<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-130/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021TJ0130</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2022:778">EU:T:2022:778</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>23</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>23</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20221207">7.12.2022</DATE> – Kawża T‑130/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">CCPL</HT> <HT TYPE="SC"><HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Id-Disa’ Awla Estiża)</P><P>7 ta’ Diċembru 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Imballaġġ tal-ikel intiż għall-bejgħ bl-imnut</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li temenda l-ammont ta’ multa</KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet tal-kalkolu tal-multa</KEYWORD><KEYWORD>Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur</KEYWORD><KEYWORD>Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal‑2006</KEYWORD><KEYWORD>Limitu massimu tal-multa</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Kapaċità kontributtiva</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑130/21,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">CCPL - Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC</HT>, stabbilita f’Reggio d’Emilie (l-Italja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Coopbox Group SpA</HT>, stabbilita f’Bibbiano (l-Italja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Coopbox Eastern s.r.o</HT>., stabbilita f’Nové Mesto nad Váhom (is-Slovakkja),</P><P>irrappreżentati minn E. Cucchiara u E. Rocchi, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn P. Rossi u T. Baumé, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla Estiża),</P><P>komposta, matul deliberazzjonijiet, minn S. Papasavvas, President, M. J. Costeira, M. Kancheva, P. Zilgalvis (Relatur) u I. Dimitrakopoulos, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: P. Nuñez Ruiz, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura,</VISA><VISA>wara li kkunsidrat id-digriet tat‑22 ta’ Lulju 2021, CCPL <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (T‑130/21 R, mhux ippubblikat, EU:T:2021:488),</VISA><VISA>wara s-seduta tas‑16 ta’ Ġunju 2022,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, CCPL – Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC, Coopbox Group SpA u Coopbox Eastern s.r.o., jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas‑17 ta’ Diċembru 2020, C(2020) 8940 finali, (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>id-deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) li tissostitwixxi l-multi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2015) 4336 finali tal‑24 ta’ Ġunju 2015 relatata mal-proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39563 – L-ippakkjar tal-ikel bl-imnut) (iktar ’il quddiem id- <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni tal‑2015<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti li wasslu għall‑kawża u l‑fatti sussegwenti għall‑preżentata tar‑rikors</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti huma kumpanniji li jagħmlu parti mill-grupp CCPL attivi, b’mod partikolari, fis-settur tal-imballaġġ tal-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>CCPL hija kooperattiva li għandha, permezz ta’ CCPL SpA, ishma f’kumpanniji operattivi, fosthom Coopbox Group u Coopbox Eastern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl‑24 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni Ewropea adottat id-deċiżjoni tal‑2015, li permezz tagħha hija kkonstatat li kumpanniji attivi fis-settur tal-ippakkjar tal-ikel intiż għall-bejgħ bl-imnut kienu, matul il-perijodu bejn l‑2000 u l‑2008, ipparteċipaw f’ħames ksur distinti tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni imponiet, konformement mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas‑16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8 Volum 2, p. 205), multi għal ammont totali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">33694000</FT>, b’mod partikolari, fuq ir-rikorrenti u fuq żewġ kumpanniji oħra li kienu jagħmlu parti fiż-żmien tal-grupp CCPL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-ammont finali ta’ dawn il-multi ġie ffissat wara l-għoti tal-ħames kumpanniji kkonċernati, skont il-paragrafu 35 tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 210, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Linji gwida tal‑2006<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), ta’ tnaqqis ta’ 25 % tal-ammont finali tal-multi li l-Kummissjoni kellha timponi fuqhom, fid-dawl tal-kapaċità kontributtiva mnaqqsa tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑15 ta’ Diċembru 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CCPL <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑522/15 R</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:1012">EU:T:2015:1012</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-President tal-Qorti Ġenerali ssospenda l-obbligu li tiġi kkostitwita favur il-Kummissjoni garanzija bankarja sabiex jiġi evitat l-irkupru immedjat tal-multi li kienu ġew imposti fuq il-ħames kumpanniji kkonċernati, bil-kundizzjoni, minn naħa, li huma jħallsu lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 5 miljun kif ukoll id-dħul kollu ġġenerat mit-trasferiment previst ta’ ċerti ishma u, min-naħa l-oħra, li huma jippreżentaw bil-miktub lil din tal-aħħar, it-tliet xhur kollha sal-adozzjoni tad-deċiżjoni fil-kawża prinċipali kif ukoll f’kull avveniment li jista’ jkollu influwenza fuq il-kapaċità futura tagħhom li jħallsu l-multi imposti, rapport iddettaljat dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar inkluż fil-ftehim ta’ ristrutturar tad-dejn konklużi mal-kredituri tagħhom (minn hawn ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>pjan ta’ ristrutturar<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) [Anness A.27] u fuq l-ammont ta’ dħul mill-bejgħ tal-assi tagħhom kemm fl-eżekuzzjoni kif ukoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>barra<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> dan il-pjan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>CCPL, li aġixxiet f’isem il-ħames kumpanniji kkonċernati, għamlet ħlasijiet provviżorji lill-Kummissjoni għal ammont totali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5942000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CCPL <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑522/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:500">EU:T:2019:500</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, fir-rigward tad-determinazzjoni tat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ħames kumpanniji kkonċernati mogħtija minħabba l-inkapaċità kontributtiva, id-Deċiżjoni tal‑2015 kienet ivvizzjata b’insuffiċjenza ta’ motivazzjoni. Konsegwentement, hija annullat l-Artikolu 2(1)(f) sa (h), (2)(d) u (e), u (4)(c) u (d) ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑18 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni informat lil CCPL b’mod partikolari bl-intenzjoni tagħha li tadotta deċiżjoni ġdida li timponi multi fuq il-kumpanniji kkonċernati tal-grupp tagħha u stiednet lil dawn tal-aħħar jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl‑20 ta’ Settembru 2019, ir-rikorrenti ppreżentaw appell mis-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CCPL <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑522/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:500">EU:T:2019:500</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl‑4 ta’ Ottubru 2019, il-kumpanniji kkonċernati talbu lill-Kummissjoni teżamina l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva tagħhom, skont il-paragrafu 35 tal-Linji gwida tal‑2006, bil-għan li jitnaqqas l-ammont tal-multi li hija setgħet tapplika fi tmiem il-proċedura pendenti. Sabiex tevalwa din it-talba, il-Kummissjoni indirizzat lill-grupp CCPL talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 18(1) u (2) tar-Regolament Nru 1/2003, li l-imsemmi grupp ta’ segwitu għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis‑7 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni, b’eżekuzzjoni tas-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CCPL <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑522/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:500">EU:T:2019:500</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), irrimborsat lil CCPL l-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5942084</FT> li din tal-aħħar kienet ittrasferixxiet lilha bħala ħlas provviżorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fis‑17 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata, li permezz tagħha hija, essenzjalment, ċaħdet it-talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multi inkwistjoni bbażata fuq assenza ta’ kapaċità kontributtiva ppreżentata mir-rikorrenti u imponiet fuqhom multi li jammontaw għal total ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">9441000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑20 ta’ Jannar 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CCPL <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑706/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:45">EU:C:2021:45</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell tal-appellanti bħala manifestament inammissibbli. Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat b’mod partikolari li r-rikorrenti jistgħu jinvokaw, jekk ikun il-każ, il-motivi u l-argumenti miċħuda mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CCPL <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑522/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:500">EU:T:2019:500</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fil-kuntest ta’ eventwali rikors ġdid kontra d-deċiżjoni li kellha tiġi adottata wara l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża mill-Qorti Ġenerali (digriet tal‑20 ta’ Jannar 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CCPL <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑706/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:45">EU:C:2021:45</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat‑22 ta’ Lulju 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CCPL <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑130/21 R</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:488">EU:T:2021:488</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-President tal-Qorti Ġenerali ċaħad it-talba għal miżuri provviżorji tar-rikorrenti intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u rriżerva l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It‑talbiet tal‑partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-multi li ġew imposti fuqhom fid-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id‑dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-ewwel motiv huwa bbażat, essenzjalment, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003. It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament. It-tielet motiv huwa bbażat, essenzjalment, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni sa fejn il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-data pprovduta mill-grupp CCPL insostenn tal-assenza ta’ kapaċità kontributtiva tagħha.