<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-32/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0032</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:25">EU:C:2020:25</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200122">22.1.2020</DATE> – Kawża C‑32/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Pensionsversicherungsanstalt (Waqfien mill-attività wara li tintlaħaq l-età tal-irtirar)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20200122">22 ta’ Jannar 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-persuni</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadinanza tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/38/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 17(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ residenza permanenti</KEYWORD><KEYWORD>Kisba qabel l-iskadenza ta’ perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ ħames snin ta’ residenza</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiem li fil-mument li jieqaf mill-attività tiegħu jkun laħaq l-età sabiex jinvoka d-drittijiet tiegħu għal pensjoni tax-xjuħija</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑32/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190118">18 ta’ Jannar 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">AT</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Pensionsversicherungsanstalt,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn I. Jarukaitis, President tal-Għaxar Awla, E. Regan (Relatur), President tal-Ħames Awla, u E. Juhász, Imħallef,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Pensionsversicherungsanstalt, minn J. Milchram, A. Ehm u T. Mödlagl, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn J. Schmoll u G. Hesse, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svediż, minn A. Falk, C. Meyer‑Seitz, H. Shev, H. Eklinger u J. Lundberg, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.‑R. Killmann, J. Tomkin u E. Montaguti, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 05, Vol. 5, p. 46).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn AT u l-Pensionsversicherungsanstalt (l-Uffiċċju tal-Pensjonijiet, l-Awstrija) fir-rigward tar-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jagħtih, sabiex jikkompleta l-pensjoni tal-irtirar tiegħu, is-suppliment kumpensatorju previst mil-leġiżlazzjoni Awstrijaka.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KEE) Nru 1251/70</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1251/70 tad‑<DATE ISO="19700629">29 ta’ Ġunju 1970</DATE> dwar id-dritt tal-ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta’ Stat Membru wara li kienu impjegati f’dak l-Istat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vo. 1, p. 32) kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Dawn li ġejjin għandhom id-dritt li jibqgħu b’mod permanenti fit-territorju ta’ Stat Membru:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ħaddiem li, fiż-żmien tat-tmiem ta’ l-attività tiegħu, ikun wasal fl-età msemmija fil-liġi ta’ dak l-Istat Membru għal intitolament ta’ pensjoni ta’ l-età avvanzata u li kien impjegat f’dak l-Istat għal mill-anqas l-aħħar tnax‑il xahar u li kien jirrisjedi hemm kontinwament għal aktar minn tliet snin;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 75/34/KEE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/34/KEE tas‑<DATE ISO="19741217">17 ta’ Diċembru 1974</DATE> dwar id-dritt taċ-ċittadini ta’ Stat Membru li jibqgħu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor wara li jkunu segwew fih attività fil-kapaċità ta’ persuna taħdem għal rasha (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 170) kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi d-dritt li jibqgħu b’mod permanenti fit-territorju tiegħu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kull persuna li, mat-temma ta’ l-attivitajiet tagħha, tkun laħqet l-età stabbilita bil-liġi għall-intitolament ta’ pensjoni tax-xjuħija u li tkun segwiet l-attività tagħha f’dan l-Istat għall mill-inqas it-tnax‑il xahar ta’ qabel u li tkun irresidiet fih mingħajr waqfien għal iktar minn tliet snin.