<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-791/19 R</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CO0791(01)</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:277">EU:C:2020:277</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tat-<DATE ISO="20200408">8.4.2020</DATE> – Kawża C‑791/19 R</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs Il-Polonja</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20200408">8 ta’ April 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Proċeduri għal miżuri provviżorji</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 279 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal miżuri provviżorji</KEYWORD><KEYWORD>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE</KEYWORD><KEYWORD>Indipendenza tal-Izba Dyscyplinarna (l-Awla Dixxiplinari) tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja)</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑791/19 R,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal miżuri provviżorji skont l-Artikolu 279 TFUE u l-Artikolu 160(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, ippreżentata fit‑<DATE ISO="20200123">23 ta’ Jannar 2020</DATE>,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn K. Banks kif ukoll minn H. Krämer u S. L. Kalėda, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>sostnuta minn:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju</HT>, irrappreżentat minn C. Pochet, M. Jacobs u L. Van den Broeck, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tad-Danimarka</HT>, irrappreżentat minn M. Wolff, bħala aġent,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT>, irrappreżentat minn M. K. Bulterman u J. Langer, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Finlandja</HT>, irrappreżentata minn M. Pere, bħala aġent,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Isvezja</HT>, irrappreżentat minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, H. Shev, J. Lundberg u H. Eklinder, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja</HT>, irrappreżentata minn B. Majczyna, D. Kupczak, S. Żyrek, A. Dalkowska u A. Gołaszewska, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta (Relatur), Viċi President, J.-C. Bonichot, M. Vilaras, E. Regan, S. Rodin u P. G. Xuereb, Presidenti ta’ Awla, E. Juhász, C. Toader, D. Šváby, F. Biltgen, K. Jürimäe, C. Lycourgos, N. Piçarra u N. Wahl, Imħallfin,</P><?PAGE NO="2"?><P>wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, E. Tanchev,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tat-talba tagħha għal miżuri provviżorji, il-Kummissjoni Ewropea titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tordna lir-Repubblika tal-Polonja, fl-istennija tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq il-mertu:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tissospendi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-punt 5 tal-Artikolu 3, tal-Artikolu 27 u tal-Artikolu 73(1) tal-ustawa o Sądzie Najwyższym (il-Liġi dwar il-Qorti Suprema) tat‑<DATE ISO="20171208">8 ta’ Diċembru 2017</DATE> (Dz. U. tal‑2018, intestatura 5), kif emendata (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Liġi dwar il-Qorti Suprema<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li jikkostitwixxu l-bażi tal-kompetenza tal-Izba Dyscyplinarna (l-Awla Dixxiplinari) tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Awla Dixxiplinari<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) sabiex tiddeċiedi, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell, fil-kawżi dixxiplinari relatati ma’ Mħallfin;</P></ITEM><ITEM><P>tastjeni milli tibgħat il-kawżi pendenti quddiem l-Awla Dixxiplinari lil kulleġġ ġudikanti li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ indipendenza ddefiniti, b’mod partikolari, fis-sentenza tad‑<DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema) (C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>A. K.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u</P></ITEM><ITEM><P>tikkomunika lill-Kummissjoni, mhux iktar tard minn xahar wara n-notifika tad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja li jordna l-miżuri provviżorji mitluba, kull miżura li hija tkun adottat sabiex tikkonforma bis-sħiħ ma’ dan id-digriet.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż tal-istanza.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tindika li hija tirriżerva d-dritt li tressaq talba addizzjonali intiża sabiex jiġi ordnat il-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità jekk qatt kellu jirriżulta mill-informazzjoni nnotifikata lill-Kummissjoni li r-Repubblika tal-Polonja ma hijiex qiegħda tosserva bis-sħiħ il-miżuri provviżorji ordnati wara t-talba tagħha għal miżuri provviżorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat mill-Kummissjoni fil‑<DATE ISO="20191025">25 ta’ Ottubru 2019</DATE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) intiż li jiġi kkonstatat li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>billi tippermetti li l-kontenut tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji jista’ jiġi kklassifikat