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel motiv, ibbażat, essenzjalment, fuq ksur tal‑obbligu ta’ motivazzjoni u fuq ksur tal‑Artikolu 23(2) tar‑Regolament Nru 1/2003</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet ibbażati, l-ewwel waħda, fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni f’dak li jirrigwarda r-responsabbiltà tal-kumpannija omm tal-grupp CCPL minħabba l-aġir tal-kumpanniji tal-grupp CCPL u, it-tieni waħda, fuq il-ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 sa fejn il-Kummissjoni bbażat ruħha b’mod żbaljat fuq il-preżunzjoni li CCPL eżerċitat influwenza determinanti fuq il-kumpanniji tal-grupp CCPL.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tal-ewwel motiv, ibbażata fuq motivazzjoni insuffiċjenti tar-responsabbiltà tal-kumpannija omm tal-grupp CCPL minħabba l-aġir tal-kumpanniji ta’ dan il-grupp</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, peress li ma tindikax ir-raġunijiet li għalihom ir-responsabbiltà tal-aġir ta’ Coopbox Group u ta’ Coopbox Eastern ġiet imputata lil CCPL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Hemm lok li jitfakkar li, il-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE għandha turi b’mod ċar u mhux ekwivoku, ir-raġunament tal-istituzzjoni, l-awtur tal-att, b’mod li jippermetti lill-partijiet ikkonċernati jkunu jafu l-ġustifikazzjoni għall-miżura sabiex jiddefendu d-drittijiet tagħhom u<?PAGE NO="5"?> lill-qorti tal-Unjoni teżerċita l-istħarriġ tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑18 ta’ Settembru 2003, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Volkswagen vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑338/00 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:473">EU:C:2003:473</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta deċiżjoni inizjali tal-Kummissjoni tkun ġiet emendata permezz ta’ deċiżjoni li tipprevedi espliċitament li din tikkostitwixxi deċiżjoni li temenda din id-deċiżjoni, il-proċedura ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ emenda hija estensjoni tal-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni inizjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Lulju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Toshiba vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑180/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:520">EU:C:2017:520</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-motivazzjoni tad-deċiżjoni inizjali tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-legalità tad-deċiżjoni li temenda, sakemm din ma tkunx ġiet affettwata minn sentenza ta’ annullament u li ma hijiex kontradetta mill-formulazzjoni tad-deċiżjoni li temenda (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Jannar 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Toshiba vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑404/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:18">EU:T:2016:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mit-titolu u mill-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta espliċitament li din tikkostitwixxi deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni tal‑2015 fir-rigward tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata jimponi għalhekk multi fuq ir-rikorrenti għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal‑2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma huwiex allegat li l-elementi tad-deċiżjoni tal‑2015 minbarra dawk relatati mal-kapaċità kontributtiva tar-rikorrenti ġew affettwati mis-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CCPL <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑522/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:500">EU:T:2019:500</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jew li hija kontradetta mid-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tar-responsabbiltà ta’ CCPL minħabba ksur imwettaq mill-kumpanniji tal-grupp CCPL, li huwa s-suġġett ta’ dan il-motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 25 iktar ’il fuq, il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata għandha tinqara fid-dawl tad-Deċiżjoni tal‑2015 f’dak li jikkonċerna r-responsabbiltà ta’ CCPL minħabba ksur imwettaq mill-kumpanniji tal-grupp CCPL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-premessa 848 tad-deċiżjoni tal‑2015, il-Kummissjoni kkonstatat li CCPL kienet il-kumpannija li teżerċita kontroll tal-grupp CCPL matul it-tul kollu tal-ksur inkwistjoni u li l-parteċipazzjoni diretta jew indiretta tagħha f’entità waħda jew iktar, fosthom Coopbox Group, li pparteċipat direttament fil-ksur kienet ta’ 100 % sat‑18 ta’ April 2006, imbagħad ta’ 93.864 % bejn it‑18 ta’ April 2006 u t-tmiem tal-imsemmi ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-premessa 849 tad-deċiżjoni tal‑2015, il-Kummissjoni qieset li sehem ta’ 93.864 % kien suffiċjenti sabiex jiġi preżunt li kumpannija parent kienet teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha. Hija ppreċiżat ukoll li għalkemm, għaliha, il-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti kienet suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-entitajiet ikkonċernati, din il-preżunzjoni kienet imsaħħa mill-analiżi tar-rabtiet legali, personali u ekonomiċi eżistenti bejn l-entitajiet li jagħmlu parti mill-impriża kkonċernata, imwettqa fil-premessi 850 sa 855 tal-istess deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, dawn l-elementi huma ta’ natura li jippermettu lir-rikorrenti jifhmu l-evalwazzjoni li wasslet lill-Kummissjoni sabiex tikkonstata r-responsabbiltà ta’ CCPL minħabba ksur imwettaq mill-kumpanniji tal-grupp CCPL u lill-Qorti Ġenerali li tistħarreġ il-fondatezza ta’ dawn il-motivi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-argument tar-rikorrenti dwar motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata f’dak li jikkonċerna r-responsabbiltà ta’ CCPL minħabba ksur imwettaq mill-kumpanniji tal-grupp CCPL għandu għalhekk jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tal-ewwel motiv, ibbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 sa fejn il-Kummissjoni bbażat ruħha b’mod żbaljat fuq il-preżunzjoni li CCPL eżerċitat influwenza determinanti fuq il-kumpanniji tal-grupp CCPL</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jqisu, essenzjalment, li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żbalji ta’ liġi u bi żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn il-Kummissjoni bbażat ruħha, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, fuq il-preżunzjoni li CCPL kienet eżerċitat influwenza determinanti fuq il-kumpanniji tal-grupp CCPL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ deċiżjoni timponi multi fuq l-impriża u fuq l-assoċjazzjonijiet tal-impriżi meta, jew intenzjonalment jew b’negliġenza jiksru d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-kunċett ta’ impriża jkopri kull entità li teżerċita attività ekonomika, indipendentement mill-istatus ġuridiku ta’ din l-entità u mill-mod ta’ finanzjament tagħha. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat, minn naħa, li l-kunċett ta’ impriża, ikkunsidrat f’dan il-kuntest, kellu jinftiehem fis-sens li jirreferi għal unità ekonomika, anki jekk, mill-perspettiva ġuridika, din l-unità ekonomika tkun ikkostitwita minn diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi u, min-naħa l-oħra, li, meta tali entità ekonomika tikser ir-regoli tal-kompetizzjoni, hija għandha, skont il-prinċipju ta’ responsabbiltà personali, twieġeb għal tali ksur (ara s-sentenza tad‑29 ta’ Settembru 2011, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/09 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:620">EU:C:2011:620</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra dan, l-aġir ta’ sussidjarja jista’ jiġi imputat lill-kumpannija omm b’mod partikolari meta, minkejja li jkollha personalità ġuridika distinta, din is-sussidjarja ma tiddeterminax b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq iżda tapplika essenzjalment l-istruzzjonijiet mogħtija lilha mill-kumpannija omm, fid-dawl b’mod partikolari tal-konnessjonijiet ekonomiċi, organizzattivi u legali bejn dawn iż-żewġ entitajiet ġuridiċi (ara s-sentenza tas‑27 ta’ Jannar 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>The Goldman Sachs Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑595/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:73">EU:C:2021:73</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li, fil-każ speċifiku fejn kumpannija omm ikollha direttament jew indirettament it-totalità jew il-kważi totalità tal-kapital tas-sussidjarja tagħha li tkun wettqet ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, minn naħa, din il-kumpannija omm tista’ teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ din is-sussidjarja u, min-naħa l-oħra, teżisti preżunzjoni konfutabbli li l-imsemmija kumpannija omm teżerċita effettivament tali influwenza. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa biżżejjed li l-Kummissjoni turi li t-totalità jew il-kważi totalità tal-kapital ta’ sussidjarja tkun miżmuma mill-kumpannija omm tagħha sabiex ikun jista’ jiġi preżunt li din tal-aħħar teżerċita effettivament influwenza determinanti fuq il-politika kummerċjali ta’ din is-sussidjarja. Sussegwentement, il-Kummissjoni tkun tista’ tqis li l-kumpannija parent hija responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha, sakemm din il-kumpannija omm, li fuqha jaqa’ l-kompitu li tirribatti din il-preżunzjoni, ma tipproduċix provi suffiċjenti sabiex turi li s-sussidjarja tagħha taġixxi b’mod awtonomu fis-suq (ara s-sentenza tas‑27 ta’ Jannar 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>The Goldman Sachs Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑595/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:73">EU:C:2021:73</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Sakemm ma tiġix ikkonfutata, tali preżunzjoni timplika, għaldaqstant, li l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti mill-kumpannija omm fuq is-sussidjarja tagħha jitqies li huwa stabbilit u huwa l-bażi li fuqha l-Kummissjoni żżomm lil din tal-ewwel responsabbli għall-aġir tat-tieni, mingħajr ma jkollha għalfejn tipproduċi kwalunkwe prova addizzjonali. L-implimentazzjoni tal-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti b’hekk ma hijiex suġġetta għall-produzzjoni ta’ indizji supplimentari dwar l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza tal-kumpannija omm (ara s-sentenza tas‑27 ta’ Jannar 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>The Goldman Sachs Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑595/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:73">EU:C:2021:73</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni bl-ebda mod ma hija obbligata li tibbaża ruħha esklużivament fuq l-imsemmija preżunzjoni. Fil-fatt, xejn ma jipprekludi lil din l-istituzzjoni milli tistabbilixxi l-eżerċizzju effettiv, minn kumpannija omm, ta’ influwenza determinanti fuq is-sussidjarja tagħha permezz ta’ provi oħra jew permezz ta’ kombinazzjoni ta’ tali provi mal-imsemmija preżunzjoni (ara s-sentenza tas‑27 ta’ Jannar 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>The Goldman Sachs Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑595/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:73">EU:C:2021:73</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jitfakkar li, fil-premessa 846 tad-deċiżjoni tal‑2015, il-Kummissjoni indikat li, sabiex tiġi attribwita r-responsabbiltà għall-ksur inkwistjoni lil CCPL bħala kumpannija omm, hija kienet użat il-preżunzjoni ta’ responsabbiltà li tgħid li CCPL kienet eżerċitat influwenza determinanti matul il-perijodu (jew il-perijodi) fejn tal-inqas entità direttament involuta fil-ksur kienet kompletament (jew kważi kompletament) ikkontrollata minn din il-kumpannija omm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Kif tfakkar fil-punti 30 u 31 iktar ’il fuq, fid-deċiżjoni tal‑2015, il-Kummissjoni kkonstatat li CCPL kienet il-kumpannija li teżerċita kontroll tal-grupp CCPL matul it-tul kollu tal-ksur u li l-parteċipazzjoni diretta jew indiretta tagħha f’waħda jew f’diversi entitajiet ta’ dan il-grupp parteċipanti direttament fil-ksur kienet suffiċjenti sabiex jiġi preżunt li hija kienet teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha. Il-Kummissjoni ppreċiżat ukoll li, għalkemm, għaliha, il-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti kienet suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-entitajiet ikkonċernati, din il-preżunzjoni kienet imsaħħa mill-analiżi tar-rabtiet ġuridiċi, personali u ekonomiċi eżistenti bejn l-entitajiet li jagħmlu parti mill-impriża kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fost l-elementi li juru r-rabtiet ġuridiċi, personali u ekonomiċi eżistenti bejn l-entitajiet li jagħmlu parti mill-impriża kkonċernata, il-Kummissjoni semmiet b’mod partikolari li CCPL setgħet taħtar il-membri kollha tal-bord tad-diretturi, kif ukoll l-amministratur delegat ta’ CCPL SpA, li CCPL kienet tapprova l-baġit ta’ CCPL SpA u kienet tiddetermina b’mod espliċitu r-responsabbiltajiet tal-amministraturi, li l-bord tad-diretturi ta’ CCPL SpA kellu tal-iktar setgħat ta’ ġestjoni ordinarji tal-impriża u kien jaħtar president, responsabbli biex jiżgura l-orjentazzjoni strateġika tal-kumpanija billi jiżgura l-eżekuzzjoni korretta tad-deċiżjonijiet tal-bord tad-diretturi, li l-ftehim tal-azzjonisti jirrikonoxxi b’mod espliċitu li CCPL kellha sehem ta’ kontroll f’CCPL SpA, li l-interessi minoritarji tal-azzjonisti ma gawdewx minn ebda drittijiet speċjali u li s-6.14 % li jifdal tal-kapital ta’ CCPL SpA kien miżmum mill-azzjonisti li kienu proprjetarji ta’ CCPL stess. Hija rrilevat ukoll li l-istess mudell ta’ impriża kien jgħodd għal Coopbox Group.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, fl-Artikolu 1.1 tad-deċiżjoni tal‑2015, il-Kummissjoni qieset li Coopbox Group u CCPL kienu kisru l-Artikolu 101 TFUE billi pparteċipaw, mit‑18 ta’ Ġunju 2002 sas‑17 ta’ Diċembru 2007, fi ksur uniku u kontinwu, ikkostitwit minn diversi atti ta’ ksur distinti, relatati ma’ kontenituri tal-polistiren intiżi għas-settur tal-ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut u li jkopru t-territorju tal-Italja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 1.4 tad-Deċiżjoni tal‑2015, il-Kummissjoni qieset li CCPL, mit‑8 ta’ Diċembru 2004 sal‑24 ta’ Settembru 2007, u Coopbox Eastern, mill‑5 ta’ Novembru 2004 sal‑24 ta’ Settembru 2007, kisru l-Artikolu 101 TFUE billi pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu, ikkostitwit minn diversi ksur distinti, relatati ma’ kontenituri tal-polistiren intiżi għas-settur tal-ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut u li jkopru t-territorju tar-Repubblika Ċeka, tal-Ungerija, tal-Polonja u tas-Slovakkja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fuq din il-bażi, fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni imponiet, għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 1.1 tad-deċiżjoni tal‑2015, multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4627000</FT> <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> fuq Coopbox Group u CCPL, għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 1.2 tad-deċiżjoni tal‑2015, multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4010000</FT> fuq CCPL u, għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 1.4 tad-deċiżjoni tal‑2015, multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">789000</FT> flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> fuq Coopbox Eastern, u fuq CCPL, kif ukoll multa ta’ EUR 15000 fuq Coopbox Eastern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Hija għalhekk żammet lil CCPL responsabbli matul it-tul kollu tal-ksur minħabba, b’mod partikolari, il-parteċipazzjoni diretta jew indiretta tagħha f’entità waħda jew iktar tal-grupp CCPL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta imputat lil CCPL prattiki implementati minn Coopbox Group u minn Coopbox Eastern, li CCPL għandha permezz ta’ CCPL SpA, mingħajr ma kkonstatat ksur fir-rigward ta’ CCPL SpA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 38 iktar ’il fuq jirriżulta li l-aġir ta’ sussidjarja jista’ jiġi imputat lill-kumpannija omm b’mod partikolari meta, għalkemm ikollha personalità ġuridika distinta, din is-sussidjarja ma tiddeterminax b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq, iżda essenzjalment tapplika l-istruzzjonijiet li tingħata mill-kumpannija omm, fid-dawl b’mod partikolari tar-rabtiet ekonomiċi, organizzazzjonali u legali li jgħaqqdu lil dawn iż-żewġ entitajiet ġuridiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’tali sitwazzjoni, peress li l-kumpannija omm u s-sussidjarja tagħha jagħmlu parti mill-istess unità ekonomika u għalhekk jifformaw impriża waħda fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, il-Kummissjoni tista’ tindirizza deċiżjoni li timponi multi lill-kumpannija omm mingħajr ma jkun meħtieġ li tistabbilixxi l-involviment personali ta’ din tal-aħħar fil-ksur (ara s-sentenza tad‑29 ta’ Settembru 2011, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/09 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:620">EU:C:2011:620</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Fi kliem ieħor, ma hijiex neċessarjament relazzjoni ta’ instigazzjoni fir-rigward tal-ksur bejn il-kumpannija omm u s-sussidjarja u lanqas ma huwa, iktar u iktar, involviment tal-ewwel waħda fl-imsemmi ksur, li jippermettu lill-Kummissjoni tindirizza d-deċiżjoni li timponi multi lill-kumpannija omm, iżda huwa l-fatt li l-kumpanniji kkonċernati jikkostitwixxu impriża waħda, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE (sentenza tad‑29 ta’ Settembru 2011, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:620">EU:C:2011:620</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza, il-preżunzjoni msemmija fil-punt 39 iktar ’il fuq tapplika wkoll meta l-kumpannija omm iżżomm il-kapital tas-sussidjarja tagħha, mhux direttament, iżda permezz ta’ kumpanniji oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑20 ta’ Jannar 2011, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>General Química <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑90/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:21">EU:C:2011:21</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑8 ta’ Mejju 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Eni vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑508/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:289">EU:C:2013:289</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑15 ta’ Lulju 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>GEA Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑45/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:507">EU:T:2015:507</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0142">142</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għalhekk mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Kummissjoni tista’ timputa r-responsabbiltà tal-aġir tas-sussidjarji miżmuma indirettament minn kumpannija omm lil din il-kumpannija, anki mingħajr ma tikkonstata ksur fir-rigward tal-kumpanniji intermedjarji.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-fatt li tali sussidjarji huma miżmuma permezz ta’ kumpannija li lilha ma huwa imputat l-ebda ksur ma jikkonfutax il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv, mill-kumpannija omm, minħabba l-parteċipazzjoni indiretta tagħha f’dawn is-sussidjarji, ta’ influwenza determinanti fuq l-aġir tal-imsemmija sussidjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 37 iktar ’il fuq jirriżulta wkoll li hija unità ekonomika kkostitwita minn diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi li tikser ir-regoli tal-kompetizzjoni, skont il-prinċipju tar-responsabbiltà personali, li għandha twieġeb għal dan il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, ma jistax għalhekk jitqies li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju ta’ responsabbiltà personali sa fejn CCPL inżammet responsabbli għal ksur li hija ma wettqitx u li ma ġietx imputata lill-entità li permezz tagħha hija kellha l-entità li wettqet il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex ivvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn il-Kummissjoni imputat lil CCPL prattiki implimentati minn Coopbox Group u minn Coopbox Eastern, li CCPL għandha permezz ta’ CCPL SpA, mingħajr ma kkonstatat ksur fir-rigward ta’ CCPL SpA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-preżunzjoni ta’ responsabbiltà ta’ CCPL għall-aġir tal-kumpanniji tal-grupp CCPL ma kinitx applikabbli, peress li CCPL kellha biss sehem ta’ 93.864 % f’CCPL SpA mit‑18 ta’ April 2006 sat-tmiem tal-perijodu tal-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Madankollu, il-kumpannija omm li żżomm kważi l-kapital kollu tas-sussidjarja tagħha tinsab, bħala prinċipju, f’sitwazzjoni analoga għal dik ta’ proprjetarju esklużiv, fir-rigward tas-setgħa tagħha li teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha, fid-dawl tal-konnessjonijiet ekonomiċi, organizzattivi u legali li jorbtuha ma’ din is-sussidjarja. Konsegwentement, il-Kummissjoni għandha d-dritt li tapplika fir-rigward ta’ din is-sitwazzjoni l-istess sistema probatorja, jiġifieri li tirrikorri għall-preżunzjoni li din il-kumpannija omm għamlet użu effettiv mis-setgħa tagħha li teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha. Ċertament, ma huwiex eskluż li, f’ċerti każijiet, l-azzjonisti minoritarji jista’ jkollhom, fir-rigward tal-kumpannija sussidjarja, drittijiet li jippermettu li titpoġġa f’dubju l-analoġija msemmija hawn fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, minħabba l-parteċipazzjoni tagħha ta’ 93.864 % fil-kapital ta’ CCPL SpA, CCPL kellha, matul il-perijodu bejn it‑18 ta’ April 2006 u tmiem il-perijodu tal-ksur, kważi l-kapital kollu ta’ CCPL SpA. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti ma jallegawx u, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, ma jurux li l-azzjonisti minoritarji kellhom, fir-rigward ta’ CCPL SpA, drittijiet li jippermettu li tiġi kkontestata l-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv, minn CCPL, ta’ influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ din is-sussidjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex ivvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn il-Kummissjoni użat il-preżunzjoni ta’ responsabbiltà ta’ CCPL għall-aġir tal-kumpanniji tal-grupp CCPL matul il-perijodu li matulu CCPL kellha biss sehem ta’ 93.864 % f’CCPL SpA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-argument li jgħid li l-Kummissjoni ma setgħetx tuża l-preżunzjoni ta’ responsabbiltà ta’ CCPL għall-aġir tal-kumpanniji tal-grupp CCPL sa fejn, waqt l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal‑2015, is-sehem ta’ CCPL fil-kapital ta’ CCPL SpA kien għadu tnaqqas għal madwar 90 % għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-applikazzjoni tal-preżunzjoni li tippermetti li l-aġir ta’ sussidjarja jiġi imputat lill-kumpannija omm tagħha timplika li r-responsabbiltà tal-kumpannija omm tirriżulta mill-aġir tas-sussidjarja tagħha matul il-perijodu li matulu twettaq il-ksur, b’tali mod li l-ammont tal-parteċipazzjoni tal-kumpannija omm fis-sussidjarja tagħha fid-data tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur hija irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, minn naħa, ir-rikorrenti jsostnu li hija l-Kummissjoni li għandha turi l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti ta’ CCPL fuq il-kumpanniji tal-grupp CCPL peress li hija kienet ibbażat ruħha kemm fuq il-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti kif ukoll fuq sensiela ta’ elementi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Madankollu, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 40 iktar ’il fuq, l-implimentazzjoni tal-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti ma hijiex suġġetta għall-produzzjoni ta’ indizji supplimentari dwar l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza tal-kumpannija omm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 41 iktar ’il fuq jirriżulta wkoll li xejn ma jipprekludi lill-Kummissjoni milli tistabbilixxi l-eżerċizzju effettiv, minn kumpannija omm, ta’ influwenza determinanti fuq is-sussidjarja tagħha permezz ta’ provi oħra jew permezz ta’ kombinazzjoni ta’ tali elementi mal-imsemmija preżunzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, il-fatt li l-Kummissjoni rrilevat diversi elementi intiżi sabiex isaħħu l-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ influwenza determinanti ta’ CCPL fuq il-kumpanniji tal-grupp CCPL ma kienx jimponi fuqha oneru tal-prova ogħla milli kieku hija llimitat ruħha li tuża l-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti jqisu li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti kellha tiġi kkonfutata, peress li CCPL ma kinitx teżerċita effettivament influwenza determinanti fuq il-kumpanniji tal-grupp CCPL, mhux biss għall-perijodu li fih hija kellha l-kapital azzjonarju kollu tal-entitajiet tal-grupp CCPL involuti fil-ksur, iżda wkoll meta l-parteċipazzjoni ta’ CCPL kienet inqas minn 100 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan l-argument, ir-rikorrenti jindikaw li CCPL waqqfet kull attività ta’ ġestjoni fis-settur tal-pakketti tal-ikel u tat lill-kumpanniji tal-grupp CCPL responsabbli minn dan is-settur awtonomija kompleta fil-qasam tal-produzzjoni u fil-qasam kummerċjali, industrijali u tal-ġestjoni. Huma jindikaw ukoll, essenzjalment, li l-amministratur delegat ta’ Coopbox Group jiddefinixxi b’indipendenza sħiħa l-politiki ta’ ġestjoni kummerċjali u strateġika tal-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jiddikjaraw li CCPL hija kumpannija kooperattiva li taġixxi prinċipalment bħala azzjonista u li għandha ishma fil-kumpanniji operattivi permezz ta’ CCPL SpA, li r-rwol tagħha ta’ subholding ma jinkludi ebda involviment fil-ġestjoni operazzjonali u kurrenti tal-kumpanniji li hija tikkontrolla, u li CCPL ma għandha l-ebda rwol attiv fil-ġestjoni kurrenti tal-kumpanniji tal-grupp CCPL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jenfasizzaw li CCPL kienet il-kumpannija li teżerċita kontroll ta’ grupp ta’ impriżi li joperaw f’sitt setturi ta’ attività differenti, li la Coopbox Group u lanqas ebda waħda mill-kumpanniji l-oħra implikati fil-ksur inkwistjoni qatt ma informaw lil CCPL dwar l-attivitajiet illegali, u lanqas aġixxew bl-awtorizzazzjoni minn qabel tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-ebda wieħed mit-tliet membri tal-bord tad-diretturi ta’ CCPL li kienu simultanjament membri tal-bord tad-diretturi tal-kumpanniji tal-grupp CCPL ma eżerċita funzjoni operazzjonali fi ħdan dawn tal-aħħar jew ipparteċipa, direttament jew indirettament, fil-laqgħat mal-impriżi kompetituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, l-ewwel, li, sabiex tikkonfuta l-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti, kumpannija omm għandha, fil-kuntest ta’ rikorsi diretti kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni, tissottometti għall-evalwazzjoni tal-qorti tal-Unjoni kull prova relatata mar-rabtiet organizzattivi, ekonomiċi u ġuridiċi bejnha u s-sussidjarja tagħha b’tali mod li turi li huma ma jikkostitwixxux entità ekonomika waħda (ara s-sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Evonik Degussa u AlzChem vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:446">EU:C:2016:446</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-indipendenza operattiva ma tipprovax, fiha nnifisha, li sussidjarja tiddefinixxi l-aġir tagħha fis-suq b’mod indipendenti mill-kumpannija omm tagħha. Id-diviżjoni tal-kompiti bejn is-sussidjarji u l-kumpanniji omm tagħhom, u b’mod partikolari l-fatt li t-tmexxija operattiva tiġi fdata lid-diretturi lokali ta’ sussidjarja, hija prattika abitwali tal-impriżi ta’ daqs kbir u komposti minn numru kbir ta’ sussidjarji miżmuma, ultimament, mill-istess kumpannija li teżerċita kontroll (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>RWE u RWE Dea vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑543/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:627">EU:T:2014:627</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li CCPL SpA ma kinitx tagħti istruzzjonijiet lil CCPL SpA, lil Coopbox Group u lanqas lil Coopbox Eastern dwar l-akkordji inkwistjoni jew li hija ma kellhiex għarfien tal-imsemmija akkordji ma huwiex, bħala tali, skont il-ġurisprudenza, ta’ natura li tikkonfuta l-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Settembru 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ori Martin u SLM vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑490/15 P u C‑505/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:678">EU:C:2016:678</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-affermazzjonijiet, li barra minn hekk ma humiex issostanzjati, li CCPL temmet kull attività ta’ ġestjoni fis-settur tal-ippakkjar tal-ikel u tat lill-kumpanniji tal-grupp CCPL responsabbli minn dan is-settur awtonomija kompleta, mingħajr ma hija jew CCPL SpA għandhom ebda rwol attiv fil-ġestjoni kurrenti ta’ Coopbox Group u ta’ Coopbox Eastern, ma jistgħux jikkonfutaw il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>It-tieni, għandu jitfakkar li l-qorti tal-Unjoni tqis li r-rappreżentazzjoni tal-kumpannija omm fil-korpi ta’ tmexxija tas-sussidjarja tagħha tikkostitwixxi prova rilevanti tal-eżerċizzju ta’ kontroll effettiv fuq il-politika kummerċjali tagħha (ara s-sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Socitrel u Companhia Previdente vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑413/10 u T‑414/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:500">EU:T:2015:500</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0213">213</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>L-argumenti tar-rikorrenti dwar l-assenza ta’ rwol operattiv tat-tliet membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ CCPL li kienu kontemporanjament membri tal-bord tad-diretturi tal-kumpanniji tal-grupp CCPL għandhom għalhekk jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Għall-istess raġuni, l-argument li l-ebda wieħed mid-dokumenti inklużi fil-fajl ta’ din il-proċedura ma jinkludi informazzjoni dwar l-involviment ta’ dawn il-membri tal-bord tad-diretturi ta’ CCPL fl-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ xi waħda mill-kumpanniji tal-grupp CCPL għandu wkoll jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>It-tielet, meta kumpannija omm tista’ titqies li hija responsabbli għal ksur imwettaq minn sussidjarja, anki meta jkun hemm numru kbir ta’ kumpanniji operattivi fi grupp (ara s-sentenza tas‑27 ta’ Settembru 2012, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Shell Petroleum et vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑343/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:478">EU:T:2012:478</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), il-fatt li CCPL kienet il-kumpannija ewlenija ta’ grupp ta’ impriżi li joperaw f’sitt setturi ta’ attività differenti ma jipprekludix li jiġi imputat lilha l-ksur ta’ Coopbox Group u ta’ Coopbox Eastern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, l-elementi mressqa mir-rikorrenti, bħala tali, ma humiex suffiċjenti sabiex jikkonfutaw il-preżunzjoni applikata mill-Kummissjoni li CCPL kienet teżerċita influwenza determinanti fuq il-kumpanniji tal-grupp CCPL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tieni parti tal-ewwel motiv ma hijiex fondata u l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir‑raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal‑prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, essenzjalment, id-deċiżjoni kkontestata tmur kontra l-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ekwità, ta’ individwalizzazzjoni u ta’ gradazzjoni tal-multi, ta’ razzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn il-Kummissjoni applikat b’mod separat, għal kull ksur, il-limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ iffissat fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 u sa fejn dan il-metodu ta’ applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ wassal lill-Kummissjoni sabiex timponilhom multi ferm ogħla mill-multi imposti fuq l-impriżi kkonċernati l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, fir-rigward tal-applikazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata tal-limitu massimu ta’ 10 % b’mod separat għal kull ksur, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, għal kull impriża li tipparteċipa fil-ksur, il-multa ma taqbiżx 10 % tad-dħul mill-bejgħ totali tagħha mwettaq matul is-sena kummerċjali preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza, il-klassifikazzjoni ta’ ċertu aġir illegali bħala li jikkostitwixxu ksur wieħed jew l-istess ksur, jew li jikkostitwixxu għadd ta’ ksur distint ma hijiex, fil-prinċipju, mingħajr konsegwenzi fuq is-sanzjoni li tista’ tiġi imposta, peress li l-konstatazzjoni ta’ għadd ta’ ksur distint tista’ twassal għall-impożizzjoni ta’ għadd ta’ multi distinti, kull darba fil-limiti ffissati fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, jiġifieri mhux iktar minn 10 % tat-total ta’ valur tal-bejgħ fis-sena finanzjarja qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni (ara s-sentenza tas‑6 ta’ Frar 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>AC-Treuhand vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑27/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:59">EU:T:2014:59</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0230">230</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Apparti dan, il-Kummissjoni tista’ tikkonstata, f’deċiżjoni waħda, żewġ każijiet ta’ ksur distinti u timponi żewġ multi fejn l-ammont totali jaqbeż il-limitu ta’ 10 % stabbilit fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn l-ammont ta’ kull multa ma jaqbiżx l-imsemmi limitu. Fil-fatt, huwa irrilevanti, għall-applikazzjoni tal-imsemmi limitu ta’ 10 %, li ksur differenti għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jkunu ssanzjonati fi proċedura unika jew fi proċeduri separati, fi żminijiet differenti, peress li l-limitu massimu ta’ 10 % japplika għal kull ksur tal-Artikolu 101 TFUE (ara s-sentenza tas‑6 ta’ Frar 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>AC-Treuhand vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑27/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:59">EU:T:2014:59</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0231">231</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0232">232</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Peress li l-applikazzjoni tal-limitu ta’ 10 % b’mod separat għal kull ksur hija konformi mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 kif interpretat mill-ġurisprudenza, dan l-argument tar-rikorrenti ma huwiex ta’ natura li juri li d-deċiżjoni kkontestata tmur kontra l-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ekwità, ta’ individwalizzazzjoni u ta’ gradazzjoni tal-multa, ta’ razzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-proporzjon tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti meta mqabbla mad-dħul mill-bejgħ globali tagħhom, li huwa nettament ikbar minn dak tal-multi imposti fuq l-impriżi l-oħra kkonċernati, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, ma jmurx kontra l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament li, b’applikazzjoni tal-metodu ta’ kalkolu tal-multi previst fil-Linji Gwida tal‑2006, impriża li tiġi imposta fuqha multa, tkun tirrappreżenta proporzjon tad-dħul mill-bejgħ globali tagħha li huwa ogħla minn dak irrappreżentat mill-multi imposti rispettivament fuq kull waħda mill-impriżi l-oħra. Fil-fatt, huwa inerenti għal dan il-metodu ta’ kalkolu, li ma huwiex ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ globali tal-impriżi kkonċernati, li jkun hemm differenzi bejn dawn l-impriżi fir-rigward tar-relazzjoni bejn dan id-dħul mill-bejgħ u l-ammont tal-multi imposti fuqhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Settembru 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pilkington Group <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑101/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:631">EU:C:2016:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li l-Kummissjoni ma hijiex obbligata, fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multi, tiżgura, fil-każ fejn tali multi huma imposti fuq diversi impriżi involuti fl-istess ksur, li l-ammonti finali tal-multi jirriflettu differenza bejn l-impriżi kkonċernati fir-rigward tad-dħul mill-bejgħ globali tagħhom (ara s-sentenza tas‑7 ta’ Settembru 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pilkington Group <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑101/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:631">EU:C:2016:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegat ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament invokat mir-rikorrenti, għandu jiġi rrilevat li d-differenza fil-perċentwali li tirrappreżenta l-multa fid-dħul mill-bejgħ totali tal-impriżi kkonċernati ma tistax fiha nnifisha tikkostitwixxi raġuni suffiċjenti sabiex tiġġustifika li l-Kummissjoni titbiegħed mill-metodu ta’ kalkolu li hija stess iffissat. Fil-fatt, dan ikun ta’ benefiċċju għal ċerti impriżi abbażi ta’ kriterju li huwa mingħajr rilevanza fir-rigward tal-gravità u tat-tul tal-ksur. Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, ma tistax issir, permezz ta’ metodi ta’ kalkolu differenti, diskriminazzjoni bejn l-impriżi li pparteċipaw fi ftehim jew fi prattika miftiehma li jiksru l-Artikolu 101(1) TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Settembru 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pilkington Group <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑101/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:631">EU:C:2016:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ diverġenzi allegati bejn, minn naħa, ir-relazzjoni bejn il-multi imposti fuq ir-rikorrenti u d-dħul mill-bejgħ totali tagħhom u, min-naħa l-oħra, dik bejn il-multi imposti fuq l-impriżi l-oħra kkonċernati u d-dħul mill-bejgħ tagħhom għalhekk ma tistax turi li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument li l-ammont baxx tal-multa imposta fuq il-kumpanniji tal-grupp Vitembal fid-deċiżjoni tal‑2015 juri li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑580/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2363">EU:C:2014:2363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma jallegawx li l-Kummissjoni applikat metodi ta’ kalkolu differenti għall-impriżi kkonċernati. Fil-fatt, l-uniku element imressaq mir-rikorrenti, li jikkonċerna l-ammont totali tal-multi imposti fuq l-entitajiet ikkonċernati meta mqabbel mad-dħul mill-bejgħ totali rispettiv tagħhom, huwa, kif ġie indikat fil-punt 92 iktar ’il fuq, insuffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-allegata diskriminazzjoni. Peress li r-rikorrenti ma invokaw ebda element ieħor dwar iċ-ċirkustanzi fattwali u legali li l-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-kalkolu tal-ammont tal-multi, għandu jiġi kkonstatat li huma baqgħu ma wrewx li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanniji l-oħra kkonċernati, b’mod partikolari l-kumpanniji tal-grupp Vitembal, kienet paragunabbli mas-sitwazzjoni tagħhom stess, b’tali mod li, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 93 iktar ’il fuq, l-argument tagħhom għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, l-argumenti tar-rikorrenti ma jurux li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat b’mod separat, għal kull ksur, il-limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ iffissat fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tielet motiv, ibbażat, essenzjalment, fuq ksur tal‑obbligu ta’ motivazzjoni u fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal‑kapaċità kontributtiva tar‑rikorrenti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jinvokaw insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità kontributtiva tagħhom u jikkritikaw lil din tal-aħħar bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni ta’ din il-kapaċità kontributtiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-punt 35 tal-Linji Gwida tal‑2006 jipprovdi, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kapaċità kontributtiva<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>F’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’, fuq talba, tieħu inkunsiderazzjoni l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva ta’ impriża f’kuntest soċjali u ekonomiku partikolari. Il-Kummissjoni ma hijiex ser tnaqqas multa għal din ir-raġuni fuq il-bażi ta’ sempliċi konstatazzjoni ta’ sitwazzjoni finanzjarja sfavorevoli jew ta’ defiċit. Tnaqqis jista’ jingħata biss fuq il-bażi tal-provi oġġettivi li l-impożizzjoni ta’ multa, fil-kundizzjonijiet stabbiliti mill-preżenti [l]inji gwida, jipperikolaw b’mod irrimedjabbli l-vijabbiltà ekonomika tal-impriża kkonċernata u twassal li ttellef l-assi tagħha mill-valur kollu.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, billi adottat regoli ta’ kondotta bħal-linji gwida u billi stqarret permezz tal-pubblikazzjoni tagħhom li hija kienet ser tapplikahom minn hemm ’il quddiem għall-każijiet li jaqgħu taħthom, il-Kummissjoni għamlet restrizzjoni fuqha nnifisha fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha u ma tistax tmur kontra dawn ir-regoli mingħajr ma ssib ruħha li qed twettaq ksur, skont il-każ, tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, bħal dawk ta’ ugwaljanza fit-trattament jew ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi (ara s-sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Westfälische Drahtindustrie <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑393/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:515">EU:T:2015:515</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0287">287</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-punt 35 tal-Linji Gwida tal‑2006, tnaqqis tal-multa jista’ jingħata biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali u taħt il-kundizzjonijiet li huma ddefiniti f’dawn il-linji gwida. B’hekk, minn naħa, għandu jintwera li l-multa imposta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>tippreġudika irrimedjabbilment il-vijabbiltà ekonomika tal-impriża kkonċernata u twassal għat-telf totali tal-valur tal-assi tagħha<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Min-naħa<?PAGE NO="15"?