f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet) u n-numru ta' postijiet għall-aġenziji deċentralizzati huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-abbozz tal-baġit oriġinali, kif modifikat bl-ittra ta' emenda 2/2011, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

- Għall-partita tal-baġit 15 02 27 02 il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ – Kontribuzzjoni għat-Titolu 3 taħt l-intestatura 3, hija proposta żieda ta' EUR 0,5 miljun kemm fl-impenji kif ukoll fil-ħlasijiet.

- Għall-partita tal-baġit 11 08 05 02 l-Aġenzija tal-Komunità għall-Kontroll tas-Sajd – Kontribuzzjoni għat-Titolu 3 taħt l-intestatura 2 hija proposta żieda ta' EUR 4 miljun f'impenji.

Meta mqabbel mal-abbozz tal-baġit oriġinali u l-kif miftiehem b'mod konġunt miż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit fil-qari rispettiv tagħhom tal-abbozz tal-baġit oriġinali:

- Hemm post addizzjonali wieħed anqas għall-Eurojust.

- L-approprjazzjonijiet għall-Aġenzija għall-ġestjoni operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fiż-żona tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja huma mnaqqsa bin-nofs.

3.3.2 Aġenziji eżekuttivi

Il-kontribuzzjoni tal-UE (kemm f'approprjazzjonijiet għall-impenji kif ukoll f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet) u n-numru ta' postijiet għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost fl-abbozz tal-baġit ta' Ġunju.

3.3.3 Proġetti pilota u Azzjonijiet ta' tħejjija

Pakkett komprensiv ta' 46 proġett pilota u azzjoni preparatorja (PP/PA) għal ammont totali ta' EUR 72,7 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji huwa propost fl-abbozz tal-baġit il-ġdid. Dan jinkludi l-PP/PA kollha proposti mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja jidhru li huma koperti minn bażi legali eżistenti, il-Kummissjoni tista' timplimenta l-azzjoni kkonċernata taħt il-bażi legali relevanti u tipproponi t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet għal-linja tal-baġit li tikkorrispondi magħhom matul is-sena.

L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji ġodda kollha huma stabbiliti fuq massimu ta' 50 % tal-impenji li jikkorrispondu magħhom; l-ammont inizjali propost jinżamm jekk ikun inqas minn 50 % tal-impenji. Għall-PP/PA li diġà jeżistu u li se jiġu estiżi għall-2011, il-livell tal-ħlasijiet huwa dak definit fl-abbozz tal-baġit oriġinali.

L-azzjoni preparatorja l-ġdida dwar “l-appoġġ tal-UE għall-medjazzjoni” qed tiġi mċaqalqa lejn il-partita tal-baġit 2 2 3 8 fit-Taqsima X – Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna.

3.3.4 Rimarki dwar il-Baġit

Bl-eċċezzjoni tar-rimarki addizzjonali għal-linja XX 01 02 11, l-emendi testwali kollha introdotti mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill fil-qari rispettiv tagħhom huma maqbula, bil-ftehim li ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-ambitu ta' bażi legali eżistenti.

3.3.5 Linji baġitarji ġodda

In-nomenklatura tal-baġit kif proposta mill-Kummissjoni fl-abbozz tal-baġit oriġinali u t-tliet ittri ta' emenda tibqa' mhux mibdula. Minbarra dan, linji tal-baġit ġodda huma proposti sabiex jiġi akkomodat il-pakkett ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji.

Minbarra dan, in-nomenklatura inizjali għas-CSFP hija emendata kif ġej:

- 19 03 01 01 – Missjoni ta' monitoraġġ fil-Ġeorġja

- 19 03 01 02 – EULEX Kosovo

- 19 03 01 03 – EUPOL Afganistan

- 19 03 01 04 – Miżuri u operazzjonijiet oħra ta' ġestjoni tal-kriżijiet.

3.3.6 Riżervi

B'konformità sħiħa mal-artikolu 43(1) tar-Regolament Finanzjarju, ir-riżervi huma b'mod partikolari stabbiliti fuq linji li għalihom għadha ma ġietx adottata l-bażi legali.

4. Rimarki tal-għeluq

Billi tipproponi abbozz tal-baġit ġdid tal-2011, li jintegra l-elementi ta' kompromess stabbiliti mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, il-Kummissjoni qed toħloq il-kundizzjonijiet għal adozzjoni rapida tal-baġit tal-2011, mingħajr rikors għal perjodu ieħor ta' konċiljazzjoni.

Adozzjoni u dħul fis-seħħ malajr tal-baġit tal-2011 huma essenzjali sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-politiki u l-programmi tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni se tagħmel l-aħjar tagħha sabiex tikseb din il-mira.

5. L-abbozz tal-baġit tal-2011 skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju

5.1 L-abbozz tal-baġit tal-2011 skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju (aggregati)

Intestatura | Baġit | Qafas finanzjarju | L-abbozz tal-baġit il-ġdid | Differenza | Differenza |

2010 (1) | 2011 | 2011 | 2011 / 2010 | 2011 – 2010 |

(1) | (2) | (3) | (3 / 1) | (3 – 1) |

EUR | EUR | EUR | % | EUR |

[pic]

5.2 L-abbozz tal-baġit tal-2011 skont l-intestaturi tal-qafas finanzarju (fid-dettall)

Intestatura | Baġit | Qafas finanzjarju | L-abbozz tal-baġit il-ġdid | Differenza | Differenza |

2010 (1) | 2011 | 2011 | 2011 / 2010 | 2011 – 2010 |

(1) | (2) | (3) | (3 / 1) | (3 – 1) |

EUR | EUR | EUR | % | EUR |

[1] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[2] COM(2010) 300, 15.6.2010

[3] SEC (2010) 1064. 15.9.2010

[4] SEC (2010) 1199. 11.10.2010

[5] COM(2010) 601, 20.10.2010.

[6] COM(2010) 300, 15.6.2010.

[7] Il-marġini għall-intestatura 1a ma jiħux f'kunsiderazzjoni l-approprjazzjonijiet relatati mal-Fond Ewropew għall-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EUR 500 miljun).

[8] Il-marġini għall-intestatura 4 ma jinkludix l-approprjazzjonijiet relatati mar-Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza (EUR 253,9 miljun).

[9] Għall-kalkolu tal-marġini taħt il-limitu massimu għall-intestatura 5, qed jittieħed kont tan-nota (1) ta' qiegħ il-paġna għall-qafas finanzjarju 2007 – 2013 għal ammont ta' EUR 82 miljun għall-kontribuzzjoni tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet. Il-livell ta' nfiq tal-2011 li tqies għall-istituzzjonijiet l-oħra huwa bbażat fuq l-aħħar stimi disponibbli.

[10] SEC(2010) 1064, 15.9.2010.

[11] SEC (2010) 1199, 11.10.2010.

[12] COM(2010)601, 20.10.2010.