|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1803 |
27.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1803
tal-24 ta’ Lulju 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/530 dwar il-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-setturi tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-majjal fl-Ungerija u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1100 dwar il-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-setturi tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal fis-Slovakkja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 220(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-kuntest tat-tifqigħat tal-mard tal-ilsien u d-dwiefer fl-Ungerija u fis-Slovakkja fir-rebbiegħa tal-2025, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/530 (2) li jipprevedi l-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-setturi tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-majjal fl-Ungerija u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1100 (3) li jipprevedi l-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-setturi tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal fis-Slovakkja. |
|
(2) |
Wara l-elezzjonijiet parlamentari li saru fl-Ungerija fit-12 ta’ April 2026 u t-tranżizzjoni sussegwenti tal-gvern, l-adozzjoni tal-miżuri leġiżlattivi meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ eliġibbiltà skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/530 iddewwmet. Fid-dawl tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilita fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huwa ġġustifikat li l-Ungerija tingħata estensjoni limitata fiż-żmien tad-data ta’ eliġibbiltà sat-30 ta’ Settembru 2026. Dan se jippermetti t-tlestija tal-passi amministrattivi pendenti mingħajr ma jiġu kompromessi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura li l-Ungerija tibqa’ responsabbli għall-progress rapidu fl-adozzjoni tal-miżuri leġiżlattivi. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1100 jistabbilixxi l-31 ta’ Ottubru 2026 bħala d-data sa meta trid titħallas in-nefqa mġarrba mis-Slovakkja sabiex tkun eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni. Il-ħarsien tad-data ta’ eliġibbiltà tal-31 ta’ Ottubru ma jistax jiġi kkontrollat peress li n-nefqa li tkun saret bejn s-16 u l-31 ta’ Ottubru għandha tingħadd bħala li tkun saret fix-xahar ta’ Novembru f’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u għandha tiġi ddikjarata bħala ammont aggregat fid-dikjarazzjoni ta’ dak ix-xahar. Sabiex tiġi żgurata l-verifika effettiva tan-nefqa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2116, huwa xieraq li d-data tal-eliġibbiltà għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni tinbidel għat-30 ta’ Novembru 2026. |
|
(4) |
Fl-interess taċ-ċarezza u tal-konsistenza ma’ miżuri simili preċedenti, fejn ir-rati fissi indikati jikkorrispondu għall-parti tal-kofinanzjament tal-Unjoni, għat-telf relatat mal-perjodi mtawla tat-trobbija u tat-tismin tal-annimali stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punt (a), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/530 u fl-Artikolu 3(1), il-punti (b), (c) u (d), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1100, jenħtieġ li r-rati fissi jiġu aġġustati biex jaqblu mal-parti tal-kofinanzjament tal-Unjoni ta’ 60 % tan-nefqa totali. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/530
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/530 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 3(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1100
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1100 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 3(1), il-punti (b), (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/530 tal-10 ta’ Marzu 2026 dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-setturi tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-majjal fl-Ungerija (ĠU L, 2026/530, 11.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/530/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1100 tal-21 ta’ Mejju 2026 dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-settur tal-ħalib u għas-settur tal-laħam tal-majjal fis-Slovakkja (ĠU L, 2026/1100, 22.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1100/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1803/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)