Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva 96/48/KE dwar l-interoperabbiltà tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta’ veloċità kbira u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji konvenzjonali (ĠU L 164, p. 114).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma daħħalx fis-seħħ, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva 96/48/KE dwar l-interoperabbiltà tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta’ veloċità kbira u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji konvenzjonali, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2) Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.