IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 1.10.2024
COM(2024) 438 final
2024/0240(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 1.10.2024
COM(2024) 438 final
2024/0240(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Il-“Ftehim dwar koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Ukrajna” 1 (“il-Ftehim”) ġie ffirmat f’Copenhagen fl-4 ta’ Lulju 2002 u ġie konkluż oriġinarjament sal-31 ta’ Diċembru 2002 2 . L-Artikolu 12, il-punt (b) tal-Ftehim, jipprevedi l-possibbiltà li dan jiġġedded għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet. Il-Ftehim ġie mġedded erba’ darbiet: fl-2003 3 , fl-2011 4 , fl-2015 5 u fl-2020 6 .
Il-Ftehim attwali se jiskadi fit-8 ta’ Novembru 2024.
Huwa fl-interess reċiproku taż-żewġ Partijiet li l-Ftehim jiġġedded għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin biex ikompli jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna f’oqsma prijoritarji komuni tax-xjenza u t-teknoloġija, u jwassal għal benefiċċji reċiproċi kif stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Ftehim.
L-Ukrajna għandha tradizzjoni twila ta’ eċċellenza fix-xjenza u t-teknoloġija, u minkejja d-diffikultajiet ta’ dawn l-aħħar snin u l-gwerra ta’ aggressjoni illegali u mhux provokata tar-Russja, l-Ukrajna għad għandha xjenza u xjentisti primi, u tibqa’ attur importanti fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tal-innovazzjoni fil-viċinat tal-Unjoni. Il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ukrajna hija tradizzjonalment attiva ħafna speċjalment fl-oqsma tal-materjali avvanzati/ġodda, fit-teknoloġija tal-IT, fil-fiżika u fl-astronomija, fl-inġinerija, fit-teknoloġija agrikola, fin-nanoteknoloġija, fil-bijoteknoloġija u fl-applikazzjonijiet tagħhom f’setturi diversi bħalma huma l-avjazzjoni, l-enerġija, il-bijomediċina, u b’mod partikolari l-immunoterapiji kontra l-kanċer.
Permezz ta’ ittra tat-23 ta’ Mejju 2024, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza tal-Ukrajna u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna esprimew l-interess tagħhom li jġeddu l-ftehim. Min-naħa tiegħu, il-Gvern tal-Ukrajna diġà beda l-proċess tat-tiġdid.
Is-sustanza tad-deċiżjoni proposta hija li jiġi estiż il-Ftehim eżistenti. F’kull aspett ieħor dan se jkun identiku għal dak tal-kontenut tal-Ftehim attwali. Bħala tali, il-Ftehim imġedded mhu se joħloq drittijiet u obbligi ġodda għall-ebda Parti, iżda minflok se jestendi ż-żmien tar-reġim ġuridiku li diġà jeżisti bejn il-Partijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet tal-politika eżistenti fil-qasam ta’ politika
Din l-inizjattiva hija kompletament konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Approċċ Globali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 7 .
Il-Ftehim iservi wkoll ta’ mezz biex tiġi implimentata l-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, li titlob li r-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE jsiru iktar internazzjonali u jinfetħu iktar.
Dan il-Ftehim huwa kkomplimentat mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Orizzont Ewropa, li jiffoka speċifikament fuq it-termini u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-Ukrajna f’Orizzont Ewropa u fil-Programmi ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom 8 . It-tiġdid ta’ dan il-Ftehim dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija jippermetti li jinżamm il-qafas legali globali ġenerali għall-kooperazzjoni bilaterali fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tal-innovazzjoni u jibgħat sinjal politiku ieħor dwar l-importanza li l-UE tagħti lill-kooperazzjoni mal-Ukrajna dwar ix-xjenza u t-teknoloġija.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew mit-23 sal-24 ta’ Ġunju 2022 tennew l-appoġġ qawwi għall-Ukrajna qalb il-kunflitt li għaddej mar-Russja u l-impenn li tkompli tiġi appoġġata r-reżiljenza ekonomika, soċjali u finanzjarja ġenerali tal-Ukrajna. Bl-istess mod, l-azzjonijiet biex tiġi appoġġata l-ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Ukrajna huma stabbiliti fil-Pjan għall-Ukrajna tal-Faċilità għall-Ukrajna, li ġie approvat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2024/1447 tal-14 ta’ Mejju 2024. Dan il-Ftehim jistabbilixxi bażi għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika kontinwa mal-Ukrajna li tappoġġa dawn il-prijoritajiet.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Is-setgħa tal-UE li taġixxi fil-livell internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku hija bbażata fuq l-Artikolu 186 tat-TFUE. Il-bażi legali proċedurali ta’ din il-proposta hija l-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tat-TFUE.