bħala ksur dixxiplinari li jikkonċerna l-Imħallfin tal-qrati tad-dritt komuni (Artikolu 107(1) tal-ustawa – Prawo o ustroju sądów powszechnych (il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati tad-Dritt Komuni) tas‑<DATE ISO="20010727">27 ta’ Lulju 2001</DATE> (Dz. U. Nru 98, intestatura 1070), kif emendata (Dz. U tal‑2019, intestatura 1495) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati tad-Dritt Komuni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u l-Artikolu 97(1) u (3) tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema);</P></ITEM><ITEM><P>billi ma tiżgurax l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Awla Dixxiplinari, li għandha l-kompitu tal-istħarriġ tad-deċiżjonijiet mogħtija fil-proċeduri dixxiplinari kontra l-Imħallfin (il-punt 5 tal-Artikolu 3, Artikolu 27 u Artikolu 73(1) tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema, flimkien<?PAGE NO="3"?> mal-Artikolu 9a tal-ustawa o Krajowej Radzie Sądownictwa (il-Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura) tat‑<DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE> (Dz. U. Nru 126, intestatura 714), kif emendata bl-ustawa o zmianie ustawy o Krajowej Radzie Sądownictwa oraz niektórych innych ustaw (il-Liġi li Temenda l-Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u Ċerti Liġijiet Oħra) tat‑<DATE ISO="20171208">8 ta’ Diċembru 2017</DATE> (Dz. U. tal‑2018, intestatura 3) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Liġi dwar il-KRS<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>));</P></ITEM><ITEM><P>billi tagħti lill-President tal-Awla Dixxiplinari s-setgħa diskrezzjonali li jaħtar il-Qorti Dixxiplinari kompetenti fl-ewwel istanza fil-kawżi dwar l-Imħallfin tal-qrati tad-dritt komuni (Artikolu 110(3) u Artikolu 114(7) tal-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati tad-Dritt Komuni) u, b’dan il-mod, ma tiżgurax li l-kawżi dixxipinari jiġu eżaminati minn qorti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>stabbilita mil-liġi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, u</P></ITEM><ITEM><P>billi tagħti lill-Ministru għall-Ġustizzja s-setgħa li jaħtar membru tal-persunal dixxiplinari tal-Ministru għall-Ġustizzja (Artikolu 112b tal-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati tad-Dritt Komuni) u, b’dan il-mod, ma tiżgurax li l-kawżi dixxiplinari kontra l-Imħallfin tal-qrati tad-dritt komuni jiġu eżaminati f’terminu raġonevoli, kif ukoll billi tipprevedi li l-atti marbuta mal-ħatra ta’ konsulent u l-aċċettazzjoni tal-patroċinju tal-każ minnu ma jkollhomx effett sospensiv fuq l-iżvolġiment tal-proċedura dixxiplinari (Artikolu 113a tal-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati tad-Dritt Komuni) u li l-Qorti Dixxiplinari tmexxi l-proċedura anki fil-każ ta’ assenza ġġustifikata tal-Imħallef inkwistjoni, informat, jew tal-konsulent tiegħu (Artikolu 115a(3) tal-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati tad-Dritt Komuni), u, b’dan il-mod, ma tiżgurax id-drittijiet tad-difiża tal-Imħallfin tal-qrati tad-dritt komuni inkwistjoni;</P></ITEM></LIST></P></ITEM><ITEM><P>skont it-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, billi tippermetti li d-dritt tal-qrati li jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talbiet għal deċiżjoni preliminari jkun limitat bil-possibbiltà li jinbdew proċeduri dixxiplinari.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 161(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja għaddiet din it-talba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li, fid-dawl tal-importanza ta’ din il-kawża, assenjatha, konformement mal-Artikolu 60(1) tal-imsemmija regoli, lill-Awla Manja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20200309">9 ta’ Marzu 2020</DATE>, il-partijiet ippreżentaw l-osservazzjonijiet orali tagħhom matul seduta quddiem l-Awla Manja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar il-Qorti Suprema</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar il-Qorti Suprema, li daħlet fis-seħħ fit‑<DATE ISO="20180403">3 ta’ April 2018</DATE>, stabbilixxiet, fi ħdan is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), żewġ Awli ġodda, fosthom l-Awla dixxiplinari, imsemmija fil-punt (5) tal-Artikolu 3 ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tal-imsemmija liġi jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Fir-rigward tal-Awla Dixxiplinari u tal-Imħallfin li jiġġudikaw f’din l-Awla, il-prerogattivi tal-Ewwel President [tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)] kif iddefiniti:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fil-punti 1, 4 u 7 tal-Artikolu 14(1), fl-Artikolu 31(1), fl-Artikolu 35(2), fl-Artikolu 36(6), fl-Artikolu 40(1) u (4), u fl-Artikolu 51(7) u (14), għandhom jiġu eżerċitati mill-President [tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)] li għandu jidderieġi x-xogħol tal-Awla Dixxiplinari;</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>fil-punt 2 tal-Artikolu 14(1) u fit-tieni sentenza tal-Artikolu 55(3), għandhom jiġu eżerċitati mill-Ewwel President [tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)] bi qbil mal-President [tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)] li għandu jidderieġi x-xogħol tal-Awla Dixxiplinari.