22012A1220(02)

Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994

Official Journal L 351 , 20/12/2012 P. 0052 - 0055


TRADUZZJONI

Ftehim

fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994

A. Ittra min-naħa tal-Unjoni Ewropea

Brussell, it- 18 ta’ Ġunju 2012

Sinjur,

Wara negozjati li saru taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet tal-UE fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

1. L-Unjoni Ewropea għandha ddaħħal fl-Iskeda tagħha t-tibdil li ġej:

Ir-rata konsolidata tad-dazju għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linji bin-numru 1602 3230, 1602 3290 u 160239 għandha tkun ta’ EUR 2765 għal kull tunnellata.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3230 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 79705 tunnellata, li 14000 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3290 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 2865 tunnellata, li 2100 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3921 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 10 tunnellati allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ EUR 630 għal kull tunnellata.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3929 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 13720 tunnellata, li 13500 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3940 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 748 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3980 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 725 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

2. L-importazzjonijiet taħt il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru fuq il-bażi ta’ ċertifikati tal-oriġini maħruġin b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti tat-Tajlandja.

3. Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, fi kwalunkwe mument fir-rigward ta’ kwalunkwe materja msemmija hawn fuq.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan huwa l-każ, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien għandhom jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja.

L-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ 14-il (erbatax-il) jum wara d-data tal-aħħar notifika.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għall-Unjoni Ewropea

B. Ittra min-naħa tat-Tajlandja

Brussell, it- 18 ta’ Ġunju 2012

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek tat- 18 ta’ Ġunju 2012, li tinqara kif ġej:

"Wara negozjati li saru taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet tal-UE fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

1. L-Unjoni Ewropea għandha ddaħħal fl-Iskeda tagħha t-tibdil li ġej:

Ir-rata konsolidata tad-dazju għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linji bin-numru 1602 3230, 1602 3290 u 160239 għandha tkun ta’ EUR 2765 għal kull tunnellata.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3230 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 79705 tunnellata, li 14000 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3290 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 2865 tunnellata, li 2100 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3921 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 10 tunnellati allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ EUR 630 għal kull tunnellata.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3929 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 13720 tunnellata, li 13500 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3940 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 748 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3980 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 725 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

2. L-importazzjonijiet taħt il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru fuq il-bażi ta’ ċertifikati tal-oriġini maħruġin b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti tat-Tajlandja.

3. Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, fi kwalunkwe mument fir-rigward ta’ kwalunkwe materja msemmija hawn fuq.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan huwa l-każ, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien għandhom jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja.

L-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ 14 (erbatax-il) jum wara d-data tal-aħħar notifika."

B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi ma’ din l-ittra.

Għar-Renju tat-Tajlandja

--------------------------------------------------