•Sussidjarjetà
Skont l-Artikolu 4(3) tat-TFUE, fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju, l-Unjoni għandha l-kompetenza li twettaq attivitajiet, b’mod partikolari sabiex tiddefinixxi u timplimenta programmi; iżda l-eżerċizzju ta’ dik il-kompetenza jkun jista’jimpedixxi lill-Istati Membri milli jeżerċitaw tagħhom.
L-għan tal-ftehim huwa li jħeġġeġ, jiżviluppa u jiffaċilita attivitajiet ta’ kooperazzjoni fl-oqsma ta’ interess komuni fix-xjenza u t-teknoloġija mal-Ukrajna fil-livell tal-Unjoni. Dan jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ entitajiet Ukreni fi proġetti tal-Unjoni skont il-Programmi Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.
L-ebda ftehim bilaterali bejn Stat Membru u pajjiż terz ma jista’ jikseb l-effett li jistabbilixxi kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni ma’ pajjiż terz fl-oqsma tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Din l-inizjattiva mhijiex parti mill-programm tal-Kummissjoni dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT). Ir-REFIT japplika biss f’każijiet fejn il-proposti leġiżlattivi huma mistennija li jibdlu l-liġijiet eżistenti tal-UE u fejn jinqalgħu spejjeż regolatorji.
4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT
Din l-inizjattiva ma teħtieġx riżorsi umani jew amministrattivi kif stabbilit fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva.
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni titlob li l-Kunsill:
– japprova, f’isem l-Unjoni u bil-kunsens tal-Parlament Ewropew, it-tiġdid tal-“Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Ukrajna” għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin (jiġifieri mit-8 ta’ Novembru 2024 sat-8 ta’ Novembru 2029).
2024/0240 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew 9 ,
Billi:
(1)Bid-Deċiżjoni 2003/96/KE 10 tas-6 ta’ Frar 2003, il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Ukrajna 11 (“il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat f’Copenhagen fl-4 ta’ Lulju 2002 u daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2003.
(2)Il-punt (b) tal-Artikolu 12 tal-Ftehim ippreveda li l-Ftehim jiġi konkluż għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2002, u jkun jista’ jiġġedded bi qbil reċiproku bejn l-Unjoni u l-Ukrajna (“il-Partijiet”) għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin kull darba.
(3)Abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/737/KE 12 , il-Ftehim b’hekk iġġedded fit-22 ta’ Settembru 2003 għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin. Barra minn hekk, abbażi tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/182/UE 13 , (UE) 2015/344 14 u (UE) 2020/788 15 , il-Ftehim iġġedded għal perjodi sussegwenti ta’ ħames snin, b’effett retroattiv mit-8 ta’ Novembru 2009, mit-8 ta’ Novembru 2014 u mit-8 ta’ Novembru 2019, rispettivament. L-aħħar tiġdid jiskadi fit-8 ta’ Novembru 2024.
(4)L-Ukrajna hija attur importanti fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tal-innovazzjoni fil-viċinat tal-Unjoni. Iż-żewġ Partijiet iqisu li, sabiex ikomplu jiffaċilitaw il-kooperazzjoni f’oqsma prijoritarji komuni tax-xjenza u t-teknoloġija, ikun fl-interess tagħhom it-tnejn li l-Ftehim jiġġedded.
(5)Iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw li biħsiebhom iġeddu l-Ftehim għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin. Jenħtieġ li l-kontenut tal-Ftehim imġedded jibqa’ identiku għall-kontenut tal-Ftehim. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-Ftehim, jenħtieġ li t-tiġdid isir effettiv mit-8 ta’ Novembru 2024.
(6)Għaldaqstant jenħtieġ li t-tiġdid tal-Ftehim jiġi approvat f’isem l-Unjoni.
(7)Il-Kummissjoni se tipproċedi, f’isem l-Unjoni, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li ġġedded il-Ftehim,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Ukrajna, għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
[It-tiġdid tal-Ftehim għandu jsir effettiv mit-8 ta’ Novembru 2024.]