> l-oħra, l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>kuntest ekonomiku u soċjali partikolari<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> għandha wkoll tiġi stabbilita. Barra minn hekk, għandu jitfakkar li dawn iż-żewġ settijiet ta’ kundizzjonijiet ġew stabbiliti minn qabel mill-qrati tal-Unjoni (sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Westfälische Drahtindustrie <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑393/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:515">EU:T:2015:515</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0288">288</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel grupp ta’ kundizzjonijiet, ġie deċiż li l-Kummissjoni ma hijiex, bħala regola, obbligata li tieħu inkunsiderazzjoni, meta tiddetermina l-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta għal ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni, il-qagħda finanzjarja ta’ defiċit ta’ impriża, peress li r-rikonoxximent ta’ dan l-obbligu jwassal sabiex jingħata vantaġġ kompetittiv inġustifikat lill-impriżi li huma l-inqas adatti għall-kundizzjonijiet tas-suq (ara s-sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Westfälische Drahtindustrie <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑393/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:515">EU:T:2015:515</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0289">289</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Fil-fatt, li kieku kellu jkun hekk, ikun hemm ir-riskju li dawn l-impriżi jingħataw vantaġġ għad-detriment ta’ impriżi oħra iktar effiċjenti u mmexxija aħjar. B’dan il-fatt, is-sempliċi konstatazzjoni ta’ qagħda finanzjarja sfavorevoli jew ta’ defiċit tal-impriża kkonċernata ma hijiex biżżejjed sabiex issir talba li titlob lill-Kummissjoni tikkunsidra n-nuqqas tal-kapaċità kontributtiva tagħha sabiex tagħti tnaqqis ta’ multa (sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Westfälische Drahtindustrie <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑393/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:515">EU:T:2015:515</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0290">290</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, il-fatt li miżura adottata minn awtorità tal-Unjoni tipprovoka l-falliment jew l-istralċ ta’ impriża partikolari ma huwiex prekluż, bħala tali, mid-dritt tal-Unjoni. Għalkemm tali tranżazzjoni tista’ tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-proprjetarji jew tal-azzjonisti, madankollu dan ma jfissirx li l-elementi personali, materjali u immaterjali rrappreżentati mill-impriża wkoll jitilfu l-valur tagħhom (ara s-sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Westfälische Drahtindustrie <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑393/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:515">EU:T:2015:515</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0291">291</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jista’ jiġi dedott li hija s-sempliċi ipoteżi ta’ telf tal-valur tal-elementi personali, materjali jew immaterjali rrappreżentati minn impriża, fi kliem ieħor, tal-attiv tagħha, li tista’ tiġġustifika t-teħid inkunsiderazzjoni, waqt l-iffissar tal-ammont tal-multa, tittieħed inkunsiderazzjoni, l-eventwalità tal-falliment jew tal-likwidazzjoni tagħha, wara l-impożizzjoni ta’ din il-multa (ara s-sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Westfälische Drahtindustrie <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑393/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:515">EU:T:2015:515</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0292">292</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-istralċ ta’ kumpannija mhux neċessarjament jimplika t-tmiem tal-impriża inkwistjoni. Din tista’ tibqa’ teżisti bħala tali, kemm fil-każ ta’ rikapitalizzazzjoni tal-kumpannija, u kemm fil-każ ta’ rkupru globali tal-elementi tal-assi tagħha minn entità oħra. Tali rkupru jista’ jintervjeni jew permezz ta’ xiri mill-ġdid volontarju, jew inkella minn bejgħ forzat tal-assi tal-kumpannija bit-tkomplija tal-operat (sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Westfälische Drahtindustrie <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑393/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:515">EU:T:2015:515</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0293">293</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Għalhekk ir-riferiment li sar, fil-punt 35 tal-Linji Gwida tal‑2006, għall-privatizzazzjoni tal-assi tal-impriża kkonċernata tal-valur kollu għandu jinftiehem fis-sens li jirrigwarda s-sitwazzjoni fejn l-irkupru tal-impriża fiċ-ċirkustanzi msemmija fil-punt 106, jidher improbabbli, jew saħansitra impossibbli. F’tali ipoteżi, l-elementi li jiffurmaw l-assi ta’ din l-impriża jiġu offruti għall-bejgħ separatament u huwa probabbli li ħafna minnhom ma jinxtrawx jew, aħjar, jinbiegħu bi prezz imnaqqas ħafna (ara s-sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Westfälische Drahtindustrie <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑393/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:515">EU:T:2015:515</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0294">294</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni grupp ta’ kundizzjonijiet, relatati mal-eżistenza ta’ kuntest ekonomiku u soċjali partikolari, dan jirreferi, skont il-ġurisprudenza, għall-konsegwenzi li l-pagament tal-multa jista’ jġib miegħu, b’mod partikolari fil-livell ta’ żieda tal-qgħad jew ta’ deterjorazzjoni tas-setturi ekonomiċi ’l fuq jew ’l isfel tal-impriża kkonċernata (ara s-sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Westfälische Drahtindustrie <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑393/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:515">EU:T:2015:515</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0295">295</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Għalhekk, jekk il-kundizzjonijiet kumulattivi msemmija preċedentament jiġu ssodisfatti, l-impożizzjoni ta’ multa li tista’ tikkawża t-tmiem ta’ impriża tkun kuntrarja għall-għan segwit mill-punt 35 tal-Linji Gwida tal‑2006. L-applikazzjoni tal-imsemmi punt għall-impriżi kkonċernati tikkostitwixxi, b’dan il-mod, applikazzjoni konkreta tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fil-qasam tas-sanzjonijiet tal-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni (ara s-sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Westfälische Drahtindustrie <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑393/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:515">EU:T:2015:515</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0296">296</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandhom jiġu evalwati l-argumenti tar-rikorrenti li jikkontestaw il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fil-punt 3.4.2 tad-deċiżjoni kkontestata, wara li wettqet analiżi ekonomika u finanzjarja tal-kapaċità kontributtiva tar-rikorrenti u tal-effett ta’ multa eventwali fuq il-vijabbiltà ekonomika tagħhom, il-Kummissjoni kkonkludiet, fil-premessa 90 tal-imsemmija deċiżjoni, li, minkejja l-indizji dgħajfa ta’ solvenza u ta’ profittabbiltà tal-grupp CCPL u d-daqs tal-ammont totali tal-multi kontenzjużi meta mqabbla mad-daqs tal-grupp, l-imsemmi grupp kellu likwidità suffiċjenti sabiex iħallas l-ammont totali tal-imsemmija multi u li l-probabbiltà li l-vijabbiltà ekonomika ta’ dan il-grupp huwa fih innifsu mhedded kien baxx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Insostenn tal-konstatazzjoni tagħha dwar l-eżistenza ta’ likwidità suffiċjenti, il-Kummissjoni indikat qabelxejn, fil-premessa 90(a) tad-deċiżjoni kkontestata li, matul is-snin 2018 u 2019, il-grupp CCPL kien ippreżenta bilanċi ta’ likwidità sinjifikattivi, li kienu jammontaw rispettivament għal EUR 18.6 miljun u għal EUR 22.8 miljun. Fil-premessa 90(b) tal-imsemmija deċiżjoni, hija esponiet li l-bilanċ medju tal-assi likwidi tal-imsemmi grupp għall-perijodu 2014–2018, jiġifieri madwar 11.6 % tad-dħul mill-bejgħ annwali medju ta’ dan il-grupp, kien jikkostitwixxi indizju tajjeb li jippermetti li jiġi dedott li l-livell ta’ likwidità kien suffiċjenti sabiex jiġu onorati l-impenji u l-ispejjeż għal żmien qasir, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attività u jiġu evitati nuqqasijiet temporanji ta’ likwidità. Fil-premessa 90(c) ta’ din id-deċiżjoni, hija indikat li l-istess konklużjoni setgħet tinsilet billi wieħed jibbaża ruħu fuq il-proporzjon tal-bilanċ tal-likwidità/bejgħ. Fil-premessa 90(d) tal-istess deċiżjoni, hija rrilevat li, peress li l-likwidità kienet ta’ spiss miżmuma mill-kumpanniji holding tal-grupp inkwistjoni, li prattikament ma kellhomx persunal u kienu jiksbu dħul mill-bejgħ baxx ħafna, huwa improbabbli li l-ħlas tal-multa permezz ta’ likwidità disponibbli fil-livell tal-grupp jikkomprometti l-vijabbiltà ekonomika taż-żewġ kumpanniji prinċipali tal-operat tal-grupp. Fil-premessa 90(e) tad-deċiżjoni kkontestata, hija enfasizzat li, fl-osservazzjonijiet tagħha u fir-risposti tagħha, CCPL ma kienet semmiet l-ebda bżonn speċifiku ta’ likwidità sabiex tiffaċċja d-diffikultajiet li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19 u lanqas sabiex issegwi l-pjan ta’ ristrutturazzjoni għall-perijodu ta’ bejn l‑2020 u l‑2023. Fl-aħħar nett, fil-premessa 90(f) tad-deċiżjoni kkontestata, hija indikat li, minkejja li kienet espliċitament talbet lil CCPL tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kapaċità ta’ dan il-grupp li juża riżorsi finanzjarji sabiex iħallas il-multi, hija la rrispondiet u lanqas indikat ir-raġuni għalfejn hija ma setgħetx tuża l-likwidità disponibbli fil-livell tal-grupp għal dan il-ħlas. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni żiedet li kellu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll<?PAGE NO="17"?> l-ammont ta’ EUR 5 942 084 li hija kienet irrimborsat lil CCPL fis‑7 ta’ Ottubru 2019, b’eżekuzzjoni tas-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CCPL <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑522/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:500">EU:T:2019:500</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tat-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li d-deċiżjoni kkontestata ma tinkludix motivazzjoni tal-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-kapital nett negattiv tagħhom, tan-natura suffiċjenti tal-likwidità tal-grupp CCPL minkejja d-debiti kbar tiegħu, tal-effett tad-data prospettiva pprovduta fuq Coopbox Group u fuq Coopbox Eastern fil-qasam tal-likwidità u lanqas tal-analiżi mwettqa mir-rikorrenti fit-tweġiba tagħhom għall-ħames talba għal informazzjoni dwar in-natura sostenibbli tal-multa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 296 TFUE għandha tkun adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha tindika b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, li tkun l-awtur tal-att, b’mod li jippermetti lill-persuni kkonċernati jidentifikaw il-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u lill-qorti kompetenti teżerċita l-istħarriġ tagħha. