2000R0930 — MT — 11.11.2004 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 930/2000 ta’ l-4 ta’ Mejju 2000 (ĠU L 108, 5.5.2000, p.3) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1831/2004 tal-21 ta' Ottubru 2004 |
L 321 |
29 |
22.10.2004 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 930/2000
ta’ l-4 ta’ Mejju 2000
li jwaqqaf regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id- Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-katalogu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli ( 1 ), kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 98/96/KE ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(6) tagħha,
Wara li kkunsidrat id- Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 fuq il-bejgħ ta’ żrieragħ tal-ħxejjex ( 3 ), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/96/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tagħha,
Billi:|
(1) |
Id-Direttivi 70/457/KEE u 70/458/KEE waqqfu regoli ġenerali dwar l-adattabilità ta’ denominazzjonijiet ta’ varjetajiet, permezz ta’ referenza għall-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 fuq id-drittijiet ta’ varjetà ta’ pjanti tal-Komunità ( 4 ), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2506/95 ( 5 ). |
|
(2) |
Għall-iskopijiet tat-tħaddim tad-Direttivi 70/457/KEE u 70/458/KEE, huwa xieraq li jkunu stabbiliti regoli dettaljati għat-tħaddim tal-kriteji stabbiliti fl-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-impedimenti għad- deskrizzjoni ta’ denominazzjoni ta’ varjetà kif speċifikat fil-paragrafi 3 u 4 tiegħu. Fl-ewwel fażi, regoli dettaljati bħal dawn għandhom ikunu limitati għall-impedimenti li ġejjin: — użu eskluż bid- dritt minn qabel ta’ terzi persuni, — diffikultajiet fir-rigward ta’ għarfien jew riproduzzjoni, — denominazzjonijiet li huma identiċi jew jistgħu jiġu mfixkla ma’ denominazzjoni ta’ varjetà ta’ varjetà oħra, — denominazzjonijiet li huma identiċi jew jistgħu jiġu mfixkla ma’ deskrizzjonijet oħra, — li joħolqu disgwid jew jikkaġunaw tfixkil dwar il-karatteristiċi tal-varjetà jew karatteristiċi oħra. |
|
(3) |
Il-miżuri li hemm ipprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għaż-Żrieragħ u Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, Ortikultura u Forestrija, |
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament iwaqqaf, għall-iskopijiet tat-tħaddim ta’ l-Artiloku 9(6), l-ewwel s4bparagrafu, tad-Direttiva 70/457/KEE u ta’ l-Artikolu 10(6), l-ewwel s4bparagrafu, tad-Direttiva 70/458/KEE, regoli dettaljati għat-tħaddim ta’ ċerti kriterji stabiliti fl-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 għall-eliġibilità ta’ denomoinazzjonijiet ta’ varjetajiet.
Artikolu 2
1. Fil-kas ta’ trade mark bħala dritt minn qabel ta’ terzi persuni, l-użu ta’ denominazzjoni ta’ varjetà fit-territorju tal-Komunità għandu jiġi meqjus li hu pprojbit bin-notifika ta’ l-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tad-denominazzjoni ta’ varjeàa ta’ trade mark, li tkun ġiet reġistrata fi Stat Membru wieħed jew iżjed jew f’livell ta’ Komunità qabel l-approvazzjoni tad-denominazzjoni tal-varjetà, u li hu identika jew bħad-denominazzjoni ta’ varjetà u reġistrata fir-relazzjoni ta’ oġġetti li huma identiċi jew bħall-varjetà ta’ pjanta kkonċernata.
2. Fil-każ ta’ indikazzjoni ġeografika jew desinjazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u ikel bħala dritt minn qabel ta’ partijiet terzi, denominazzjoni ta’ varjetà fit-territorju tal-Komunità jkun meqjus li jkun projbit fejn id-denominazzjoni tal-varjetà tmur kontra l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ( 6 ) għal dak li jirrigwarda l-indikazzjoni ġeografika jew id-desinjazzjoni ta’ l-oriġini protetta f’Stat Membru jew fil-Komunità taħt l-Artikoli 5(5), 6 jew dak li qabel kien l-Artikulu 17 ta’ dak ir-Regolament għal oġġetti li huma identiċi jew simili għall-varjetà tal-pjanta kkonċernata.
