02010D0472 — MT — 01.07.2017 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Awwissu 2010

dwar l-importazzjonijiet ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina fl-Unjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5780)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/472/UE)

(ĠU L 228 31.8.2010, p. 74)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/411/UE tas-17 ta’ Lulju 2012

  L 192

16

20.7.2012

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013

 M3

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/470/UE tal-20 ta’ Settembru 2013

  L 252

32

24.9.2013

►M4

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/802/UE tal-14 ta' Novembru 2014

  L 331

28

18.11.2014

►M5

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2002 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-8 ta' Novembru 2016

  L 308

29

16.11.2016


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 331, 1.12.2012, p.  57 (2012/411/UE)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Awwissu 2010

dwar l-importazzjonijiet ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina fl-Unjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5780)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/472/UE)



Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fl-Unjoni ta' kunsinji ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina.

Din tistabbilixxi rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta' dawk il-prodotti fl-Unjoni.

Artikolu 2

Importazzjonijiet tas-semen

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' kunsinji ta' semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina sakemm dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew partijiet mit-territorju tiegħu elenkat fl-Anness I;

(b) ikunu ġejjin minn ċentru ta' ġbir jew ħażna tas-semen approvat elenkat skont l-Artikolu 17(3)(b) tad-Direttiva 92/65/KEE;

(c) ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa li ġejjin, stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II, u mimli skont in-noti ta' spjegazzjoni stipulati fil-Parti 1 ta' dak l-Anness:

(i) mudell 1 kif stabbilit fit-Taqsima A, għall-kunsinji ta' semen mibgħuta minn ċentru ta' ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen;

(ii) mudell 2 kif stabbilit fit-Taqsima B, għall-kunsinji ta' semen mibgħuta minn ċentru ta' ħażna tas-semen approvat.

Madankollu, fejn hemm stabbiliti rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni speċifiċi fi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw.

(d) ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fiċ-ċertifikati tas-saħħa msemmija fil-punt (c).

Artikolu 3

Importazzjonijiet tal-ova u l-embrijuni

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' kunsinji ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina sakemm dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew partijiet mit-territorju tiegħu elenkat fl-Anness III;

(b) ikunu ġejjin minn tim ta' ġbir jew produzzjoni ta' embrijuni approvat skont l-Artikolu 17(3)(b) tad-Direttiva 92/65/KEE;

(c) ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness IV, u mimli skont in-noti ta' spjegazzjoni stipulati fil-Parti 1 ta' dak l-Anness.

Madankollu, fejn hemm stabbiliti rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni speċifiċi fi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw.

(d) ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fiċ-ċertifikat tas-saħħa msemmija fil-punt (c).

Artikolu 4

Kundizzjonijiet ġenerali dwar it-trasport ta' kunsinji ta' semen, ova u embrijuni lejn l-Unjoni

1.  Il-kunsinji ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina, ma għandhomx jiġu trasportati fl-istess kontenitur bħal kunsinji oħra ta' semen, ova u embrijuni li:

(a) mhumiex maħsuba għad-dħul fl-Unjoni, jew

(b) huma ta’ status ta' saħħa inferjuri.

2.  Waqt it-trasport lejn l-Unjoni Ewropea, il-kunsinji ta' semen, ova u embrijuni għandhom jitpoġġew f'kontenituri magħluqa u ssiġillati u s-siġill ma għandux jinkiser waqt it-trasport.

Artikolu 5

Revoka

Id-Deċiżjoni 2008/635/KE hija revokata.

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta' Awwissu 2011, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' stokkijiet tal-prodotti li ġejjin:

(a) semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina li nġabar, ġie pproċessat u maħżun skont id-Direttiva 92/65/KEE sal-31 ta' Awwissu 2010 u li hu akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa maħruġ mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2011 skont il-mudell stipulat fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/635/KE.

(b) ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina li nġabru, ġew ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE sal-31 ta' Awwissu 2010 u li huma akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa maħruġ mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2011 skont il-mudell stipulat fl-Anness VI tad-Deċiżjoni 2008/635/KE.

Artikolu 7

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 8

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




ANNESS I



Lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-kunsinni tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ovina u kaprina

Kodiċi ISO

Isem il-pajjiż terz

Rimarki

Deskrizzjoni tat-territorju

(jekk xieraq)

Garanziji addizzjonali

AU

L-Awstralja

 

Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.4.9.1. tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II hija obbligatorja.

CA

Il-Kanada

 

Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.4.9.1. tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II hija obbligatorja.

CH

L-Isvizzera (1)

 

 

CL

Iċ-Ċilì

 

 

GL

Greenland

 

 

▼M2 —————

▼M1

IS

L-Islanda

 

 

NZ

In-New Zealand

 

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

US

L-Istati Uniti

 

Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.4.9.1. tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II hija obbligatorja.

(1)   Ċertifikati b'konformità mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-Kummerċ fi Prodotti Agrikoli kif approvat mid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba' Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1).

▼B




ANNESS II

PARTI 1

Noti ta' spjegazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni

(a) Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur, skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

Jekk l-Istat Membru destinatarju jitlob rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni addizzjonali, l-attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li dawk ir-rekwiżiti huma sodisfatti għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-formola oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa.

(b) L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda, jew, fejn ikun meħtieġ aktar test, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli.

(c) Fejn il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa jgħid li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif xieraq, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti, jistgħu jinqatgħu u jitniżżlu l-inizjali u t-timbru mill-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni, jew jitħassru kompletament miċ-ċertifikat.

