Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Novembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-Banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awditur estern ta' Banka Slovenije
Official Journal L 331 , 29/11/2006 P. 0019 - 0020
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0215 - 0216
20061128 Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Novembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-Banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awditur estern ta' Banka Slovenije (2006/852/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu, Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2006/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta' Ottubru 2006 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije [1], Billi: (1) Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu verifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. (2) Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/495/KE tal- 11 ta' Lulju 2006 b'konformità ma' l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovenja tal-munita unika fl- 1 ta' Jannar 2007 [2], is-Slovenja issa tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta' l-euro u d-deroga favur is-Slovenja msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 [3]. għandha tiġi abrogata b'effett mill- 1 ta' Jannar 2007. (3) Wara l-abrogazzjoni tad-deroga għas-Slovenja, il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE irrakkomanda li l-Kunsill japprova lil Deloitte & Touche revizija d.o.o. bħala awdituri esterni għall-Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2007 u 2008, u li jibda mis-sena finanzjarja 2007. (4) Huwa xieraq li tiġi segwita r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni 1999/70/KE [4] kif meħtieġ, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE: "13. Deloitte & Touche revizija d.o.o huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2007 u 2008.". Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-BĊE. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2006. Għall-Kunsill Il-President E. Heinäluoma [1] ĠU C 257, 25.10.2006, p. 19. [2] ĠU L 195, 15.7.2006, p. 25 [3] ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33). [4] ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/476/KE (ĠU L 188, 11.7.2006, p. 7). --------------------------------------------------