3. Xkiel għall-adegwatezza ta’ denominazzjoni minħabba dritt minn qabel imsemmi fil-paragrafu 2 jista’ jitneħħa fejn kunsens bil-miktub tad-detentur tad-dritt minn qabel għall-użu tad-denominazzjoni in konnessjoni mal-varjetà ġie ottenut, jekk tali kunsens ma jwassalx li jagti impressjoni żbaljata lill-pubbliku dwar l-oriġini vera tal-prodott.
►M1 4. ◄ Fil-każ ta’ dritt minn qabel ta’ l-applikant fir-rigward ta’ kollha kemm hi jew parti mid-denominazzjoni proposta, l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 3
1. Denominazzjoni ta’ varjetà għandha tittieħed li tikkawża diffikultajiet lil min jużaha fir-rigward ta’ għarfien jew riproduzzjoni fil-każijiet li ġejjin:
a) fejn huwa fil-forma ta' “fancy name”:
i) jikkonsisti f’ittra waħda;
ii) jikkonsisti fi, jew jikkontjeni bħala element separat, serje ta’ ittri li ma jiffurmawx kelma pronunċabbli f’lingwa uffiċjali tal-Komunità; iżda, fejn din is-serje hija taqsira stabbilita, tali taqsira stabbilita tkun limitata għal massimu ta’ 2 settijiet ta’ mhux aktar minn 3 simboli kull wieħed, li jinsabu f’ kull tarf tad-denominazzjoni;
iii) jikkontjeni numru, ħlief fejn dan huwa parti integru ta’ l-isem, jew fejn dan jindika li l-varjetà huwa jew ikun wieħed minn serje numerat ta’ varjetajiet konnessi minħaba l-passat ta’ tkabbir tagħhom;
iv) jikkonsisti f’aktar minn tlett kelmiet jew elementi, ħlief jekk il-kliem jagħmluha faċli li tintgħaraf jew li tiġi riprodotta;
v) jikkonsisti fi jew jikkontjeni kelma jew element eċċessivament twil;
vi) jikkontjeni marka ta’ punteġġjatura jew simbolu ieħor, taħlita ta’ ittri kbar żgħar (ħlief fejn l-ewwel ittra qegħda f’ittri kbar u l-qbija tad-denominazzjoni qegħda f’ittri żgħar), subscript, superscript jew disinn;
(b) fejn tkun fil-forma ta’ “kodiċi”:
(i) tkun tikkonsisti f’numru jew numri biss, minbarra fil-każ ta’ linji naturali jew ta’ tipi speċifiki bħal dawn ta’ varjetajiet;
(ii) tkun tikkonsisti minn ittra waħda biss;
(iii) ikun fiha aktar minn għaxar ittri, jew ittri u numri;
(iv) ikun fiha aktar minn erba’ gruppi ta’ ittra jew ittri li jolternaw u numru ta’ numri;
v) jikkontjeni marka ta’ punteġġjatura jew simbolu ieħor, subscript, superscript jew disinn.
2. Meta wieħed jissottometti proposta għal denominazzjoni ta’ varjetà, l-applikant għandu jiddikjara fejn id-denominazzjoni proposta hija maħsuba li tkun fil-forma ta’ “isem fancy” jew ta’ “kodiċi”.
3. Jekk l-applikant ma jagħmilx dikjarazzjoni fuq il-forma tad-denominazzjoni proposta, id-denominazzjoni għandha tittieħed li tkun “isem fancy”.