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(1) tal-istess liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-każijiet segwenti għandhom jaqgħu fil-kompetenza tal-Awla Dixxiplinari:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>il-proċeduri dixxiplinari:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jinvolvu l-Imħallfin [tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)],</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>eżaminati [mis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)] b’konnessjoni ma’ proċeduri dixxiplinari mniehdija taħt il-liġijiet li ġejjin:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati tad-Dritt Komuni tas‑<DATE ISO="20010727">27 ta’ Lulju 2001</DATE>,</P></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>il-proċeduri fil-qasam tad-dritt industrijali u tas-sigurtà soċjali li jinvolvu l-Imħallfin [tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>il-proċeduri li jikkonċernaw l-irtirar ta’ Mħallef [tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)].<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 73(1) tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-Qrati Dixxiplinari fil-kawżi dixxiplinari li jikkonċernaw l-Imħallfin tas-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)] huma:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>fl-ewwel istanza: is-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)], bħala kulleġġ ġudikanti ta’ żewġ Imħallfin tal-Awla Dixxiplinari u ta’ ġurat tas-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>fl-appell: is-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)], bħala kulleġġ ġudikanti ta’ tliet Imħallfin tal-Awla Dixxiplinari u ta’ żewġ ġurati tas-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)].<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 97 ta’ din il-liġi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="097.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Is-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)], jekk tikkonstata ksur manifest tar-regoli waqt l-eżami ta’ kawża – indipendentement mill-prerogattivi l-oħra tagħha – għandha tindirizza l-konstatazzjoni ta’ żball lill-qorti kkonċernata. Qabel ma tindirizza l-konstatazzjoni ta’ żball, hija għandha tinforma lill-Imħallef jew lill-Imħallfin li jifformaw parti mill-kulleġġ ġudikanti bil-possibbiltà li jippreżentaw spjegazzjonijiet bil-miktub f’terminu ta’ 7 ijiem. L-iskoperta u l-konstatazzjoni ta’ żball ma jaffettwawx l-eżitu tal-kawża.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="097.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Is-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)], meta tindirizza konstatazzjoni ta’ żball, tista’ tressaq talba għall-eżami ta’ kawża dixxiplinari quddiem qorti dixxiplinari. Il-qorti dixxiplinari tal-ewwel istanza hija s-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati tad-Dritt Komuni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 107(1) tal-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati tad-Dritt Komuni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Imħallef għandu jwieġeb, fuq livell dixxiplinari, għal nuqqasijiet professjonali (nuqqasijiet dixxiplinari), inkluż fil-każ:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>ta’ ksur manifest u flagranti tar-regoli tad-dritt</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>ta’ preġudizzju għad-dinjità tal-kariga.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 110(1) u (3) ta’ din il-liġi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="110.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-kawżi dixxiplinari li jinvolvu l-Imħallfin, dawn li ġejjin għandhom jiġġudikaw:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>fl-ewwel istanza:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-qrati dixxiplinari qrib l-appell, bħala kulleġġ ġudikanti ta’ tliet Imħallfin,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>is-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)], bħala kulleġġ ġudikanti ta’ żewġ Imħallfin tal-Awla Dixxiplinari u ġurat tas-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema], fil-kawżi dwar nuqqasijiet dixxiplinari li jikkostitwixxu ksur intenzjonat li jista’ jiġi mistħarreġ kriminalment mill-Uffiċċju tal-Prosekutur jew ksur intenzjonat ta’ natura fiskali, jew fil-kawżi li fihom [is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)] ressqet talba għall-eżami tat-tilwima dixxiplinari fil-kuntest ta’ konstatazzjoni ta’ żball;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>fl-appell: is-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)], bħala kulleġġ ta’ żewġ Imħallfin tal-Awla Dixxiplinari u ta’ ġurat tas-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="110.