5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 236/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1088

tas-7 ta’ April 2021

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi għar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ April 2021 il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat 2021/1087 (2) li jaġġorna r-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, li fihom ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali.

(2)

L-inġenji tal-ajru, għajr inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom jenħtieġ li jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali mill-1 ta’ Jannar 2021.

(3)

Ir-referenzi għar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (3) jenħtieġ li jiġu aġġornati.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 03/2020 maħruġa mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) f’konformità mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tista’ tapplika għand l-awtorità kompetenti għal eżenzjonijiet mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139.”

(2)

L-Anness I huwa emendat skont kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2021/1087 tas-7 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Chicago (Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 21.A.130(b), il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.

barra minn hekk, fil-każ tar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali:

(i)

dikjarazzjoni li l-magna lesta hi konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tal-egżost tal-magna fid-data tal-manifattura tal-magna, u

(ii)

dikjarazzjoni li l-ajruplan lest hu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta jinħareġ l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.”

(2)

fil-punt 21.A.145(b), il-frażi introduttorja u l-punt (1) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

fir-rigward tad-data kollha meħtieġa tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali:

1.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni rċeviet din id-data mingħand l-Aġenzija, u mingħand id-detentur ta’ jew l-applikant għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett jew approvazzjoni tad-disinn, inkluż kwalunkwe eżenzjoni mogħtija kontra r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, biex tiġi ddeterminata l-konformità mad-data tad-disinn applikabbli;”

(3)

fil-punt 21.A.147, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Wara l-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, kull bidla fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata li tkun sinifikanti għad-dimostrazzjoni tal-konformità jew għall-karatteristiċi tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir, partikolarment il-bidliet fis-sistema tal-kwalità, għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi ppreżentata bil-miktub lill-awtorità kompetenti u l-organizzazzjoni għandha turi lill-awtorità kompetenti, qabel ma tiġi implementata l-bidla, li din konformi ma’ din is-Subparti.”

(4)

fil-punt 21.A.801, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-identifikazzjoni tal-prodotti għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

1.

l-isem tal-manifattur;

2.

id-deżinjazzjoni tal-prodott;

3.

in-numru tas-serje tal-manifattur;

4.

il-marka “EŻENTI” fil-każ ta’ magna, meta l-awtorità kompetenti tkun tat eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali;

5.

kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Aġenzija jidhrilha li tkun xierqa.”

(5)

il-punt 21.B.85 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“21.B.85   Deżinjazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

(a)

L-Aġenzija għandha tiddeżinja u tinnotifika lill-applikant ir-rekwiżiti applikabbli għall-protezzjoni ambjentali għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għal inġenju tal-ajru jew għal ċertifikat tat-tip għal magna. Id-deżinjazzjoni u n-notifika għandu jkun fihom:

1.

ir-rekwiżiti applikabbli tal-istorbju stabbiliti:

(i)

fil-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Volum I tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u:

(A)

għall-ajruplani li jkunu ġettijiet subsoniċi, fil-Kapitoli 2, 3, 4 u 14;

(B)

għall-ajruplani li jaħdmu bl-iskrejjen, fil-Kapitoli 3, 4, 5, 6, 10 u 14;

(C)

għall-ħelikopters, fil-Kapitoli 8 u 11;

(D)

għall-ajruplani supersoniċi, fil-Kapitolu 12; u

(E)

għat-tilt rotors, fil-Kapitolu 13.

(ii)

fil-Volum I tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago:

(A)

l-Appendiċi 1 għall-ajruplani li għalihom huma applikabbli l-Kapitoli 2 u 12 tal-Parti II tal-Volum I tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(B)

l-Appendiċi 2 għall-ajruplani li għalihom huma applikabbli l-Kapitoli 3, 4, 5, 8, 13 u 14 tal-Parti II tal-Volum I tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(C)

l-Appendiċi 3 għall-ajruplani li għalihom huwa applikabbli l-Kapitolu 6 tal-Parti II tal-Volum I tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(D)

l-Appendiċi 4 għall-ajruplani li għalihom huwa applikabbli l-Kapitolu 11 tal-Parti II tal-Volum I tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago; u

(E)

l-Appendiċi 6 għall-ajruplani li għalihom huwa applikabbli l-Kapitolu 10 tal-Parti II tal-Volum I tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

2.

ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet applikabbli għall-prevenzjoni tal-ivventjar intenzjonali tal-fjuwil għall-inġenji tal-ajru stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti II tal-Volum II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

3.

ir-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tad-duħħan, gassużi u tal-materja partikolata mill-magna stabbiliti:

(i)

fil-Kapitolu 1 tal-Parti III tal-Volum II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u:

(A)

għall-emissjonijiet tad-duħħan u gassużi mill-magni b’turboreatturi u b’turbofannijiet maħsuba għal propulsjoni biss b’veloċitajiet subsoniċi, fil-Kapitolu 2;

(B)

għall-emissjonijiet tad-duħħan u gassużi mill-magni b’turboreatturi u b’turbofannijiet maħsuba għal propulsjoni b’veloċitajiet supersoniċi, fil-Kapitolu 3; u

(C)

għall-emissjonijiet tal-materja partikolata mill-magni b’turboreatturi u b’turbofannijiet maħsuba għal propulsjoni biss b’veloċitajiet subsoniċi, fil-Kapitolu 4;

(ii)

fil-Volum II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago:

(A)

l-Appendiċi 1 għall-kejl tal-proporzjon tal-pressjoni referenzjarja;

(B)

l-Appendiċi 2 għall-evalwazzjoni tal-emissjonijiet tad-duħħan;

(C)

l-Appendiċi 3 għall-istrumentazzjoni u għat-tekniki tal-kejl għall-emissjonijiet gassużi;

(D)

l-Appendiċi 4 għall-ispeċifikazzjonijiet għall-fjuwil li għandu jintuża fl-ittestjar tal-emissjonijiet ta’ magni bit-turbini tal-inġenji tal-ajru;

(E)

l-Appendiċi 5 għall-istrumentazzjoni u għat-tekniki tal-kejl għall-emissjonijiet gassużi mill-ossidazzjoni termali gassuża ta’ magni bit-turbini;

(F)

l-Appendiċi 6 għall-proċedura ta’ konformità għall-emissjonijiet gassużi, tad-duħħan u tal-materja partikolata; u

(G)

l-Appendiċi 7 għall-istrumentazzjoni u għat-tekniki tal-kejl għal materja partikolata mhux volatili;

4.

ir-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-ajruplani stabbiliti:

(i)

fil-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Volum III tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, u:

(A)

għall-ajruplani li jkunu ġettijiet subsoniċi, fil-Kapitolu 2; u

(B)

għall-ajruplani subsoniċi li jaħdmu bl-iskrejjen, fil-Kapitolu 2;.

(ii)

fl-Appendiċijiet 1 u 2 tal-Volum III tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, għall-ajruplani li għalihom huwa applikabbli l-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Volum III tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

5.

għall-magni, ir-rekwiżiti applikabbli fil-Parti IV tal-Volum II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u l-Appendiċi 8 dwar il-valutazzjoni tal-materja partikolata mhux volatili għal skopijiet ta’ inventarju u mmudellar.

(b)

(riżervat).”.