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
Werrej
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet tal-politika eżistenti fil-qasam ta’ politika
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
•Sussidjarjetà
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
Din l-inizjattiva se tippermetti liż-żewġ Partijiet itejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom f’oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ interess reċiproku.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku b’mod ieħor kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli għall-monitoraġġ u għar-rappurtar
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) tan-nefqa affettwata(i) tal-baġit
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Ukrajna
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
L-istrateġija u l-koordinazzjoni tal-politika, b’mod partikolari tas-Segretarjat Ġenerali, tas-Servizz Legali, tas-SEAE, tad-Direttorati Ġenerali AGRI, BUDG, CLIMA, CNECT, EAC, ENER, GROW, JRC, MARE u MOVE
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
◻ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 16
☑ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
Din l-inizjattiva se tippermetti liż-żewġ Partijiet itejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom f’oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ interess reċiproku.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv Speċifiku Nru 4.1
Din id-Deċiżjoni se tippermetti liż-żewġ Partijiet itejbu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom u jiżviluppaw sħubija iktar strateġika billi jżidu l-iskala u l-ambitu tal-kooperazzjoni eżistenti, filwaqt li jindirizzaw l-isfidi globali billi jippromwovu l-aċċess reċiproku għall-programmi ta’ xulxin.
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/l-inizjattiva fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Din id-Deċiżjoni se tippermetti kemm lill-Unjoni kif ukoll lill-Ukrajna jiksbu benefiċċji reċiproki mill-progress xjentifiku u tekniku li jinkiseb permezz tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni li jkunu qed isiru. Id-Deċiżjoni tippermetti li jiġi skambjat għarfien speċifiku u li jiġi ttrasferit l-għarfien espert għall-benefiċċju tal-komunità xjentifika, tal-industrija u taċ-ċittadini taż-żewġ Partijiet.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Il-Kummissjoni se tissorvelja b’mod regolari l-azzjonijiet kollha li jsiru fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, inklużi l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni. Fost l-oħrajn, din l-evalwazzjoni se tkopri l-affarijiet li ġejjin:
a) l-indikaturi tal-parteċipazzjoni – analiżi tal-għadd u tat-tip ta’ parteċipazzjoni tal-entitajiet Ukreni fil-programmi qafas tal-UE (eż. l-għadd ta’ proposti, l-għadd ta’ ftehimiet ta’ għotjiet iffirmati, ir-rabtiet ta’ kollaborazzjoni prinċipali, it-temi ewlenin u l-output iġġenerati) u viċiversa (meta tkun disponibbli d-data);
Linja bażi: 223 parteċipazzjoni (f’Orizzont Ewropa sas-27 ta’ Ġunju 2024)
Mira: > 336 parteċipazzjoni (il-parteċipazzjoni hija mmirata li tkun ogħla mir-rata ta’ suċċess f’Orizzont 2020, li kienet ta’ 336)
b) l-indikaturi tal-prestazzjoni – ir-rata ta’ suċċess tal-entitajiet Ukrajni li jipparteċipaw fi programmi qafas tal-UE mqabbla ma’ dik ta’ entitajiet ta’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE u ma’ dik ta’ entitajiet ta’ Stati Membri; analiżi tal-kwalità tal-parteċipazzjoni (pereżempju l-għadd ta’ universitajiet ikklassifikati fl-aqwa postijiet li jkunu qed jieħdu sehem fil-programm, l-għadd ta’ privattivi u ta’ pubblikazzjonijiet li joħorġu mill-proġetti ta’ kollaborazzjoni).
Linja bażi: 17,00 % (f’Orizzont Ewropa mis-27 ta’ Ġunju 2024)
Mira: Rata ta’ suċċess ta’ > 9,33 % (ir-rata ta’ suċċess hija mmirata li tkun ogħla mir-rata ta’ suċċess f’Orizzont 2020, li kienet ta’ 9,33 %)
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva.
Din id-Deċiżjoni se tippermetti liż-żewġ Partijiet ikomplu jtejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom f’oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi għall-benefiċċju tat-tnejn.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku b’mod ieħor kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Minkejja l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni kompliet tissaħħaħ b’mod kostanti fis-snin li għaddew. L-involviment tal-UE jippermetti li jsiru attivitajiet fuq firxa ikbar u b’ambitu usa’ għall-benefiċċju tal-Istati Membri kollha. It-tiġdid ta’ dan il-Ftehim se jippermetti lill-UE u lill-Ukrajna jkollhom iktar aċċess għall-għarfien xjentifiku li joħroġ mill-UE u mill-Ukrajna rispettivament u jinvolvu ruħhom f’iktar attivitajiet ta’ kooperazzjoni li jwasslu għal iktar skambju ta’ għarfien u ta’ teknoloġiji.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Abbażi tal-esperjenza li kien hemm s’issa fil-qasam tal-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, jitqies li huwa ta’ benefiċċju reċiproku li titkompla l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka mal-Ukrajna, bħala sieħeb strateġiku tal-UE fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
It-tiġdid tal-Ftehim mal-Ukrajna jitqies li hu kompletament konsistenti mal-qafas ġenerali tal-politika għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni (COM(2012) 497).
