|
14.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/19 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1076/2014
tat-13 ta' Ottubru 2014
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-estratt-2b0001 tat-togħma affumikata bħala addittiv fl-għalf għall-klieb u l-qtates
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' addittiv magħmul minn preparazzjoni ta' estratt tat-togħma affumikata kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Flimkien ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni speċifikata fl-Anness bħala addittiv fl-għalf għall-klieb u l-qtates, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u fil-grupp funzjonali “komposti għat-togħma”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-24 ta' Mejju 2012 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti ta' użu fl-għalf, l-addittiv speċifikat fl-Anness ma jħallix effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li peress li dan l-estratt tat-togħma affumikata jintuża fl-ikel bħala togħma affumikata, u li l-funzjoni tiegħu fl-għalf hija essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, m'hemmx bżonn li tintwera xi effikaċja oħra. |
|
(5) |
L-Awtorità kkonkludiet li dan l-addittiv huwa prinċipalment definit mill-proċess tal-manifattura u t-taħlita tal-injam minn fejn ikun ġej, u għalhekk il-proċess tal-manifattura u t-taħlita tal-injam għandhom ikunu speċifikati b'mod ċar fl-Anness sabiex jiġi żgurat li t-togħmiet affumikati prodotti b'dan il-metodu ta' manifattura biss jitqiegħdu fis-suq. |
|
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ma għandu jinqala' l-ebda tħassib dwar is-sikurezza sakemm jittieħdu l-miżuri xierqa ta' protezzjoni. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni stabbilita fl-Anness turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu tal-preparazzjonijiet li fihom dak l-estratt tat-togħma affumikata għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti tat-togħma”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2012; 10(6):2729.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta' addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti għat-togħma. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b0001 |
— |
Togħma affumikata |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni tal-estratt li jagħti togħma affumikata Speċifikazzjonijiet:
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Estratt likwidu li jagħti togħma affumikata li fih il-komposti li ġejjin:
Formula kimika:
Numru CAS:
It-togħma affumikata, fil-forma likwida, prodotta minn estrazzjoni tal-etere tad-dietil li ġejja minn qatran prodott permezz tal-piroliżi tal-proporzjon tal-injamiet li ġejjin: 35 % balluta ħamra (Quercus rubra), 35 % ballut abjad (Quercus alba), 10 % aġġru taz-zokkor (Acer saccharum), 10 % fagu (Fagus grandifolia) u 10 % siġra tal-ġewż tal-Amerika (Carya ovata), Kriterji ta' purità:
Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-estratt tat-togħma affumikata — fl-addittiv tal-għalf: It-titrazzjoni bl-idrossidu tas-sodju għad-determinazzjoni tal-aċidi totali; u reazzjonijiet tal-kuluri b'aktar spettrofotometrija għad-determinazzjoni tal-karbonili totali (mal-430 nm) u l-fenoli totali (mas-610 nm) (FAO JECFA Combined Compendium for Food Additive Specifications “smoke flavourings”, Monograph No.1, 2006; Il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa (GC-MS); u l-kromatografija b'fażi gassuża mżewġa mad-detezzjoni tal-jonizzazzjoni tal-fjamma (GC-FID) għall-karatterizzazjzoni tal-frazzjoni volatili tal-prodott (FAO JECFA Combined Compendium for Food Additive Specifications-Monographs No. 1, Vol. 4). |
Klieb u qtates |
— |
— |
40 |
|
It-3 ta' Novembru 2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/authorisation/evaluation_reports/Pages/index.aspx