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qorti dixxiplinari li fil-kompetenza tagħha l-Imħallef li huwa s-suġġett tal-proċedura dixxiplinari jeżerċita l-kariga tiegħu ma huwiex ammess li jieħu konjizzjoni tal-kawżi msemmija fil-punt (1)(a) tal-paragrafu (1). Il-qorti dixxiplinari kompetenti sabiex tisma’ l-kawża għandha tinħatar mill-President tas-[Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)] li jidderieġi l-ħidma tal-Awla Dixxiplinari fuq it-talba tal-membru tal-persunal dixxiplinari.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar il-KRS</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9a tal-Liġi dwar il-KRS:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Is-Sejm [(il-Kamra Inferjuri tal-Parlament)] għandha teleġġi, minn fost l-Imħallfin tas-Sąd Najwyższy [(il-Qorti Suprema)], qrati tad-dritt komuni, qrati amministrattivi u qrati militari, 15‑il membru tal-Krajowa Rada Sądownictwa [(il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura)] għal mandat komuni ta’ erba’ snin.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-elezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kamra Inferjuri tal-Parlament għandha, sa fejn ikun possibbli, tieħu inkunsiderazzjoni tal-bżonn ta’ rappreżentanza fi ħdan il-[Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura] tal-Imħallfin minn diversi tipi u livelli ta’ qrati.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-mandat komuni tal-membri l-ġodda tal-[Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura], eletti fost l-Imħallfin, jibda mill-għada ta’ meta jiġu eletti. Il-membri li joħorġu mill-[Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura] għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom sal-jum meta jibda l-mandat komuni tal-membri l-ġodda tal-[Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura].<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni tranżitorja li tinsab fl-Artikolu 6 tal-Liġi li temenda l-Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u Ċerti Liġijiet Oħra, li daħlet fis-seħħ fis‑<DATE ISO="20180117">17 ta’ Jannar 2018</DATE>, tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Il-mandat tal-membri tal-[Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura] msemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 187(1) tal-Konstytucja Rzeczypospolitej Polskiej [(il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja)], eletti abbażi tad-dispożizzjonijiet attwali, ikompli sal-jum ta’ qabel il-bidu tal-mandat tal-membri l-ġodda tal-[Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura], mingħajr madankollu ma jaqbeż id‑90 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, sakemm ma jkunx intemm qabel minħabba l-iskadenza tal-mandat.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress li qieset li r-Repubblika tal-Polonja kienet naqset, billi adottat is-sistema dixxiplinari l-ġdida tal-Imħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) u tal-qrati tad-dritt komuni, milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tat-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, il-Kummissjoni, fit‑<DATE ISO="20190403">3 ta’ April 2019</DATE>, bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lil dan l-Istat Membru. Dan tal-aħħar wieġeb permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20190601">1 ta’ Ġunju 2019</DATE> li fiha kkontesta kull ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20190717">17 ta’ Lulju 2019</DATE>, il-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata li fiha sostniet li din l-iskema kienet tikser l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni. Konsegwentement, din l-istituzzjoni stiednet lir-Repubblika tal-Polonja tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mal-opinjoni motivata f’terminu ta’ xahrejn minn meta tirċievi din l-opinjoni. Dan l-Istat Membru wieġeb għaliha permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20190917">17 ta’ Settembru 2019</DATE> li fiha huwa argumenta li l-ilmenti fformulati mill-Kummissjoni fl-opinjoni motivata ma kinux fondati u talab li tingħalaq il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li ma kinitx konvinta minn din it-tweġiba, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta r-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Elementi sussegwenti għall-preżentata tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Is-sentenza A. K.</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza A. K., il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas‑<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE> li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79)], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li tilwim dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jkun jista’ jaqa’ fil-kompetenza esklużiva ta’ istanza li ma tikkostitwixxix qorti indipendenti u imparzjali fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet. Dan ikun il-każ meta l-kundizzjonijiet oġġettivi li fihom inħolqot l-istanza kkonċernata u l-karatteristiċi tagħha kif ukoll il-mod kif inħatru l-membri tagħha jkunu ta’ natura li joħolqu dubji leġittimi, f’moħħ l-individwi, dwar l-impermeabbiltà ta’ din l-istanza fil-konfront ta’ elementi esterni, b’mod partikolari, ta’ influwenzi diretti jew indiretti mill-poter leġiżlattiv u mill-poter eżekuttiv, u dwar in-newtralità tagħha fil-konfront tal-interessi li jkunu inkwistjoni u, b’hekk, jistgħu jwasslu għal assenza ta’ dehra ta’ indipendenza jew ta’ imparzjalità tal-imsemmija istanza li tkun ta’ natura li tippreġudika l-fiduċja li l-ġustizzja għandha tispira<?PAGE NO="7"?