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Ma japplikax
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
☑ durata limitata
–☑ fis-seħħ mill-[08/11/2024] sal-[08/11/2029]
–◻ Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
◻ durata illimitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ prova minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
☑ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–☑mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻ mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
–◻ lill-korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-persuni jew lill-korpi fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk tindika iżjed minn modalità ta’ ġestjoni waħda, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli għall-monitoraġġ u għar-rappurtar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
L-attivitajiet ta’ kooperazzjoni skont il-Ftehim se jiġu segwiti regolarment permezz ta’ laqgħat tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 6 tiegħu.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Il-ġestjoni u l-kontroll tal-kooperazzjoni skont il-ftehim dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija se jitmexxew permezz ta’ laqgħat tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt u l-kuntatti bilaterali jsiru b’mod regolari u jippermettu l-kondiviżjoni sistematika tal-informazzjoni u tal-kontroll tagħhom. Ma ġie identifikat l-ebda riskju fis-sistema tal-kontroll.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Ma japplikax
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Meta l-implimentazzjoni tal-Programm Qafas tal-Unjoni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Orizzont Ewropa) titlob l-użu ta’ kuntratturi esterni jew tinvolvi l-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja lil partijiet terzi, il-Kummissjoni se twettaq verifiki finanzjarji, fejn xieraq, b’mod partikolari jekk ikollha raġuni biex tiddubita n-natura realistika tax-xogħol imwettaq jew deskritt fir-rapporti tal-attività.
L-awditi finanzjarji tal-Unjoni se jsiru jew mill-persunal tagħha jew minn esperti tal-kontabbiltà li jkunu ġew approvati skont il-liġi tal-parti li fuqha jkun qed isir l-awditu. L-Unjoni għandha l-libertà li tagħżel lil dawn l-esperti, filwaqt li tevita kull riskju ta’ kunflitt ta’ interess li tista’ tkun indikatilha l-parti li jkun qed isirilha l-awditu. Barra minn hekk, hija u twettaq l-attivitajiet tar-riċerka, il-Kummissjoni se tiżgura li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi jitwettqu verifiki effettivi u billi jkun hemm miżuri u penali proporzjonati li jservu ta’ deterrent meta jiġu nnotati l-irregolaritajiet.
Sabiex jintlaħaq dan l-għan, ir-regoli dwar il-kontrolli, il-miżuri u l-penali, b’referenza għar-Regolamenti Nru 2988/95, Nru 2185/96 u Nru 883/2013, huma inkorporati fil-kuntratti kollha li jintużaw fl-implimentazzjoni tal-programm qafas.
B’mod partikolari, il-kuntratti jridu jipprevedu l-punti li ġejjin:
– iż-żieda ta’ klawżoli speċifiċi fihom sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE huma u jitwettqu l-verifiki u l-kontrolli b’rabta max-xogħol imwettaq;
– it-twettiq ta’ verifiki amministrattivi bħala parti mill-miżuri kontra l-frodi, f’konformità mar-Regolamenti Nru 2185/96, Nru 1073/1999 u Nru 1074/1999;
– l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi għal kull irregolarità sew intenzjonata kif ukoll ta’ negliġenza fl-implimentazzjoni tal-kuntratti, f’konformità mar-Regolament Qafas Nru 2988/95, inkluż mekkaniżmu għar-reġistrazzjoni f’listi suwed;
– il-fatt li l-ordnijiet ta’ rkupru li jista’ jkun hemm f’każ ta’ irregolarità jew ta’ frodi jridu jkunu jistgħu jiġu infurzati skont l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Minn barra dawn, u bħala miżura ta’ rutina, se jitwettaq programm ta’ verifiki fuq l-aspetti xjentifiċi u baġitarji tal-kooperazzjoni mill-persunal responsabbli għal dan tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (id-DĠ Riċerka u Innovazzjoni). Se jitwettaq awditu intern mill-unità tal-Awditi Interni tad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni, u jitwettqu spezzjonijiet lokali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) tan-nefqa affettwata(i) tal-baġit
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’
|
Kontribuzzjoni |
|||
|
Intestatura 1 - Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali
|
Diff./mhux diff. |
mill-pajjiżi tal-EFTA |
minn pajjiżi kandidati jew minn kandidati potenzjali |
minn pajjiżi terzi oħra |
dħul assenjat ieħor |
|
|
Ma japplikax |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
||
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’
|
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru
|
Diff./mhux diff. |
mill-pajjiżi tal-EFTA |
minn pajjiżi kandidati jew minn kandidati potenzjali |
minn pajjiżi terzi oħra |
dħul assenjat ieħor |
|
|
Ma japplikax |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
IVA/LE |
||
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–☑ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
|
1 |
Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali |
|
DĠ: RTD |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
||
