27.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9825 — CPPIB/Téthys Invest/Galileo Global Education)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 177/03)

1.   

Fit-18 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Kanada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada),

—

Téthys Invest SAS (“Téthys”, Franza), sussidjarja tal-kumpanija azzjonarja Téthys SAS (Franza),

—

Galileo Global Education Group (“Galileo”, Franza).

CPPIB u Téthys jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Galileo.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CPPIB: organizzazzjoni dinjija ta’ ġestjoni tal-investimenti li tinvesti l-fondi ttrasferiti lilha permezz tal-Kanada Pension Plan Fund,

—

Téthys: direzzjoni ta’ investimenti fit-tul fi proġetti intraprenditorjali dinjija,

—

Galileo: fornitur internazzjonali ta’ taħriġ privat post-sekondarju u servizzi tal-edukazzjoni u li jaħdem f’għadd ta’ istituzzjonijiet madwar id-dinja. Fiż-ŻEE, Galileo huwa primarjament attiv fi France, l-Italja, Ċipru, il-Ġermanja u r-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9825 — CPPIB/Téthys Invest/Galileo Global Education Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.