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari fid-dawl tal-kontenut tal-att, tan-natura tal-motivi invokati u tal-interess li jista’ jkollhom id-destinatarji jew persuni oħra kkonċernati direttament u individwalment mill-att li jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex rikjest li l-motivazzjoni tispeċifika l-fatti u l-elementi ta’ dritt rilevanti kollha, sa fejn il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE għandu jiġi evalwat fir-rigward mhux biss tal-kliem tiegħu, iżda wkoll mill-kuntest tiegħu kif ukoll mir-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw is-suġġett ikkonċernat (ara s-sentenza tad‑9 ta’ Settembru 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Philips vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑92/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:605">EU:T:2015:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-premessa 90 tad-deċiżjoni kkontestata, imfakkra fil-punt 112 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni mmotivat b’mod ċar u inekwivoku l-konstatazzjoni li r-rikorrenti ma kinux urew li huma ma setgħux jużaw il-likwidità tal-grupp CCPL sabiex iħallsu l-multi mingħajr ma jikkontestaw il-vijabbiltà tagħhom. L-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tad-data prospettiva dwar il-likwidità ta’ Coopbox Group u ta’ Coopbox Eastern tirriżulta, min-naħa tagħha, mill-premessi 86 u 92 tad-deċiżjoni kkontestata, li jirriproduċu parzjalment l-elementi prodotti mir-rikorrenti fir-risposta tagħhom għall-ħames talba għal informazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma għandhiex obbligu ġenerali li tiddeċiedi, fl-imsemmija deċiżjoni, fuq id-dokumenti kollha jew fuq l-informazzjoni kollha li hija talbet lill-partijiet matul il-proċedura amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Kummissjoni ma hijiex marbuta tieħu pożizzjoni fuq l-argumenti kollha invokati quddiemha mill-persuni kkonċernati, iżda huwa suffiċjenti li tesponi l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ġuridiċi ta’ importanza essenzjali fl-iskema ġenerali tad-deċiżjoni (ara s-sentenza tad‑9 ta’ Settembru 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Philips vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑92/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:605">EU:T:2015:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità kontributtiva tar-rikorrenti ma hijiex ivvizzjata minn motivazzjoni insuffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="18"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tat-tielet motiv, ibbażata fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-kapaċità kontributtiva tar-rikorrenti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 102 sa 107 iktar ’il fuq, sabiex jiġi stabbilit li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-kapaċità kontributtiva tagħhom, huma r-rikorrenti li għandhom juru li, kuntrarjament għal dak li qieset il-Kummissjoni, il-ħlas tal-multi ta’ ammont totali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">9441000</FT> jipperikola b’mod irrimedjabbli l-vijabbiltà ekonomika tagħhom u jwassal sabiex l-assi tagħhom jiġu mċaħħda minn kull valur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li l-konstatazzjonijiet magħmula fil-premessa 90(a), (e) u (f) tad-deċiżjoni kkontestata, li skonthom huma ma pprovdewx id-data prospettiva mitluba għall-perijodu ta’ bejn l‑2020 u l‑2023, li jiġġustifika t-teħid inkunsiderazzjoni tal-likwidità disponibbli fl‑2018 u fl‑2019, u li l-grupp CCPL ma indikax għalfejn ma setax juża l-likwidità disponibbli fil-livell tal-grupp sabiex iħallas il-multa, huma fattwalment żbaljati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Qabel kollox, ir-rikorrenti jfakkru l-kontenut tal-korrispondenza tagħhom mal-Kummissjoni sabiex jikkontestaw il-konstatazzjoni magħmula fid-deċiżjoni kkontestata li CCPL ma semmiet l-ebda bżonn speċifiku ta’ likwidità sabiex tiffaċċja d-diffikultajiet li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, u lanqas sabiex issegwi l-pjan ta’ ristrutturazzjoni għall-perijodu ta’ bejn l‑2020 u l‑2023.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrenti jaffermaw li pprovdew id-data prospettiva sal‑2023 għal Coopbox Group u Coopbox Eastern, li l-bejgħ tagħhom kien jirrappreżenta 94 % tad-dħul mill-bejgħ ikkonsolidat għas-sena finanzjarja 2019, li l-Kummissjoni ma analizzatx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Huma jżidu, essenzjalment, li ebda data prospettiva ma kienet disponibbli għall-grupp CCPL kollu fid-data tad-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari peress li l-kumpanniji l-oħra tal-grupp ma kinux joperaw iktar fis-suq u kienu sempliċement iċedu l-assi tagħhom u jużaw is-somom miksuba u dawk iddistribwiti sabiex jirrimborsaw id-djun tagħhom fil-kuntest tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Fl-aħħar, ir-rikorrenti jfakkru l-kontenut tal-korrispondenza tagħhom mal-Kummissjoni sabiex jikkontestaw il-konstatazzjoni magħmula fid-deċiżjoni kkontestata li l-grupp CCPL la rrisponda u lanqas indika għaliex ma setax juża l-likwidità disponibbli fil-livell tal-grupp sabiex iħallas il-multa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti jirrikonoxxu li huma pprovdew biss, matul il-proċedura amministrattiva, id-data prospettiva għall-perijodu ta’ bejn l‑2020 u l‑2023 għal Coopbox Group u Coopbox Eastern, sa fejn id-data prospettiva għall-grupp CCPL kollu ma kinitx disponibbli jew rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli kkonstatat li r-rikorrenti ma kinux ipprovdew id-data prospettiva kkonsolidata mitluba għall-perijodu ta’ bejn l‑2020 u l‑2023.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li d-data ta’ previżjoni għall-grupp CCPL kollu ma kinitx rilevanti, għandu jiġi enfasizzat li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kapaċità kontributtiva ta’ grupp ta’ impriżi, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni finanzjarja tal-entitajiet<?PAGE NO="19"?> kollha ta’ dan il-grupp sa fejn ir-riżorsi ta’ dawn l-entitajiet kollha jistgħu jintużaw sabiex jiġu indirizzati multi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑16 ta’ Settembru 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rubinetteria Cisal vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑368/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:460">EU:T:2013:460</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑11 ta’ Lulju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Italmobiliare <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑523/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:499">EU:T:2019:499</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0180">180</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0182">182</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Dan huwa iktar u iktar il-każ peress li, kif tenfasizza l-Kummissjoni, fl-aħħar tas-sena 2019, 96 % tal-likwidità tal-grupp CCPL kienet tinsab barra minn Coopbox Group u Coopbox Eastern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, id-data prospettiva dwar il-kumpanniji tal-grupp minbarra Coopbox Group u Coopbox Eastern, b’mod partikolari d-data dwar it-trasferiment tal-attiv, kienet rilevanti sabiex tiġi evalwata l-kapaċità kontributtiva tal-grupp CCPL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Għall-istess raġuni, l-argument tar-rikorrenti li jgħid li r-riżorsi ta’ CCPL SpA ma setgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-kapaċità kontributtiva tal-grupp CCPL sa fejn din il-kumpannija ma kinitx destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li mit-tweġibiet tagħhom għat-talbiet għal informazzjoni jirriżulta li r-riżorsi finanzjarji tal-grupp CCPL ma setgħux jiġu mmobilizzati sabiex titħallas il-multa. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li r-risposta tar-rikorrenti, tal‑31 ta’ Lulju 2020, għall-ħames talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-Anness A.22 u msemmija mir-rikorrenti, sempliċement tippreżenta l-istat tad-dejn bankarju u tal-attiv nett tagħhom, kif ukoll evalwazzjoni tal-profittabbiltà, tal-kapitalizzazzjoni, tas-solvenza u tal-likwidità tal-grupp CCPL, mingħajr ma tippreżenta r-raġunijiet li għalihom ir-rikorrenti kienu jqisu li l-likwidità u r-riżorsi tal-grupp CCPL ma setgħux jiġu affettwati mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-multi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-konstatazzjoni, magħmula fid-deċiżjoni kkontestata, li l-grupp CCPL ma indikax għaliex ma setax juża l-likwidità disponibbli fil-livell tal-grupp sabiex iħallas il-multa hija fattwalment żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>L-argumenti tar-rikorrenti intiżi sabiex juru li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni minħabba li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq konstatazzjonijiet fattwali żbaljati billi indikat fl-imsemmija deċiżjoni li r-rikorrenti ma kinux ipproduċew id-data prospettiva kkonsolidata mitluba għall-perijodu ta’ bejn l‑2020 u l‑2023 u li l-grupp CCPL ma kienx indika għalfejn ma setax juża l-likwidità disponibbli fil-livell tal-grupp sabiex iħallas il-multa għandhom għalhekk jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-bilanċi ta’ likwidità tal-grupp CCPL għas-snin finanzjarji 2018 u 2019 mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni d-djun tagħha u l-indisponibbiltà ta’ dawn il-likwidità għal finijiet oħra minbarra r-rimbors tad-djun tagħha impost mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni, filwaqt li dawn l-elementi li juru livell ta’ passiv ħafna ogħla minn dak tal-assi kienu ġew ippreżentati fid-dettall matul il-proċedura amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-bilanċ medju tal-likwidità ta’ bejn l‑2014 u l‑2018 huwa wkoll żbaljat, peress li dawn il-likwidità ma kinux jirrappreżentaw fondi immedjatament u liberament użati u li kellhom jiġu allokati għar-rimbors tad-djun tagħhom minħabba l-obbligi tagħhom taħt il-pjan ta’ ristrutturazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Għall-istess raġuni, ir-rikorrenti jindikaw ukoll li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata sa fejn din hija bbażata fuq il-proporzjon tal-bilanċ tal-likwidità/bejgħ sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ likwidità li tippermetti li l-multi jitħallsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-grupp CCPL issa jinkludi biss kumpanniji holding jew subholding li ma joperawx fis-suq, kumpanniji oħra mingħajr attività u impenjati biss fit-trasferiment tal-proprjetajiet immobbli rispettivi tagħhom, li jipproduċu likwidità kważi esklużivament billi jittrasferixxu l-assi tagħhom b’eżekuzzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, u biss żewġ kumpanniji operativi (Coopbox Group u Coopbox Eastern), li huma l-uniċi li jiġġeneraw fondi operattivi li jirriżultaw minn attività normali ta’ bejgħ ta’ oġġetti u ta’ servizzi lil klijenti terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Minn naħa, ir-rikorrenti jippreċiżaw li l-likwidità ġġenerata mit-trasferimenti ta’ assi ma hijiex disponibbli, peress li dawn huma intiżi sabiex jirrimborsaw id-dejn b’eżekuzzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni u li dawk li kellhom il-kumpanniji operattivi kienu jammontaw biss għal EUR 1.4 miljun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti jsostnu li l-proporzjon tal-bilanċ tal-likwidità/bejgħ ma jippermettix li tiġi evalwata l-kapaċità li tissodisfa bżonnijiet ta’ likwidità, peress li l-likwidità tiddependi mill-possibbiltà konkreta ta’ trasferiment tal-assi residwi, mill-obbligu li talloka kważi t-trasferiment kollu lill-pjan ta’ ristrutturazzjoni u min-numru żgħir kif ukoll min-nuqqas ta’ attrazzjoni tal-assi li għadhom trasferibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, kif jirriżulta mill-punt 135 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti ma pproduċewx id-data ta’ previżjoni kkonsolidata mitluba għall-perijodu ta’ bejn l‑2020 u l‑2023 u ma indikawx għalfejn huma ma setgħux jużaw il-likwidità disponibbli fil-livell tal-grupp sabiex iħallsu