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali |
|||||||||
|
Linja baġitarja |
Impenji |
(1a) |
|||||||
|
Pagamenti |
(2 a) |
||||||||
|
Linja baġitarja |
Impenji |
(1b) |
|||||||
|
Pagamenti |
(2b) |
||||||||
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi |
|||||||||
|
Linja baġitarja |
(3) |
||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=1a+1b +3 |
|||||||
|
Pagamenti |
=2a+2b +3 |
||||||||
|
|
Impenji |
(4) |
|||||||
|
Pagamenti |
(5) |
||||||||
|
• TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi |
(6) |
||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=4+ 6 |
|||||||
|
Pagamenti |
=5+ 6 |
||||||||
Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha) |
Impenji |
(4) |
|||||||
|
Pagamenti |
(5) |
||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha) |
(6) |
||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=4+ 6 |
|||||||
|
Pagamenti |
=5+ 6 |
||||||||
|
|
7 |
“Nefqa amministrattiva” |
Din it-taqsima jenħtieġ li timtela bl-użu tad-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel xejn trid tiddaħħal fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea), imtella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
||||
|
DĠ: RTD |
||||||||||
|
• Riżorsi umani |
||||||||||
|
• Nefqa amministrattiva oħra |
||||||||||
|
TOTAL TAD-DĠ RTD |
Approprjazzjonijiet |
|||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
(Impenji totali = Pagamenti totali) |
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
|||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
||||||||||
|
Pagamenti |
|||||||||||
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs ⇩ |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
|||||||||||||
|
OUTPUTS |
|||||||||||||||||||
|
Tip 17 |
Kost medju |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru Totali |
Kost totali |
||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 18 … |
|||||||||||||||||||
|
– Output |
|||||||||||||||||||
|
– Output |
|||||||||||||||||||
|
– Output |
|||||||||||||||||||
|
Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 |
|||||||||||||||||||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ... |
|||||||||||||||||||
|
– Output |
|||||||||||||||||||
|
Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2 |
|||||||||||||||||||
|
TOTALI |
|||||||||||||||||||
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–☑ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
|
INTESTATURA 7
|
||||||||
|
Riżorsi umani |
||||||||
|
Nefqa amministrattiva oħra |
||||||||
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
19
|
||||||||
|
Riżorsi umani |
||||||||
|
Nefqa oħra
|
||||||||
|
Subtotal
|
|
TOTAL |
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani
–☑ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time
|
Sena
|
Sena
|
Sena N+2 |
Sena N+3 |
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) |
|||||
|
• Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji) |
|||||||||
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |
|||||||||
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet) |
|||||||||
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta) |
|||||||||
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta) |
|||||||||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
|||||||||
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full-Time: FTE) |
|||||||||
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”) |
|||||||||
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet) |
|||||||||
|
1.1.XX 01 xx yy zz |
- fil-Kwartieri Ġenerali |
||||||||
|
- fid-Delegazzjonijiet |
|||||||||
|
01 01 01 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta) |
|||||||||
|
01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta) |
|||||||||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
|||||||||
|
TOTAL |
|||||||||
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju |
|
|
Persunal estern |
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
–◻ tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (il-QFP).
Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella tal-Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.
–◻ teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif iddefiniti fir-Regolament QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti u l-istrumenti li qed jiġi propost li jintużaw.
–◻ teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–☑ ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–◻ tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) |
Total |
|||
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament |
||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati |
||||||||
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–☑ Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻ fuq ir-riżorsi proprji
–◻ fuq dħul ieħor
–inti mitlub(a) tindika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa ◻
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul: |
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali |
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva |
||||||
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) |
||||
|
Artikolu …………. |
||||||||
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).