|
28.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/4 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 671/2010
tat-13 ta’ Lulju 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata tal-kambju għall-euro fl-Estonja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 140(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2866/98 tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-rati tal-kambju bejn l-euro u l-muniti tal-Istati Membri li jadottaw l-euro (2) jiddetermina r-rati tal-kambju mill-1 ta’ Jannar 1999. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, l-Estonja hija Stat Membru b’deroga kif iddefinit fl-Artikolu 139(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem “it-Trattat”). |
|
(3) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/416/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 bi qbil mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mill-Estonja tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2011 (3), l-Estonja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga tal-Estonja għandha tiġi revokata mill-1 ta’ Jannar 2011. |
|
(4) |
L-introduzzjoni tal-euro fl-Estonja teħtieġ l-adozzjoni tar-rata ta’ konverżjoni bejn l-euro u l-kroon Estonjan. Din ir-rata ta’ konverżjoni għandha tkun iffissata għal 15,6466 kroon Estonjani għal kull euro, li tikkorrispondi mar-rata ċentrali preżenti tal-kroon fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II). |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2866/98 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiddaħħal bejn ir-rati ta’ konverżjoni applikabbli għall-mark Ġermaniż u d-drachma Griega fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2866/98:
“= 15,6466 kroons Estonjani”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REYNDERS
(1) Opinjoni mogħtija fil-5 ta’ Lulju 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(2) ĠU L 359, 31.12.1998, p. 1.
(3) Ara paġna 24 ta’ dan il-ĠU.