</TXT><P>Meta l-liġi ta’ dan l-Istat Membru ma tikkonċedix id-dritt għall-pensjoni tax-xjuħija lil ċerti kategoriji ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, għandha titqies il-ħtieġa ta’ l-età bħala sodisfatta meta l-benefiċjarju jilħaq il‑65 sena;</P><?PAGE NO="3"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/38</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 10 u 17 sa 19 tad-Direttiva 2004/38 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(10)</NO.P><TXT>Dawk il-persuni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ residenza m’għandhomx, madankollu, ikunu ta’ piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu inizjali ta’ residenza. Għalhekk, id-dritt ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u għall-membri tal-familja tagħhom għal perjodi li jaqbżu t-tliet xhur għandu jkun bla ħsara għal kondizzjonijiet.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>It-tgawdija ta’ residenza permanenti miċ-ċittadini ta’ l-Unjoni li għażlu li jittrasferixxu ruħhom għal perjodu indeterminat fl-Istat Membru ospitanti għandha ssaħħaħ is-sens ta’ ċittadinanza ta’ l-Unjoni u hi element prinċipali fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, li hi waħda mill-għanijiet fondamentali ta’ l-Unjoni. Għandu għalhekk jiġi stabbilit dritt ta’ residenza permanenti għaċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni u għall-membri tal-familja tagħhom li għixu fl-Istat Membru ospitanti għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva u mingħajr ma jkunu suġġetti għal miżura ta’ tkeċċija.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>Sabiex jikkostitwixxi mezz awtentiku ta’ integrazzjoni fis-soċjetà ta’ l-Istat Membru ospitanti li fih jgħix iċ-ċittadin ta’ l-Unjoni, id-dritt ta’ residenza permanenti, ġaladarba miksub, m’għandux ikun suġġett għal xi kondizzjonijiet.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Għandhom jinżammu ċerti vantaġġi speċifikati għaċ-ċittadini ta’ l-Unjoni li huma ħaddiema jew persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom, li jħallu lil dawn il-persuni li jiksbu dritt ta’ residenza permanenti qabel ma jkunu għexu għal ħames snin fl-Istat Membru ospitanti, peress li dawn jikkostitwixxu drittijiet miksuba, konferiti mir-[Regolament Nru 1251/70] u mid-[Direttiva 75/34].<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III tad-Direttiva 2004/38, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dritt ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jinkludi l-Artikoli 6 sa 15 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/38, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Dritt ta’ residenza sa tliet xhur<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni għandhom id-dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur mingħajr xi kondizzjonijiet jew formalitajiet għajr il-ħtieġa li jkollhom karta ta’ l-identità jew passaport li huma validi.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Dritt ta’ residenza ta’ aktar minn tliet xhur<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni għandhom id-dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal perjodu ta’ aktar minn tliet xhur jekk huma:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ħaddiema jew nies li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru ospitanti; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għandhom biżżejjed riżorsi għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ l-għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu tagħhom ta’ residenza u għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti; jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>miktuba f’istitut privat jew pubbliku, akkreditat jew finanzjat mill-Istat Membru ospitanti skond il-bażi tal-leġislazzjoni jew tal-prattika amministrattiva tiegħu, għall-iskop prinċipali li jiġi segwit kors ta’ studju, inkluż taħriġ professjonali; u</P></ITEM></LIST></TXT><P>għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti u jassiguraw lill-awtorità nazzjonali rilevanti, permezz ta’ dikjarazzjoni jew b’mezzi oħrajn ekwivalenti li jagħżlu huma, li għandhom riżorsi suffiċjenti għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ l-għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu tagħhom ta’ residenza; jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>membri tal-familja li qed jakkumpanjaw jew li se jingħaqdu ma’ ċittadin ta’ l-Unjoni li jissoddisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew [(c)].