Artikolu 4
Meta wieħed jevalwa l-identità ta’, jew it-tfixkil ma’, denominazzjoni ta’ varjetà ta’ varjetà oħra, dan li ġej għandu japplika:
a) “ jista” jiġi mħawwad ma’ ’ tkun ikkunsidrata li taqa’ inter alia denominazzjoni ta’ varjetà, li tikkontjeni differenza ta’ ittra waħda biss, jew ta’ aċċenti fuq ittri, in konnessjoni ma’ denominazzjoni ta’ varjetà ta’ speċi li huma simili ħafna, li ġiet aċċettata uffiċjalment għal bejgħ fil-Komunità, iż-Żona Ekonomika Ewropea jew bħala parti kontraenti għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV), jew huwa s-suġġett ta’ dritt ta’ varjetà tal-pjanti f’tali territorji. Iżda, differenza ta’ ittra waħda f’taqsira stabbilita bħala entità separata tad-denominazzjoniijet tal-varjetajiet ma jkunux meqjusa li jikkawżaw konfużjoni. Wkoll, fejn l-ittra differenti hija prominenti f’mod li jagħmel id-denominazzjoni distinta f’mod ċara minn denominazzjoniijet tal-varjetajiet li diġà huma reġistrati, ma jkunx meqjus li jikkawża konfużjoni. Differenzi ta’ żewġ ittri jew iktar ma jkunux meqjusa li jikkawża konfużjoni ħlief fejn iż-żewġ ittri kemm biddlu l-postijiet tagħhom. Differenza ta’ numru wieħed bejn żewġ numri oħra (fejn numru huwa permess f’fancy name) mgħandux jitiqies li jikkawża konfużjoni.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal denominazzjoni ta’ varjetà fil-forma ta’ kodiċi, jekk id-denominazzjoni ta’ varjetà ta’ referenza hija ugwalment fil-forma ta’ kodiċi. Fil-każ ta’ kodiċi differenza ta’ simbolu wieħed bisss, ittra jew numru, tkun meqjusa li tippermetti li żewġ kodiċi ikunu distinti minn xulxin f’mod suffiċjenti. Spazji vojta għandhom jiġu injorati meta jiġu mqabbla denominazzjonijiet fil-forma ta’ kodiċi;
(b) “speċi relatati mill-qrib” għandha tittieħed li tfisser speċi li tappartieni għall-istess klassi kif elenkata fl-Anness, jew, fejn dan ma japplikax, għall-istess ġenus botaniku;
(ċ) “varjetà ma tibqax teżisti aktar” għandha tittieħed li tfisser varjetà li ma tinstabx aktar għall-bejgħ;
(d) “reġistru uffiċjali ta’ varjetajiet ta’ pjanti” għandu jittieħed bħala referenza għall-katalogu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli jew ta’ speċi ta’ ħxejjex, jew għal kull reġistru kompilat u miżmum mill-Uffiċju tal-Varjetà ta’ Pjanti tal-Komunità, jew minn korp uffiċjali ta’ l-Istati Membri tal-Komunità jew l-Area Ekonomika Ewropea, jew ta’ parti kontrattwali ta’ l-UPOV;
(e) “varjetà li d-denominazzjoni tagħha m’akkwistat ebda sinjifikat speċjali”: id-denominazzjoni ta’ varjetà li xi darba kienet iddaħħlet f’reġistru uffiċjali ta’ varjetajiet ta’ pjanti u b’hekk akkwistat sinjifikat speċjali għandha tittieħed li tkun tilfet dak is-sinjifikat speċjali meta jgħaddi perjodu ta’ 10 snin wara li titħassar minn dak ir-reġistru.
Artikolu 5
Deskrizzjonijiet li soltu jintużaw għall-bejgħ ta’ oġġetti jew li għandhom jinżammu ħielsa taħt leġislazzjoni oħra għandhom jittieħdu li jfissru b’mod partikolari:
(a) denominazzjonijiet ta’ muniti, jew termini assoċjati ma’ piżijiet u qisien;
▼M1 —————
(c) espressjonijiet li, bis-saħħa ta’ leġislazzjoni, ma jintużawx għall-skopijiet għajr dawk maħsuba b’dik il-leġislazzjoni.