> fl-imsemmija individwi f’soċjetà demokratika. Il-qorti tar-rinviju għandha tiddetermina, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, jekk dan huwiex il-każ fir-rigward ta’ istanza bħalma hija l-Awla Dixxiplinari tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema).<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Is-sentenzi tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) fil-kawżi li taw lok għas-sentenza A. K.</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-sentenza tal‑<DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha tal‑<DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE>, is-Sąd Najwyższy – Izba Pracy i Ubezpieczeń Społecznych (il-Qorti Suprema – Awla Industrijali u tas-Sigurtà Soċjali), li ddeċidiet fil-kawża li tat lok għat-talba għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C‑585/18, iddeċidiet li l-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>KRS<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) ma huwiex, fil-kompożizzjoni attwali tiegħu, korp imparzjali u indipendenti mis-setgħa leġiżlattiva u dik eżekuttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Bl-istess mod, din il-qorti ddeċidiet li l-Awla Dixxiplinari ma tistax titqies bħala qorti fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, u tal-Artikolu 45(1) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja. Sabiex waslet għal din il-konklużjoni, l-imsemmija qorti bbażat ruħha fuq il-punti li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-Awla Dixxiplinari, maħluqa <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT>, għandha kompetenza fil-qasam tad-dritt industrijali u tas-sigurtà soċjali fir-rigward tal-Imħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) kif ukoll fir-rigward tal-irtirar ta’ dawn l-Imħallfin, meta dawn il-kwistjonijiet sa dak iż-żmien kienu jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qrati tad-dritt komuni kif ukoll tal-Awla Industrijali, tas-Sigurtà Soċjali u tal-kawżi pubbliċi tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), issa l-Izba Pracy i Ubezpieczeń Społecznych (l-Awla Industrijali u tas-Sigurtà Soċjali);</P></ITEM><ITEM><P>l-Awla Dixxiplinari tista’ tkun komposta biss minn Imħallfin ġodda magħżula mill-KRS, li ma hijiex korp indipendenti mis-setgħa leġiżlattiva u dik eżekuttiva;</P></ITEM><ITEM><P>l-Imħallfin kollha maħtura sabiex jagħmlu parti mill-Awla Dixxiplinari għandhom rabtiet mill-qrib ħafna mas-setgħa leġiżlattiva jew dik eżekuttiva, li jistgħu joħolqu dubji oġġettivi, f’moħħ il-partijiet f’kawża, dwar ir-rispett inkondizzjonat tad-dritt għal qorti imparzjali u indipendenti;</P></ITEM><ITEM><P>il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni għall-finijiet tal-ħatra ta’ Mħallfin fl-Awla Dixxiplinari ġew emendati matul il-proċedura, u l-possibbiltà għal kandidat li jikkontesta deċiżjoni tal-KRS ġiet ristretta;</P></ITEM><ITEM><P>il-bidla fil-metodu ta’ għażla tal-Imħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) tneħħi kull parteċipazzjoni u kull irwol ta’ din il-qorti fil-proċedura ta’ ħatra tal-Imħallfin;</P></ITEM><ITEM><P>l-Awla Dixxiplinari tibbenefika, fi ħdan is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), minn awtonomija wiesgħa u minn status speċjali bħala qorti ta’ eċċezzjoni, u l-konnessjoni tagħha mal-istruttura tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) hija biss kopertura;</P></ITEM><ITEM><P>sa mill-ħolqien tagħha, l-Awla Dixxiplinari ffokat l-attività tagħha lejn azzjonijiet intiżi għall-irtirar tad-domandi preliminari li wasslu għas-sentenza A. K., u</P></ITEM><ITEM><P>in-natura tal-proċeduri dixxiplinari mnehdija mill-Awla Dixxiplinari turi li Mħallef jista’ minn issa ’l quddiem jiġi akkużat b’nuqqas professjonali minħabba l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, meta dan ma kienx il-każ qabel.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-sentenzi tal‑<DATE ISO="20200115">15 ta’ Jannar 2020</DATE></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fis-sentenzi tagħha tal‑<DATE ISO="20200115">15 ta’ Jannar 2020</DATE>, is-Sąd Najwyższy – Izba Pracy i Ubezpieczeń Społecznych (il-Qorti Suprema – Awla Industrijali u tas-Sigurtà Soċjali), li ddeċidiet fil-kawżi li taw lok għad-domandi preliminari fil-Kawżi C‑624/18 u C‑625/18, iddeċidiet ukoll li l-Awla Dixxiplinari ma hijiex qorti indipendenti u imparzjali fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-ħolqien tagħha, tal-portata tas-setgħat tagħha, tal-kompożizzjoni tagħha kif ukoll tal-involviment tal-KRS fil-kostituzzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Attività tal-Awla Dixxiplinari mill-għoti tas-sentenzi tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) fil-kawżi li taw lok għas-sentenza A. K.