(d) Iċ-ċertifikat ta' saħħa għandu jitħejja f’mill-inqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-istazzjon ta' spezzjoni tal-fruntiera ta' introduzzjoni tal-kunsinja fl-Unjoni Ewropea u tal-Istat Membru ta' destinazzjoni. Madanakollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li ċ-ċertifikat jitħejja bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor u jekk meħtieġ ikun akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali.

(e) Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti tal-kunsinja (skeda fil-Kaxxa I.28 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa), jiġu mehmuża folji addizzjonali maċ-ċertifikat tas-saħħa, dawn il-folji għandhom jitqiesu wkoll li jiffurmaw parti miċ-ċertifikat oriġinali tas-saħħa bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-uffiċjal li jiċċertifika, fuq kull paġna.

(f) Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija f'(e), ikun fih aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata (numru tal-paġna) ta' (numru totali ta' paġni), fil-qiegħ tal-paġna u għandu jkollu n-numru ta' ċertifikat ta' referenza li ngħata mill-awtorità kompetenti fuq nett tal-paġni.

(g) Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat ta' saħħa għandha timtela u tiġi ffirmata minn veterinarju uffiċjali fl-aħħar jum tax-xogħol qabel issir it-tagħbija tal-kunsinja għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE ( 1 ) jiġu segwiti.

Il-lewn tal-firma u tat-timbru tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tat-tipa stampata fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa. L-istess regola tapplika għat-timbri minbarra dawk ibbuzzati jew bil-marka tal-ilma.

(h) L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jakkumpanja l-kunsinja sakemm tasal fl-istazzjon ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea.

(i) In-numru ta' ċertifikat ta' referenza msemmi fil-Kaxxa I.2 u l-Kaxxa II.a tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur.

PARTI 2

Mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' kunsinji tas-semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina

▼M5

Taqsima A

MUDELL 1 – Ċertifikat tas-saħħa għas-semen mibgħut minn ċentru tal-ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen

image

image

image

image

image

image

image

▼B

Taqsima B

MUDELL 2 – Ċertifikat tas-saħħa għas-semen mibgħut minn ċentru ta' ħażna tas-semen approvat

image

image

image

▼M1




ANNESS III



Lista ta' pajjiżi terzi u partijiet mit-territorji tagħhom li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw il-kunsinni ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina

Kodiċi ISO

Isem il-pajjiż terz

Rimarki

Deskrizzjoni tat-territorju

(jekk xieraq)

Garanziji addizzjonali

AU

L-Awstralja

 

Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.2.6.1 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IV hija obbligatorja.

CA

Il-Kanada

 

Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.2.6.1 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IV hija obbligatorja.

CH

L-Isvizzera (1)

 

 

CL

Iċ-Ċilì

 

 

GL

Greenland

 

 

▼M2 —————

▼M1

IS

L-Islanda

 

 

NZ

In-New Zealand

 

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

US

L-Istati Uniti

 

Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.2.6.1 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IV hija obbligatorja.

(1)   Ċertifikati b'konformità mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-Kummerċ fi Prodotti Agrikoli kif approvat mid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom.

▼B




ANNESS IV

PARTI 1

Noti ta' spjegazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni

(a) Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur, skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness IV.

Jekk l-Istat Membru destinatarju jitlob rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni addizzjonali, l-attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li dawk ir-rekwiżiti huma sodisfatti għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-formola oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa.

(b) L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda, jew, fejn huwa meħtieġ aktar test, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli.

(c) Fejn il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa jgħid li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif xieraq, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti, jistgħu jinqatgħu u jitniżżlu l-inizjali u t-timbru mill-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni, jew jitħassru kompletament miċ-ċertifikat.

(d) Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jitħejja f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-istazzjon ta' spezzjoni tal-fruntiera ta' introduzzjoni tal-kunsinja fl-Unjoni Ewropea u tal-Istat Membru ta' destinazzjoni. Madanakollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li ċ-ċertifikat jitħejja bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor u jekk meħtieġ ikun akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali.

(e) Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti tal-kunsinja (skeda fil-Kaxxa I.28 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa), jiġu mehmuża folji addizzjonali maċ-ċertifikat tas-saħħa, dawn il-folji għandhom jitqiesu wkoll bħala li jiffurmaw parti miċ-ċertifikat oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-uffiċjal li jiċċertifika, fuq kull paġna.

(f) Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija f'(e), ikun fih aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata (numru tal-paġna) ta' (numru totali ta' paġni), fil-qiegħ tal-paġna u għandu jkollu n-numru ta' ċertifikat ta' referenza li ngħata mill-awtorità kompetenti fuq nett tal-paġni.

(g) Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandha timtela u tiġi ffirmata minn veterinarju uffiċjali fl-aħħar jum tax-xogħol qabel issir it-tagħbija tal-kunsinja għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE ( 2 ) jiġu segwiti.

Il-lewn tal-firma u tat-timbru tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tat-tipa stampata fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa. L-istess regola tapplika għat-timbri minbarra dawk ibbuzzati jew bil-marka tal-ilma.

(h) L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jakkumpanja l-kunsinja sakemm tasal fl-istazzjon ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea.

(i) In-numru ta' ċertifikat ta' referenza msemmi fil-Kaxxa I.2 u l-Kaxxa II.a il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur.

▼M4

PARTI 2

Mudelli taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' kunsinni ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina

image

image

image

image

image



( 1 ) ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.

( 2 ) ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.