<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 ta’ din l-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Żamma tad-dritt ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ċittadini ta’ l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom għandhom id-dritt ta’ residenza kif previst fl-Artikolu 6, sakemm ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ċittadini ta’ l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom għandhom id-dritt ta’ residenza kif previst fl-Artikoli 7, 12 u 13 sakemm jaderixxu mal-kondizzjonijiet stabbiliti fihom.</ALINEA><ALINEA>F’każijiet speċifiċi fejn hemm dubju raġonevoli dwar jekk ċittadin ta’ l-Unjoni u l-membri tal-familja tiegħu jissoddisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7, 12 u 13, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu verifika ta’ dan. Din il-verika m’għandhiex titwettaq sistematikament.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2004/38, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Dritt ta’ residenza permanenti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jinkludi, b’mod partikolari, it-Taqsima I, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Eliġibilità<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, li fiha jinsabu l-Artikoli 16 u 17 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Regola ġenerali għaċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u għall-membri tal-familja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Iċ-ċittadin ta’ l-Unjoni li għex legalment għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin fl-Istat Membru ospitanti għandu d-dritt ta’ residenza permanenti hemmhekk. Dan id-dritt m’għandux ikun suġġett għall-kondizzjonijiet previsti fil-Kapitolu III.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 ta’ din l-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Derogi favur persuni li m’għadhomx jaħdmu fl-Istat Membru ospitanti u għall-membri tal-familja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>B’deroga mill-Artikolu 16, id-dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru ospitanti għandu jitgawda qabel it-tlestija ta’ perjodu kontinwu ta’ ħames snin ta’ residenza minn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ħaddiema jew persuni li jaħdmu għal rashom li, fil-ħin li jieqfu jaħdmu, laħqu l-età stabbilita mil-liġi ta’ dak l-Istat Membru għal jedd ta’ pensjoni ta’ xjuħija jew ħaddiema li waqfu minn xogħol b’salarju biex jirtiraw kmieni, sakemm kienu ilhom jaħdmu f’dak l-Istat Membru minn ta’ l-anqas matul l-aħħar tnax‑il xahar u għexu hemm b’mod kontinwu għal aktar minn tliet snin.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 53a tan-Niederlassungs- und Aufenthaltsgesetz (il-Liġi dwar l-Istabbiliment u r-Residenza, BGBl. I, 100/2005), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="153A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-ċittadini taż-[Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)] li jgawdu mid-dritt ta’ residenza bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni (Artikoli 51 u 52) jiksbu d-dritt ta’ residenza permanenti wara li jkunu rrisjedu legalment matul perijodu mhux interrott ta’ ħames snin fit-territorju Federali, indipendentement minn jekk jiġux issodisfatti l-kundizzjonijiet l-oħra previsti fl-Artikoli 51 u 52. Jekk issir talba f’dan is-sens, jiġi immedjatament mogħti lilhom, wara li ssir verifika tat-tul ta’ residenza tagħhom, ċertifikat tar-residenza permanenti tagħhom.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="153A.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA><P>B’deroga mill-paragrafu 1, iċ-ċittadini taż-ŻEE jiksbu, konformement mal-punt 1 tal-Artikolu 51(1), id-dritt ta’ residenza permanenti qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ ħames snin meta:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>ikunu kisbu l-età legali tal-irtirar meta jieqfu mill-attività tagħhom, jew ikunu ħaddiema li jieqfu milli jeżerċitaw attività b’konsegwenza ta’ rtirar antiċipat, meta jkunu eżerċitaw l-attività tagħhom fit-territorju Federali matul minn tal-inqas l-aħħar tnax‑il xahar u jirrisjedu fit-territorju Federali mingħajr interruzzjoni sa mill-inqas tliet snin.