l-multi imposti mid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li ħadet inkunsiderazzjoni l-bilanċi ta’ likwidità tal-grupp CCPL għas-snin finanzjarji 2018 u 2019 mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni d-djun tagħha u l-indisponibbiltà ta’ dawn il-likwidità għal finijiet oħra għajr ir-rimbors tad-dejn impost mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 102 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ma hijiex, bħala prinċipju, obbligata tieħu inkunsiderazzjoni, fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ defiċit ta’ impriża, peress li r-rikonoxximent ta’ tali obbligu jwassal sabiex jingħata vantaġġ kompetittiv inġustifikat lill-impriżi l-inqas adattati għall-kundizzjonijiet tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, il-preżenza ta’ elementi li juru livell ta’ passiv ħafna ogħla minn dak tal-assi ma hijiex biżżejjed, waħedha, sabiex turi li l-impożizzjoni ta’ multi tpoġġi b’mod irrimedjabbli f’periklu l-vijabbiltà ekonomika tal-impriżi kkonċernati u tista’ ċċaħħad lill-assi tal-impriżi kkonċernati minn kull valur fis-sens tal-punt 35 tal-Linji Gwida tal‑2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, kif jirriżulta mill-premessa 84 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-livell tad-dejn tar-rikorrenti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tal-kapaċità kontributtiva tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti jikkontestaw il-possibbiltà li jintużaw, sabiex titħallas il-multa, ir-riżorsi kollha li baqgħu barra l-pjan ta’ ristrutturazzjoni, li jinkludi EUR <FT TYPE="NUMBER">5942084</FT> mogħtija mill-Kummissjoni u msemmija fil-punt 12 iktar ’il fuq, id-dħul mill-bejgħ ta’ Erzelli Energia Srl (evalwat fil-premessa 91 tad-deċiżjoni kkontestata għal EUR 1.4 miljun), u tal-bejgħ tal-ishma ta’ Refincoop Srl waqt l-eventwali trasferiment ta’ kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Fil-fatt, essenzjalment, dawn ir-riżorsi li baqgħu barra mill-pjan huma l-uniċi somom disponibbli sabiex tiġi żgurata s-sopravivenza ta’ Coopbox Group u ta’ Coopbox Eastern, billi tippermettilhom jagħmlu investimenti fid-dawl tal-assenza ta’ sorsi ta’ finanzjament alternattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jenfasizzaw ukoll li l-uniċi assi likwidi li setgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, evalwati għall-perijodu ta’ bejn l‑2020 u l‑2023 għal EUR 1.8 miljun, kienu dawk iġġenerati miż-żewġ uniċi kumpanniji operattivi tal-grupp CCPL, jiġifieri Coopbox Group u Coopbox Eastern, li kellhom kapaċità limitata ħafna sabiex jiġġeneraw flussi ta’ likwidità li jistgħu jiġu affettwati għal finijiet oħra għajr il-ġestjoni tal-operat. Ir-rikorrenti jindikaw f’dan ir-rigward li l-assi likwidi ta’ Coopbox Group u ta’ Coopbox Eastern ma humiex biżżejjed sabiex ikopru l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni kurrenti tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, il-ħlas tal-multi, b’mod partikolari permezz tal-użu tar-riżorsi mhux koperti mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni, jipprekludi lil dawn il-kumpanniji milli jħallsu ċerti spejjeż operattivi indispensabbli, iżda wkoll milli jagħmlu investimenti neċessarji għall-modernizzazzjoni tal-fabbriki tagħhom, għall-iżvilupp tat-teknoloġiji tagħhom u għas-sopravivenza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jikkontestaw il-konstatazzjoni tal-Kummissjoni, magħmula fil-premessa 90(d) tad-deċiżjoni kkontestata, li tgħid li huwa improbabbli li l-ħlas tal-multa permezz ta’ likwidità disponibbli fil-livell tal-grupp jikkomprometti l-vijabbiltà ekonomika taż-żewġ kumpanniji operattivi prinċipali tal-grupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>L-ewwel, ir-rikorrenti jenfasizzaw li l-likwidità tal‑31 ta’ Diċembru 2019 tirrappreżenta bilkemm wieħed minn sitta tal-uniku dejn finanzjarju li miegħu għandu jiżdied dejn mhux finanzjarju, inklużi d-djun dovuti lill-fornituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>It-tieni, ir-rikorrenti jfakkru li kważi l-grupp CCPL kollu huwa kompost minn kumpanniji li ma għadhomx attivi fis-suq, ma jiġġenerawx dħul u jiddedikaw il-likwidità żgħira ħafna residwa tagħhom għall-kwistjonijiet kurrenti fid-dawl tat-tlestija tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>It-tielet, il-fatt li ż-żewġ kumpanniji operattivi (Coopbox Group u Coopbox Eastern) għandhom dejn finanzjarju iktar minn għaxar darbiet ogħla mill-valur tal-likwidità tagħhom, li ma humiex biżżejjed sabiex ikopru l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni kurrenti, irendi neċessarju l-konsum ta’ likwidità min-naħa ta’ CCPL, b’tali mod li l-assenjazzjoni tal-likwidità tal-kumpanniji holding għall-ħlas tal-multa tkun neċessarjament ta’ ħsara għall-profittabbiltà ta’ Coopbox Group u ta’ Coopbox Eastern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 101 iktar ’il fuq, sabiex jingħata tnaqqis tal-multa skont il-punt 35 tal-Linji Gwida tal‑2006, għandu jintwera li l-multa imposta tipperikola b’mod irrimedjabbli l-vijabbiltà ekonomika tal-impriża kkonċernata u twassal sabiex l-assi tagħha jiġu mċaħħda minn kull valur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Peress li tnaqqis tal-multa jista’ jiġi ġġustifikat biss mill-għan li tiġi evitata li tiġi pperikolata b’mod irrimedjabbli l-vijabbiltà ekonomika tal-impriża kkonċernata u li l-assi tagħha jiġu mċaħħda minn kull valur, l-intenzjoni li jsiru investimenti intiżi sabiex jiżviluppaw il-kumpanniji operattivi tal-grupp CCPL jew pagamenti intiżi sabiex ma jippreġudikawx il-vijabbiltà ekonomika tagħhom ma tistax, bħala prinċipju, tiġġustifika tali tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-rikorrenti ma allegawx li tali investimenti kienu indispensabbli għall-funzjonament tagħhom u li ma setgħux jiġu ddiversifikati mingħajr ma dan irrimedjabbilment jipperikola l-vijabbiltà ekonomika tal-kumpanniji kkonċernati. L-istess japplika għall-ħlasijiet imwettqa sabiex ma ssirx ħsara għall-profittabbiltà tal-impriżi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-argument tar-rikorrenti dwar in-neċessità li jiġu allokati r-riżorsi mhux koperti mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni għat-twettiq ta’ investimenti favur Coopbox Group u Coopbox Eastern sabiex jiġi żgurat il-funzjonament jew il-profittabbiltà tagħhom għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-argumenti li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kapital operatorju nett negattiv tal-grupp CCPL, billi qieset li l-provvista ta’ EUR 16.4 miljun prevista fil-baġit tal‑2018 sabiex jitħallsu l-multi ma tistax tiġi kkunsidrata bħala likwidità ġdida, jew fuq l-effett iktar qawwi tal-multi fuq id-dħul mill-bejgħ tagħhom f’valur relattiv meta mqabbla mal-multi imposti fid-Deċiżjoni tal‑2015, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-elementi identifikati mill-Kummissjoni fil-premessa 90 tad-deċiżjoni kkontestata u mfakkra fil-punt 112 iktar ’il fuq, bħall-bilanċi ta’ flus għall‑2018 u l‑2019 rispettivament, li jammontaw għal EUR 18.6 miljun u għal EUR 22.8 miljun rispettivament, il-bilanċ medju tal-likwidità għall-perijodu 2014 sa 2018, jiġifieri madwar 11.6 % tad-dħul mill-bejgħ annwali medju tal-grupp, li ma humiex ikkontestati b’mod utli mir-rikorrenti, jikkostitwixxu, hekk kif qieset il-Kummissjoni, indikatur tajjeb sabiex jiġi dedott li l-livell ta’ likwidità kien biżżejjed biex jiġu onorati l-impenji u l-ispejjeż għal żmien qasir, tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat u jiġu evitati nuqqasijiet temporanji ta’ likwidità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li, wara li ġew informati mill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li tadotta deċiżjoni ġdida li timponilhom multi, ir-rikorrenti rċevew, fis‑7 ta’ Ottubru 2019, is-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5942084</FT> bħala rimbors tas-somma li huma kienu ħallsu provviżorjament b’eżekuzzjoni tad-digriet tal‑15 ta’ Diċembru 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CCPL <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑522/15 R</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:1012">EU:T:2015:1012</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Minn dan jirriżulta li l-ammont addizzjonali li għandu jitħallas sabiex tintlaħaq is-somma totali tal-multi inkwistjoni jammonta għal inqas minn EUR 3.5 miljun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja globali tal-grupp CCPL, u b’mod partikolari tal-eżistenza ta’ riżorsi mhux koperti mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni li ma huwiex utilment ikkontestat mir-rikorrenti, l-argumenti ta’ dawn tal-aħħar ma humiex ta’ natura li juru li l-ħlas tal-multi seta’ jipperikola b’mod irrimedjabbli l-vijabbiltà ekonomika tal-grupp CCPL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-allegazzjoni tar-rikorrenti li tgħid li l-likwidità ġġenerata minn Coopbox Group u Coopbox Eastern ma hijiex suffiċjenti sabiex tkopri l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni kurrenti tagħhom ma hijiex issostanzjata biżżejjed, b’tali mod li ma tistax tiġi kkunsidrata bħala stabbilita mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-rikorrenti baqgħu ma urewx li, kuntrarjament għal dak li kkunsidrat il-Kummissjoni, il-ħlas tal-multi ta’ ammont totali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">9441000</FT> jipperikola b’mod irrimedjabbli l-vijabbiltà ekonomika tagħhom u jwassal sabiex l-assi tagħhom jiġu mċaħħda minn kull valur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Sussidjarjament, ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali twettaq kalkolu ġdid tal-ammont tal-multi imposti mid-deċiżjoni kkontestata skont il-kapaċità kontributtiva reali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>Madankollu, sa fejn l-argumenti invokati mir-rikorrenti insostenn tat-tielet motiv tagħhom ma urewx li d-deċiżjoni kkontestata kienet ivvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni u lanqas ma invokaw żvilupp sostanzjali tas-sitwazzjoni tagħhom, b’mod partikolari dak ekonomiku, wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, ma hemmx lok, għall-Qorti Ġenerali, li teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-rikorrenti tilfu, hemm lok li huma jiġu kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni, skont it-talbiet ta’ din tal-aħħar, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla Estiża)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">CCPL - Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC, Coopbox Group SpA u Coopbox Eastern s.r.o. għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Papasavvas</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Costeira</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kancheva</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Zilgalvis</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Dimitrakopoulos</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis‑7 ta’ Diċembru 2022.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>