</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20191210">10 ta’ Diċembru 2019</DATE>, l-Ewwel President tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) ippubblikat dikjarazzjoni li fiha indikat li t-tkomplija tal-attivitajiet tal-Awla Dixxiplinari kienet tikkostitwixxi theddida serja għall-istabbiltà tal-ordinament ġuridiku Pollakk. Konsegwentement, hija stiednet lill-membri tagħha sabiex jastjenu minn kull attività ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-istess jum, b’risposta għal din id-dikjarazzjoni, il-President tal-Awla Dixxiplinari afferma, b’mod partikolari, li s-sentenza tal‑<DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE> tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) ma kinitx taffettwa l-funzjonament ta’ din l-awla, peress li l-imsemmija sentenza kienet ingħatat f’kuntest fattwali speċifiku. Huwa żied li l-imsemmija awla kienet ser tkompli teżerċita l-funzjonijiet ġudizzjarji li kienu ġew fdati lilha mill-korpi kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20191213">13 ta’ Diċembru 2019</DATE>, tmien membri tal-Awla Dixxiplinari esprimew il-pożizzjoni tagħhom fuq id-dikjarazzjoni tal-Ewwel President tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), billi enfasizzaw, l-ewwel nett, li l-imparzjalità u l-indipendenza tal-Awla Dixxiplinari ma kinux ġew ikkontestati mis-sentenza A. K., it-tieni nett, li s-sentenza tal‑<DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE> tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) ma kienet tipproduċi ebda effett legali fil-kawżi li ma humiex dawk li kellha quddiemha u ma kellha ebda effett fuq id-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ, u, it-tielet nett, li d-dikjarazzjoni skont liema l-Awla Dixxiplinari kellha tissospendi l-attività ġudizzjarja tagħha sabiex tikkonforma ruħha ma’ din is-sentenza tal-aħħar kienet nieqsa minn kull bażi razzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għal miżuri provviżorji</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja targumenta li t-talba għal miżuri provviżorji mressqa mill-Kummissjoni hija manifestament inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-miżuri provviżorji mitluba mill-Kummissjoni huma intiżi għas-sospensjoni tal-attività ta’ waħda mill-awli ta’ korp kostituzzjonali ta’ dan l-Istat Membru, jiġifieri s-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), kif ukoll sabiex jintervjenu fl-organizzazzjoni interna ta’ din il-qorti, li jikkostitwixxi ndħil inammissibbli fl-istrutturi kostituzzjonali u ġudizzjarji Pollakki. Fil-fatt, la l-Unjoni Ewropea stess u lanqas ebda waħda mill-istituzzjonijiet tagħha, inkluża l-Qorti tal-Ġustizzja, ma għandhom kompetenza sabiex jintervjenu fuq kwistjonijiet marbuta mas-sistema politika tad-diversi Stati Membri, mal-kompetenzi tad-diversi korpi kostituzzjonali ta’ dawn l-Istati u mal-organizzazzjoni interna ta’ dawn il-korpi. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tadotta l-miżuri provviżorji mitluba mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni hija kkonfermata mill-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma adottat miżuri provviżorji tan-natura ta’ dawk li huma s-suġġett ta’ din it-talba, minkejja li l-Kummissjoni adixxiet lill-Qorti tal-Ġustizzja diversi drabi b’rikorsi kontra Stati Membri minħabba l-ksur ta’ diversi obbligi li jirriżultaw mill-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni, u li n-nuqqasijiet inkwistjoni f’dawn ir-rikorsi setgħu, bħala regola ġenerali, jiġu imputati lil korp speċifiku tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Matul is-seduta, il-Kummissjoni argumentat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li hija titlob is-sospensjoni tagħhom (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>dispożizzjonijiet nazzjonali kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, b’tali mod li jistgħu jkunu s-suġġett tal-miżuri provviżorji mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, għalkemm l-organizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri taqa’ taħt il-kompetenza ta’ dawn tal-aħħar, xorta jibqa’ l-fatt li, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom josservaw l-obbligi li jirriżultaw, għalihom, mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny przez Prokuraturę Krajową (Regoli dixxiplinari li jikkonċernaw il-ġudikatura)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rimedji neċessarji sabiex jiżguraw lill-partijiet f’kawża r-rispett tad-dritt tagħhom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, huma l-Istati Membri li għandhom jipprevedu sistema ta’ rimedji u ta’ proċeduri li jiżguraw stħarriġ ġudizzjarju effettiv fl-imsemmija oqsma (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny zastępowany przez Prokuraturę Krajową (Regoli dixxiplinari li jikkonċernaw il-ġudikatura)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li kull Stat Membru għandu, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, jiżgura li l-istanzi li jaqgħu, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens iddefinit mid-dritt tal-Unjoni, taħt