Artikolu 6
Denominazzjoni ta’ varjetà għanha tittieħed li tqarraq jew tikkawża tfixkil jekk:
(a) twassal l-impressjoni qarrieqa l-varjetà għandha karatteristiċi jew valur partikolari;
(b) twassal l-impressjoni qarrieqa li l-varjetà hija relatata ma’, jew ġejja minn, varjetà speċifika oħra;
(ċ) tirreferi għal karatteristika speċifika jew valur b’mod li twassal l-impressjoni qarrieqa li dik il-varjetà biss tippossedih, fil-waqt li fil-fatt varjetajiet oħra ta’ l-istess speċi jista’ jkollhom l-istess karatteristika jew valur;
(d) bis-saħħa tas-similarita tagħha ma’ isem ta’ kummerċ magħruf sewwa minbarra trade mark reġistrata jew denominazzjoni ta’ varjetà, tissuġġerixxi li l-varjetà hija varjetà oħra, jew tagħti impressjoni qarrieqa dwar l-identità ta’ l-applikant, il-persuna responsabbli għaż-żamma tal-varjetà, jew ta’ min inissel;
(e) tkun tikkonsisti fi, jew ikun fiha
(i) komparattivi jew superlattivi;
ii) l-ismijiet bottaniċi jew l-ismijiet komuni ta’ l-ispeċi, fil-grupp either jew ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli jew ta’ speċi ta’ pjanti veġetali, li għaliha tappartjeni l-varjetà;
▼M1 —————
(iv) l-isem ta’ persuna naturali jew legali, jew referenza għaliha, biex tagħti l-impressjoni qarrieqa dwar l-identitÁ ta’ l-applikant, il-persuna risponsabbli miż-żamma tal-varjetà, jew min inissel;
f) dan jinkludi isem ġeografiku li probabbilment ifixkel lill-pubbliku għal dak li jirrigwarda l-karatteristiċi jew il-valur tal-varjetà.
Artikolu 7
Denominazzjonijiet ta’ varjetajiet li ġew aċċettati fil-forma ta’ kodiċi għandhom ikunu indikati b’mod ċar bħala tali fil-katalogu uffiċjali rilevanti jew katalogi ta’ l-Istati Membri għal varjetajiet ta’ pjanti uffiċjalment aċċettati, jew fil-katalogu komuni rilevanti, permezz ta’ nota f’tarf il-paġna bl-ispjegazzjonijiet li ġejjin: “denominazzjoni ta’ varjetà approvata fil-forma ta’ ‘kodiċi’”.
Artikolu 8
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
2. M’għandux japplika għal denominazzjonijiet ta’ varjetajiet li ġew proposti mill-applikant lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tagħhom, qabel il-ġurnata li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
L-ANNESS
SPEĊI RELATATI MILL-QRIB
(L-Artikolu 4(b))
|
Class A (UPOV Class 1): |
Avena, hordeum, sekala,Tritikala, Trictum |
|
Class B (UPOV Class 3): |
Sorgu, Zea |
|
Class C (UPOV Class 4): |
Agrostis, Alopecurus, Arrhenatherum, Bromus, Cynosurus, Dactylis, Fetuca, Lolium, Phalaris, Phleum, Poa, Trisetum |
|
Class D (UPOV Class 5): |
Brassica,oloracea |
|
Class E (UPOV Class 6): |
Brassica, campestis, Brassica rapa, Brassica juncrea, Brassica nigra, sinapis |
|
Class F (UPOV Class 7): |
Lotus, Medicago, Ornithopus, Onobrychis, Trifolium |
|
Class G (UPOV Class 8): |
Lupinus albus L., Lupinus angustfolius L., Lupinus luteus L. |
|
Class H (UPOV Class 9): |
Vicia fabia L. |
|
Class I (UPOV Class 10): |
Beta Vulgaris L. var. alba DC, Beta vulgaris L. var. altissima |
|
Class K (UPOV Class 11): |
Beta vulgaris ssp. Vulgaris var. conditiva alef. (syn: Beta vulgaris L.var. rubra L.), Beta vulgaris L. var. cicla L., Beta vulgaris L., ssp. vulgaris var. vulgaris |
|
Class L (UPOV Class 12): |
Lactuca, Valerianella, Cichorium |
|
Class M (UPOV Class 13): |
Cucurnis sativus |
|
Class N (UPOV Class 14): |
Citrullus cucurnis melo, Cucurbita |
|
Class O (UPOV Class 15): |
Anthriscus, Petroselinum |
|
Class P (UPOV Class 16): |
Daucus, Pastinaca |
|
Class Q (UPOV Class 17): |
Anetheum, Carum, Forniculum. |
|
Class R (UPOV Class 21): |
Solamum tuberosum |
|
Class S (UPOV Class 24): |
Helianthus annuus |
( 1 ) ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 1.
( 2 ) ĠU L 25, ta’ l-1.2.1999, p. 27.
( 3 ) ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 7.
( 4 ) ĠU L 227, ta’ l-1.9.1994, p. 1.
( 5 ) ĠU L 258, tat-28.10.1995, p. 3.
( 6 ) ĠU L 208, tas-27.7.1992, p. 1.