31976R2563



Official Journal L 298 , 28/10/1976 P. 0022 - 0022
Greek special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0183
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0172
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 6 P. 0172


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2563/76

tal-20 ta' Lulju 1976

li japprova l-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri li jemenda t-Tabelli I u II annessi mal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tieghu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi t-Tabelli I u II annessi mal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju Norveġiż [1] għandhom ikunu emendati u jkun approvat il-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri li kien negozjat għal dak l-iskop,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' bdil ta' ittri li jemenda t-Tabelli I u II annessi mal-Protokoll 2 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju Norveġiż huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna awtorizzata li tiffirma l-Ftehim għall-iskop li jorbot il-Komunità.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-20 Lulju 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

M. van der Stoel

[1] ĠU L 171, 27.06.73, p. 1.

--------------------------------------------------