|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1308/2011
tal-14 ta’ Diċembru 2011
li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta' zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1240/2011 tat-30 ta' Novembru 2011 li jiffissa miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta' zokkor u isoglukożju barra mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għaz-zokkor barra mill-kwota mressqin bejn l-4 ta' Diċembru 2011 u s-7 ta' Diċembru 2011 u nnotifikati lill-Kummissjoni jaqbżu il-limitu stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1240/2011. |
|
(2) |
Għalhekk, f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1240/2011, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni nnotifikata għaċ-ċertifikat, biex jiġu rrifjutati l-applikazzjonijiet li jkunu għadhom ma ġewx innotifikati u biex jingħalqu l-perjodi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. |
|
(3) |
Sabiex tittieħed azzjoni qabel il-ħruġ taċ-ċertifikati li tkun saret applikazzjoni għalihom, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għaz-zokkor barra mill-kwota skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1240/2011 bejn l-4 ta' Diċembru 2011 u s-7 ta' Diċembru 2011 u nnotifikati lill-Kummissjoni għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 21,680216 %.
L-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati mressqin bejn it-8 ta’ Diċembru 2011 u l-15 ta’ Diċembru 2011 qed jiġu hawnhekk irrifjutati.
Il-perjodi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati jingħalqu fil-15 ta’ Diċembru 2011.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali