|
28.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/45 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2313
tal-25 ta’ Novembru 2022
li jdaħħal isem fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Pizza Napoletana (STG))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità applikabbli għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 26 u l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-Italja ppreżentat l-isem “Pizza Napoletana” bil-ħsieb li din jkun jista’ jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 bir-riżerva tal-isem. |
|
(2) |
L-isem “Pizza Napoletana” kien ġie rreġistrat qabel bir-Regolament (UE) Nru 97/2010 (2) bħala speċjalità tradizzjonali garantita bla riżerva tal-isem skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (3). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa tal-isem “Pizza Napoletana” u sussegwentement ippubblikatha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). |
|
(4) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-isem “Pizza Napoletana” jiddaħħal fir-reġistru bir-riżerva tal-isem, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “Pizza Napoletana” (STG) b’dan jiddaħħal fir-reġistru bir-riżerva tal-isem.
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-STG “Pizza Napoletana” għandha titqies li hi l-Ispeċifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-STG “Pizza Napoletana” bir-riżerva tal-isem.
L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 2.27. prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (5).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 97/2010 tal-4 ta’ Frar 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Pizza Napoletana (STG)] (ĠU L 34, 5.2.2010, p. 7).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1). Regolament imħassar u sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(4) ĠU C 176, 18.5.2016, p. 13.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).