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>ikunu jirrisjedu b’mod kontinwu fit-territorju Federali sa mill-inqas sentejn, u jieqfu milli jeżerċitaw l-attività tagħhom f’dan it-territorju b’konsegwenza ta’ inkapaċità permanenti għax-xogħol. Madankollu ma hija meħtieġa ebda kundizzjoni ta’ tul ta’ residenza jekk din l-inkapaċità tirriżulta minn inċident tax-xogħol jew minn marda professjonali li tagħti lok għad-dritt għall-persuna kkonċernata għal pensjoni li titħallas parzjalment jew kompletament minn organu ta’ assigurazzjoni għall-irtirar Awstrijak, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>wara tliet snin ta’ attività u ta’ residenza kontinwa fit-territorju Federali, ikunu jeżerċitaw attività fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jżommu r-residenza fit-territorju Federali li fih jirritornaw, bħala prinċipju, minn tal-inqas darba fil-ġimgħa;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>Għall-finijiet tal-kisba tad-dritt previst fil-punti 1 u 2, il-perijodi ta’ attività mwettqa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jitqiesu li jkunu twettqu fit-territorju Federali. […]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 292 tal-Allgemeines Sozialversicherungsgesetz (il-Kodiċi Ġenerali tal-Assigurazzjonijiet Soċjali) jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Jekk il-pensjoni tal-irtirar, flimkien mad-dħul nett miksub minn sorsi oħra mill-benefiċjarju tal-pensjoni tal-irtirar kif ukoll ma’ kull somma oħra li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 294, ma tilħaqx l-ammont tal-limitu applikabbli għaliha (Artikolu 293), il-benefiċjarju tal-pensjoni tal-irtirar għandu d-dritt, konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ din is-sezzjoni, għal suppliment kumpensatorju tal-pensjoni tiegħu sakemm jirrisjedi legalment u abitwalment fit-territorju nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, imwieled fit‑<DATE ISO="19500128">28 ta’ Jannar 1950</DATE> u ta’ nazzjonalità Rumena, jirrisjedi fl-Awstrija b’mod mhux interrott sa mill‑<DATE ISO="20130821">21 ta’ Awwissu 2013</DATE> u fit‑<DATE ISO="20150128">28 ta’ Jannar 2015</DATE> laħaq l-età legali għall-irtirar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Mill‑<DATE ISO="20131001">1 ta’ Ottubru 2013</DATE> sa l-irtirar effettiv tiegħu fil‑<DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ħadem f’tabakkerija tnax‑il siegħa fil-ġimgħa. Mill‑<DATE ISO="20160401">1 ta’ April 2016</DATE> sal‑<DATE ISO="20170201">1 ta’ Frar 2017</DATE>, data li timmarka l-irtirar definittiv tiegħu mill-ħajja attiva, huwa ħadem mill-ġdid f’din it-tabakkerija għal tul ta’ inqas mill-20 siegħa fil-ġimgħa li l-kuntratt tax-xogħol tiegħu kien jipprevedi, sabiex ikun f’pożizzjoni li jikseb ċertifikat ta’ reġistrazzjoni bħala ħaddiem, konformement mal-punt 1 tal-Artikolu 51(1) tal‑Liġi dwar l-Istabbiliment u r-Residenza, ċertifikat li nħariġlu mill-amministrazzjoni Awstrijaka fl‑<DATE ISO="20160810">10 ta’ Awwissu 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jirċievi pensjoni tal-irtirar Awstrijaka li tammonta għal EUR 26.73 fix-xahar, li tingħadd ma’ pensjoni tal-irtirar Rumena li tammonta għal EUR 204 fix-xahar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20170214">14 ta’ Frar 2017</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali talab sabiex jibbenefika, mill‑<DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE>, mis-suppliment kumpensatorju msemmi fl‑Artikolu 292 tal-Kodiċi Ġenerali tal-Assigurazzjonijiet Soċjali bil-għan li jikkompleta l-pensjoni tal-irtirar tiegħu. Insostenn tat-talba tiegħu, huwa invoka l-fatt li kien igawdi, fl-Awstrija, mid-dritt ta’ residenza permanenti bis-saħħa tal-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Uffiċċju tal-Pensjonijiet ċaħad din it-talba billi bbaża ruħu fuq in-natura illegali tar-residenza tar-rikorrent fil-kawża prinċipali fl-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Landesgericht Graz (il-Qorti Reġjonali ta’ Graz, l-Awstrija) ċaħad ir-rikors ippreżentat mir-rikorrent fil-kawża prinċipali kontra d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pensjonijiet. Din il-qorti qieset li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38, jiġifieri l-eżerċizzju ta’ attività fl-Istat Membru ospitanti matul l-aħħar tnax‑il xahar kif ukoll residenza mingħajr interruzzjoni ta’ tliet snin f’dan l-Istat Membru, japplikaw ukoll fil-każ fejn il-ħaddiem jieqaf mill-attività tiegħu għaliex ikun laħaq l-età legali tal-irtirar. Issa, ir-rikorrent ma jissodisfax dawn il-kundizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Oberlandesgericht Graz (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Graz, l-Awstrija) ċaħdet l-appell ippreżentat mir-rikorrent fil-kawża prinċipali kontra d-deċiżjoni tal-Landesgericht Graz (il-Qorti Reġjonali ta’ Graz), billi kkonfermat l-interpretazzjoni tal-Artikolu 17(1)(a) tal-imsemmija direttiva magħmula minn din l-aħħar qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), li quddiemha r-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta appell, indikat li huwa paċifiku li r-rikorrent fil-kawża prinċipali, inkwantu ċittadin tal-Unjoni ekonomikament inattiv, fi kwalunkwe każ sa minn tmiem it-tieni relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, ma għandux riżorsi suffiċjenti fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a) u (b) ta’ din l-istess direttiva. Din il-qorti żżied li huwa, fid-data ta’ referenza bis-saħħa tad-dritt Awstrijakk, jiġifieri l‑<DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE>, kien għadu ma rrisjediex fl-Awstrija matul perijodu mhux interrott ta’ ħames snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex tiddeċiedi t-tilwima li biha hija adita, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-kundizzjonijiet ta’ tul previsti fl-aħħar parti tas-sentenza tal-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38 huma applikabbli wkoll għall-ħaddiema impjegati jew għal dawk li jaħdmu għal rashom li, fil-mument li jieqfu mill-attività tagħhom, diġà jkunu laħqu l-età legali tal-irtirar fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li l-kwistjoni dwar f’liema mument ir-rikorrent fil-kawża prinċipali għandu jitqies li waqaf mill-attività tiegħu hija mingħajr effett fuq is-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali peress li, ikun liema jkun il-mument ikkonstatat, il-kundizzjonijiet kumulattivi msemmija fl-Artikolu 17(1)(a) ta’ din id-direttiva ma jkunux issodisfatti. Fil-fatt, minn naħa, meta dan ir-rikorrent, fil‑<DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE>, waqaf għall-ewwel darba mill-attività tiegħu fl-Awstrija wara li kien laħaq l-età legali tal-irtirar, huwa kien, ċertament, eżerċita attività matul l-aħħar tnax‑il xahar iżda kien interrompa r-residenza ta’ tliet snin mingħajr interruzzjoni f’dan l-Istat Membru. Min-naħa l-oħra, meta waqaf mit-tieni attività tiegħu fl‑<DATE ISO="20170201">1 ta’ Frar 2017</DATE>, huwa kien jirrisjedi fl-imsemmi Stat Membru għal mill-inqas tliet snin iżda din it-tieni attività kienet damet biss għaxar xhur qabel l-irtirar definittiv tiegħu mill-ħajja attiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva [2004/38] għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiksbu dritt ta’ residenza permanenti qabel ma jiddekorri perijodu ta’ ħames snin ta’ residenza, il-ħaddiema li, fil-mument li fih iwaqqfu l-attività tagħhom, ikunu laħqu l-età prevista mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-attività sabiex ikunu jistgħu jinvokaw id-drittijiet tagħhom għal pensjoni tax-xjuħija, għandhom ikunu eżerċitaw l-attività tagħhom għal mill-inqas it-tnax-il xahar preċedenti u għandhom ikunu rrisjedew fl-Istat Membru ta’ attività mingħajr interruzzjoni għal mill-inqas tliet snin?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv, il-ħaddiema jistgħu jkunu intitolati għad-dritt ta’ residenza permanenti taħt l-ewwel alternattiva tal-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38 meta huma jibdew attività fi Stat Membru ieħor f’mument li fih huwa prevedibbli li huma ser ikunu jistgħu jeżerċitaw l-attività tagħhom biss għal perijodu relattivament qasir qabel ma jilħqu l-età legali tal-irtirar u li ser ikunu, f’kull każ, minħabba d-dħul baxx tagħhom, dipendenti fuq l-għajnuna soċjali tal-Istat Membru ospitanti wara li jkunu waqqfu l-attività tagħhom?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38 għandux jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-kisba ta’ dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru ospitanti qabel id-dekorriment tal-perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ ħames snin ta’ residenza, il-kundizzjonijiet marbuta mal-fatt li jkun eżerċita l-attività tiegħu f’dan il-pajjiż mill-inqas matul l-aħħar tnax‑il xahar u li fih ikun irrisjeda mingħajr interruzzjoni għal iktar minn tliet snin japplikaw għal ħaddiem li, fil-mument fejn ikun waqaf mill-attività tiegħu, ikun laħaq l-età prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru sabiex ikun jista’ jinvoka d-drittijiet tiegħu għal pensjoni tax-xjuħija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li din tindika, għall-finijiet tar-rikonoxximent ta’ dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru ospitanti, żewġ ċirkustanzi marbuta mal-mument li fih ħaddiem impjegat jew li jaħdem għal rasu jieqaf mill-attività tiegħu, jiġifieri minn naħa, dik li fiha