European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/607

24.1.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11575 – REPSOL / BUNGE / BISA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/607)

1.   

Fis-17 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Repsol Industrial Transformation, S.L.U. (“ ‘Repsol’’, Spanja),

—

Bunge Global S.A. (‘ “Bunge” ’, l-Istati Uniti),

—

Bunge Ibérica, S.A. (‘ “BISA” ’), bħalissa hija kkontrollata biss minn Bunge.

Repsol u Bunge se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ BISA.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Repsol hija kumpanija globali integrata tal-enerġija attiva fl-industriji taż-żejt, tal-gass u tal-elettriku. In-negozju ta” Repsol jinkludi wkoll diviżjoni għall-enerġija rinnovabbli, inklużi fjuwils rinnovabbli,

—

Bunge hija kumpanija agrikola u tal-ikel ikkwotata fil-Borża ta’ New York. Bunge hija attiva b’mod predominanti fil-bejgħ ta’ pasta taż-żrieragħ żejtnin, żjut kif ukoll ta’ żjut veġetali oħra. Bunge tbigħ ukoll ħbub, inklużi qamħirrum, qamħ, xgħir u prodotti mitħuna, bħad-dqiq tal-qamħ, kif ukoll żrieragħ żejtnin mhux ipproċessati u prodotti oħra,

—

BISA topera tliet impjanti tat-tgħaffiġ taż-żerriegħa żejtnija li jinsabu fi Spanja u hija attiva prinċipalment fl-ipproċessar u l-produzzjoni taż-żerriegħa żejtnija, id-distribuzzjoni u l-provvista ta’ żjut, xaħmijiet u proteini bbażati fuq il-pjanti. BISA tipproduċi wkoll bijodiżil u prodotti sekondarji relatati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jippreżentawlha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11575 – REPSOL / BUNGE / BISA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet’”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/607/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)