|
15.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 137/2011
tat-2 ta’ Diċembru 2011
li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XI ta’ mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/625/UE tad-19 ta’ Ottubru 2010 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali f’Andorra (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 5el (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/146/UE) tal-Anness XI tal-Ftehim:
|
“5em. |
32010 D 0625: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/625/UE tad-19 ta’ Ottubru 2010 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali f’Andorra (ĠU L 277, 21.10.2010, p. 27).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2010/625/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 318, 1.12.2011, p. 39.
(2) ĠU L 277, 21.10.2010, p. 27.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.