|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/58 |
6.1.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2026/58
tas-16 ta’ Diċembru 2025
dwar il-ħatra tal-kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2025/1431 (EUSDI/4/2025)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1599 tat-3 ta’ Awwissu 2023 dwar Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (l-“Inizjattiva”). Barra minn hekk, il-Kunsill awtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ. |
|
(2) |
Fid-9 ta’ Lulju 2025, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1431 (2) li taħtar lil-Kaptan André (Annius) VAN DER KAMP bħala kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva mis-16 ta’ Lulju 2025. |
|
(3) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2025, l-awtoritajiet militari Spanjoli pproponew il-ħatra tal-Kurunell Emilio Asensio BAUTISTA MARTÍNEZ bħala kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva (il-“ħatra proposta”). |
|
(4) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2025, il-Kmandant Militari għall-pilastru militari tal-Inizjattiva appoġġa l-ħatra proposta. |
|
(5) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2025 il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u rrakkomanda li l-KPS japprovaha. |
|
(6) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kurunell Emilio Asensio BAUTISTA MARTÍNEZ bħala kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva mid-9 ta’ Jannar 2026. |
|
(7) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1431 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kurunell Emilio Asensio BAUTISTA MARTÍNEZ huwa maħtur bħala kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea mid-9 ta’ Jannar 2026.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2025/1431 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Jannar 2026.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 196, 4.8.2023, p. 25, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1599/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2025/1431 tad-9 ta’ Lulju 2025 dwar il-ħatra tal-Kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2025/69 (EUSDI/2/2025) (ĠU L, 2025/1431, 17.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1431/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/58/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)