is-sistema ta’ rimedji ġudizzjarji tiegħu fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:531">EU:C:2019:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 TUE, li jikkonkretizza l-valur tal-Istat tad-dritt iddikjarat fl-Artikolu 2 TUE, jagħti lill-qrati nazzjonali u lill-Qorti tal-Ġustizzja r-responsabbiltà li jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha kif ukoll il-protezzjoni ġudizzjarja li l-partijiet f’kawża jisiltu minn dan id-dritt (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:531">EU:C:2019:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Sabiex din il-protezzjoni tiġi żgurata, il-ħarsien tal-indipendenza tal-imsemmija istanzi huwa fundamentali, bħalma jikkonferma t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, li jsemmi l-aċċess għal qorti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fost ir-rekwiżiti marbuta mad-dritt fundamentali għal rimedju effettiv (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-rekwiżit ta’ indipendenza tal-qrati jeżiġi, b’mod partikolari, li r-regoli li jirregolaw is-sistema dixxiplinari ta’ dawk li l-kompitu tagħhom huwa li jiddeċiedu, ikollhom il-garanziji neċessarji sabiex jiġi evitat kull riskju li tali sistema tintuża bħala sistema ta’ kontroll politiku tal-kontenut tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji. Għalhekk, l-ippromulgar ta’ regoli li jiddefinixxu, b’mod partikolari, kemm l-aġir li jikkostitwixxi ksur dixxiplinari kif ukoll is-sanzjonijiet applikabbli konkretament, li jipprevedu l-intervent ta’ qorti indipendenti konformement ma’ proċedura li tiżgura b’mod sħiħ id-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta, b’mod partikolari d-drittijiet tad-difiża, u li jistabbilixxu l-possibbiltà li d-deċiżjonijiet tal-korpi dixxiplinari jiġu kkontestati quddiem qorti, jikkostitwixxi ġabra ta’ garanziji essenzjali għall-finijiet tal-ħarsien tal-indipendenza tas-setgħa ġudizzjarja (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:531">EU:C:2019:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sistema dixxiplinari applikabbli għall-Imħallfin tal-qrati nazzjonali li jaqgħu taħt is-sistema tagħhom ta’ rimedji fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni tkun tosserva l-prinċipju ta’ indipendenza tal-qrati, b’mod partikolari billi tiżgura li d-deċiżjonijiet mogħtija fil-kuntest tal-proċeduri dixxiplinari mnehdija kontra l-Imħallfin tal-imsemmija qrati jkunu mistħarrġa minn qorti li tissodisfa hija stess il-garanziji inerenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fosthom dik ta’ indipendenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni, fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu intiż li jikkontesta l-kompatibbiltà mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar is-sistema dixxiplinari applikabbli għall-Imħallfin tal-Qrati mitluba jiddeċiedu fuq kwistjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-istanza inkarigata li tiddeċiedi fil-kawżi dixxiplinari li jikkonċernaw dawn l-Imħallfin, sabiex tordna, skont l-Artikolu 279 TFUE, miżuri provviżorji intiżi għas-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li l-Awla Dixxiplinari ġiet fdata, permezz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali kontenzjużi, bil-kompetenza sabiex tiddeċiedi fil-kawżi dixxiplinari li jikkonċernaw l-Imħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) u tal-qrati ta’ dritt komuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Huwa paċifiku wkoll li kemm is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) kif ukoll il-qrati ta’ dritt komuni, sa fejn dawn jistgħu jiddeċiedu kwistjonijiet marbuta mal-applikazzjoni jew mal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jaqgħu, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>qrati<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens iddefinit minn dan id-dritt, taħt is-sistema Pollakka ta’ rimedji fl-oqsma koperti mill-imsemmi dritt, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-punt 3 ta’ dan id-digriet, ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jirrigwarda, b’mod partikolari, il-kompatibbiltà mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar is-sistema dixxiplinari applikabbli għall-Imħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) u tal-qrati tad-dritt komuni, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-Awla Dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, bħalma jirriżulta mill-punt 1 ta’ dan id-digriet, din it-talba għal miżuri provviżorji hija intiża, b’mod partikolari, għas-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar, fl-istennija tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq il-mertu (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>sentenza definittiva<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Konsegwentement, u kuntrarjament għal dak li targumenta r-Repubblika tal-Polonja, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tadotta miżuri provviżorji tan-natura ta’ dawk mitluba mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Iċ-ċirkustanza invokata mir-Repubblika tal-Polonja