jkun laħaq l-età prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti sabiex ikun jista’ jinvoka d-drittijiet tiegħu għal pensjoni tax-xjuħija u, min-naħa l-oħra, dik fejn dan il-waqfien mill-attività jippreċedi rtirar antiċipat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, filwaqt li l-qorti tar-rinviju tistaqsi, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38, dwar id-distinzjoni eventwali li għandha ssir bejn dawn iż-żewġ ċirkustanzi, imkien fil-kliem ta’ din id-dispożizzjoni ma huwa indikat li jkun xieraq li l-applikabbiltà tal-kundizzjonijiet relatati mal-perijodu ta’ eżerċizzju tal-attività kif ukoll it-tul tar-residenza jkunu limitati għas-sempliċi sitwazzjonijiet li fihom il-waqfien mill-attività jippreċedi rtirar antiċipat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-istruttura ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-kundizzjonijiet iddikjarati fiha fl-aħħar parti tas-sentenza, li hija introdotta bil-konġunzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>sakemm<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, japplikaw għaż-żewġ ċirkustanzi rregolati mill-imsemmija dispożizzjoni. Għaldaqstant dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ssodisfatti minn ħaddiem li, fil-mument meta jieqaf mill-attività tiegħu, ikun laħaq l-età prevista mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti sabiex jinvoka d-drittijiet tiegħu għal pensjoni tax-xjuħija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>It-tieni nett, din l-interpretazzjoni hija kkorroborata bil-formulazzjoni ġenerali tad-Direttiva 2004/38. F’dan is-sens, jeħtieġ li jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li l-premessa 19 tagħha tiddikjara li ċerti vantaġġi speċifiċi għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jeżerċitaw attività bħala impjegati jew għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom, li jistgħu jippermettu lil dawn il-persuni jiksbu dritt ta’ residenza permanenti qabel ma jkunu rrisjedew għal ħames snin fl-Istat Membru ospitanti, għandhom jinżammu inkwantu drittijiet kweżiti, ikkonferiti mir-Regolament Nru 1251/70 u mid-Direttiva 75/34.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Nru 1251/70 kien jipprovdi li l-ħaddiem li, fil-mument meta jkun waqaf mill-attività tiegħu, kien laħaq l-età prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru biex ikun jista’ jinvoka drittijiet għal pensjoni tax-xjuħija u li kellu impjieg matul minn tal-inqas l-aħħar tnax‑il xahar u li kien irrisjeda b’mod kontinwu għal iktar minn tliet snin kellu d-dritt li jirrisjedi b’mod permanenti fit-territorju ta’ dan l-Istat. Fir-rigward tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 75/34, dan kien jipprevedi regola simili favur ħaddiema li jaħdmu għal rashom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, għalkemm, konformement mal-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38, il-leġiżlatur tal-Unjoni estenda l-benefiċċju mid-deroga prevista minn din id-dispożizzjoni lill-ħaddiema li jieqfu milli jeżerċitaw attività bħala impjegati b’konsegwenza ta’ rtirar antiċipat, minn dan ma jistax jiġi dedott li b’dan kollu kellu l-intenzjoni li jeħles lill-ħaddiema l-oħra mill-kundizzjonijiet, imsemmija fl-imsemmija dispożizzjoni, li diġà kienu imposti fuqhom bis-saħħa tar-Regolament Nru 1251/70 jew tad-Direttiva 75/34.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jeħtieġ li jitfakkar li d-Direttiva 2004/38 ipprevediet sistema gradwali f’dak li jikkonċerna d-dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti, li, filwaqt li essenzjalment tinkludi l-istadji u l-kundizzjonijiet previsti fid-diversi strumenti tad-dritt tal-Unjoni u tal-ġurisprudenza preċedenti għal din id-direttiva, twassal għad-dritt ta’ residenza permanenti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>B u Vomero</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑316/16 u C‑424/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:256">EU:C:2018:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, qabel kollox, għar-residenzi sa tliet xhur, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/38 jillimita l-kundizzjonijiet jew il-formalitajiet tad-dritt ta’ residenza għar-rekwiżit ta’ pussess ta’ karta ta’ identità jew ta’ passaport validu u l-Artikolu 14(1) tal-istess direttiva jżomm dan id-dritt sakemm iċ-ċittadin tal-Unjoni u l-membri tal-familja tiegħu ma jsirux piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat Membru ospitanti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>B u Vomero</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑316/16 u C‑424/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:256">EU:C:2018:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Sussegwentement, għal tul ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur, il-benefiċċju tad-dritt ta’ residenza huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38 u, skont l-Artikolu 14(2) tagħha, dan id-dritt jinżamm biss sa fejn iċ-ċittadin tal-Unjoni u l-membri tal-familja tiegħu jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet. Mill-premessa 10 ta’ din id-direttiva b’mod partikolari jirriżulta li dawn il-kundizzjonijiet huma maħsuba, b’mod partikolari, sabiex jiġi evitat li dawn il-persuni ma jsirux piż mhux raġonevoli għas-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat Membru ospitanti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>B u Vomero</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑316/16 u C‑424/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:256">EU:C:2018:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, mill-Artikolu 16(1) tal-imsemmija direttiva jirriżulta li ċ-ċittadini tal-Unjoni jiksbu d-dritt ta’ residenza permanenti wara li jkunu rrisjedew legalment matul perijodu mhux interrott ta’ ħames snin fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti u li dan id-dritt ma huwiex suġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt preċedenti. Hekk kif issemmi l-premessa 18 ta’ din l-istess direttiva, ladarba jkun inkiseb id-dritt ta’ residenza permanenti, dan ma għandu jkun suġġett għal ebda kundizzjoni oħra, u dan bil-għan li jiġi stabbilit mezz ġenwin ta’ integrazzjoni fis-soċjetà ta’ dan l-Istat (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>B u Vomero</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑316/16 u C‑424/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:256">EU:C:2018:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi osservat li, filwaqt li, hekk kif tfakkar fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, id-dritt ta’ residenza permanenti tal-ħaddiema li waqqfu l-attività tagħhom fl-Istat Membru ospitanti kien, preċedentement għad-Direttiva 2004/38, suġġett għal dispożizzjonijiet speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni, tali dritt huwa, fil-preżent, irregolat mill-Artikolu 17(1) ta’ din id-direttiva, fejn din l-aħħar dispożizzjoni, konformement mal-formulazzjoni tagħha, hija ta’ natura derogatorja meta mqabbla mal-Artikolu 16 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, id-dispożizzjonijiet relatati mal-kisba, fl-Istat Membru ospitanti, ta’ dritt ta’ residenza permanenti mil-ħaddiema li, fil-mument li jieqfu mill-attività tagħhom, ikunu laħqu l-età prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru sabiex jinvokaw id-drittijiet tagħhom għal pensjoni tax-xjuħija, hekk kif jirriżultaw fl-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38, jidħlu fis-sistema gradwali introdotta minn din id-direttiva u fiha jikkostitwixxu, sa fejn hija prevista l-kisba ta’ dritt ta’ residenza permanenti fl-imsemmi Stat Membru qabel id-dekorriment ta’ perijodu mhux interrott ta’ ħames snin ta’ residenza, sistema iktar favorevoli għal din il-kategorija ta’ ċittadini tal-Unjoni. Barra minn hekk, peress li dawn huma dispożizzjonijiet ta’ natura derogatorja, huma għandhom ikunu suġġett għal interpretazzjoni restrittiva (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Zh. u O.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑554/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:377">EU:C:2015:377</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Konsegwentement, għall-finijiet tal-kisba ta’ dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru ospitanti, dawn il-ħaddiema għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38 relatati mal-eżerċizzju ta’ attività matul minn tal-inqas l-aħħar tnax‑il xahar fl-Istat Membru ospitanti kif ukoll ir-residenza mingħajr interruzzjoni f’dan l-Istat Membru għal iktar minn tliet snin. Fil-fatt, interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fis-sens li s-sempliċi fatt li ħaddiem ikun laħaq, fil-mument meta jieqaf mill-attività tiegħu, l-età prevista mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti sabiex jinvoka d-drittijiet tiegħu għal pensjoni tax-xjuħija hija suffiċjenti sabiex jingħata dritt għal residenza permanenti f’dan l-Istat Membru, mingħajr rekwiżit ieħor marbut ma’ perijodu ta’ residenza fl-imsemmi Stat Membru li jippreċedi l-waqfien minn din l-attività, tmur kontra s-sistema gradwali prevista minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tielet nett, interpretazzjoni li ma tkunx timponi lill-ħaddiema, li fil-mument meta jieqfu mill-attività tagħhom ikunu laħqu l-età prevista mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru sabiex jinvokaw id-drittijiet tagħhom għal pensjoni tax-xjuħija, l-osservanza tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38, għall-finijiet tal-kisba ta’ dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru ospitanti, qabel l-iskadenza ta’ perijodu mhux interrott ta’ ħames snin, tkun tmur kontra l-għanijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif tenfasizza l-premessa 17 tad-Direttiva 2004/38, id-dritt ta’ residenza permanenti jikkostitwixxi element prinċipali għall-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u ġie previst minn din id-direttiva sabiex jissaħħaħ is-sentiment ta’ ċittadinanza tal-Unjoni, b’tali mod li l-leġiżlatur tal-Unjoni ssuġġetta l-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti skont l-Artikolu 16(1) ta’ din id-direttiva għall-integrazzjoni taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>B u Vomero</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑316/16 u C‑424/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:256">EU:C:2018:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Hekk kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, l-integrazzjoni, li hija kundizzjoni essenzjali għall-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti previst fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38, ma hijiex ibbażata biss fuq fatturi territorjali u temporali, iżda wkoll fuq fatturi kwalitattivi, li jirrigwardaw il-livell ta’ integrazzjoni fl-Istat Membru ospitanti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>B u Vomero</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑316/16 u C‑424/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:256">EU:C:2018:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Konsegwentement, fir-rigward tal-għan li għandu jintlaħaq mid-Direttiva 2004/38, dritt ta’ residenza permanenti fuq il-bażi tal-Artikolu 17(1)(a) tal-imsemmija direttiva jista’ jkun disponibbli għall-ħaddiem li, fil-mument meta jieqaf mill-attività tiegħu, ikun laħaq l-età prevista mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru sabiex jinvoka d-drittijiet tiegħu għal pensjoni tax-xjuħija biss jekk l-integrazzjoni<?PAGE NO="10"?> tiegħu fl-Istat Membru ospitanti jista’ jiġi ċċertifikat permezz tal-kundizzjonijiet imsemmija f’din id-dispożizzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030109">9 ta’ Jannar 2003</DATE>, <NAME.CASE>Givane <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑257/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:8">EU:C:2003:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-punti preċedenti, jeħtieġ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-kisba ta’ dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru ospitanti qabel id-dekorriment tal-perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ ħames snin ta’ residenza, il-kundizzjonijiet marbuta mal-fatt li jkun eżerċita l-attività tiegħu f’dan il-pajjiż mill-inqas matul l-aħħar tnax‑il xahar u li fih ikun irrisjeda mingħajr interruzzjoni għal iktar minn tliet snin japplikaw għal ħaddiem li, fil-mument fejn ikun waqaf mill-attività tiegħu, ikun laħaq l-età prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru sabiex ikun jista’ jinvoka d-drittijiet tiegħu għal pensjoni tax-xjuħija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-kisba ta’ dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru ospitanti qabel id-dekorriment tal-perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ ħames snin ta’ residenza, il-kundizzjonijiet marbuta mal-fatt li jkun eżerċita l-attività tiegħu f’dan il-pajjiż mill-inqas matul l-aħħar tnax‑il xahar u li fih ikun irrisjeda mingħajr interruzzjoni għal iktar minn tliet snin japplikaw għal ħaddiem li, fil-mument fejn ikun waqaf mill-attività tiegħu, ikun laħaq l-età prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru sabiex ikun jista’ jinvoka d-drittijiet tiegħu għal pensjoni tax-xjuħija.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>