li l-Qorti tal-Ġustizzja sal-lum għadha ma adottat ebda miżura provviżorja ta’ din in-natura ma tistax tikkontesta din l-evalwazzjoni. Fil-fatt, sabiex il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti tali miżura ma titneħħilhiex is-sustanza tagħha, in-natura allegatament ġdida ta’ miżura provviżorja ma jistax ikollha effett fuq din il-ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Repubblika tal-Polonja tallega li l-miżuri provviżorji mitluba mill-Kummissjoni huma intiżi sabiex ċerti Mħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), jiġifieri dawk tal-Awla Dixxiplinari, jitneħħew mill-funzjonijiet tagħhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-għoti ta’ tali miżuri jikser il-prinċipju li l-Imħallfin ma jistgħux jitneħħew u jikkomprometti, konsegwentement, il-garanziji ta’ indipendenza tal-qrati protetti kemm mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni kif ukoll mill-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fil-każ li jiġu ordnati, il-miżuri provviżorji mitluba mill-Kummissjoni jkollhom bħala effett mhux ir-revoka tal-Imħallfin tal-Awla Dixxiplinari iżda s-sospensjoni provviżorja tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali kontenzjużi u, konsegwentement, tal-eżerċizzju minn dawn l-Imħallfin tal-funzjonijiet tagħhom sakemm tingħata s-sentenza definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, u kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tar-Repubblika tal-Polonja, l-adozzjoni ta’ tali miżuri ma tistax titqies li tmur kontra l-prinċipju li l-Imħallfin ma jistgħux jitneħħew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-Repubblika tal-Polonja targumenta li l-miżuri provviżorji mitluba mill-Kummissjoni mhux biss ma jistgħux jiżguraw l-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza definittiva iżda jirrendu saħansitra impossibbli, fil-każ li jintlaqa’ r-rikors, l-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza, sa fejn l-għoti tagħhom ikollu bħala effett prattiku x-xoljiment tal-Awla Dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, minbarra l-fatt li l-għoti tal-miżuri provviżorji mitluba mill-Kummissjoni ma jwassalx għax-xoljiment tal-Awla Dixxiplinari, għandu jiġi rrilevat li, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tilqa’, fil-kuntest tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, l-ilment tal-Kummissjoni bbażat fuq il-ksur mir-Repubblika tal-Polonja tal-obbligu li hija għandha, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, li tiżgura l-indipendenza ta’ din l-awla, dan l-Istat Membru jkun marbut, sabiex jagħti segwitu għas-sentenza definittiva, li jiżviluppa d-dritt nazzjonali tiegħu sabiex jiżgura li l-kawżi dixxiplinari dwar l-Imħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) u l-qrati tad-dritt komuni jkunu ttrattati minn qorti li tissodisfa l-prinċipju ta’ indipendenza tal-qrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Konsegwentement, kuntrarjament għal dak li tallega r-Repubblika tal-Polonja, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tagħti l-miżuri provviżorji mitluba mill-Kummissjoni, dawn il-miżuri ma jkunu jostakolaw bl-ebda mod l-effettività sħiħa tas-sentenza definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li t-talba għal miżuri provviżorji hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>L-Artikolu 160(3) tar-Regoli tal-Proċedura jistipula li t-talbiet għal miżuri provviżorji għandhom jispeċifikaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>is-suġġett tal-kawża, iċ-ċirkustanzi li jistabbilixxu l-urġenza, kif ukoll il-motivi ta’ fatt u ta’ liġi li jiġġustifikaw prima faciel-adozzjoni tal-miżura provviżorja mitluba<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, miżura provviżorja tista’ tingħata mill-Imħallef għal miżuri provviżorji biss jekk ikun stabbilit li l-għoti tagħha huwa ġġustifikat <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> fil-fatt u fid-dritt (<HT TYPE="ITALIC">fumus boni juris</HT>) u li hija urġenti fis-sens li hija meħtieġa, sabiex jiġi evitat dannu serju u irreparabbli għall-interessi tar-rikorrent, illi tingħata u jkollha l-effetti tagħha qabel id-deċiżjoni fuq il-mertu. L-Imħallef għal miżuri provviżorji għandu jipproċedi wkoll, jekk ikun il-każ, għall-ibbilanċjar tal-interessi quddiemu. Dawn il-kundizzjonijiet huma kumulattivi, b’tali mod li t-talba għal miżuri provviżorji għandha tiġi miċħuda meta waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tkun nieqsa (digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181217">17 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/18 R</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1021">EU:C:2018:1021</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-<HT TYPE="NORMAL">fumus boni juris</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rekwiżit dwar il-<HT TYPE="ITALIC">fumus boni juris</HT> huwa ssodisfatt meta mill-inqas wieħed mill-motivi invokati mill-parti li titlob il-miżuri provviżorji insostenn tar-rikors fuq il-mertu jidher, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, mhux nieqes minn bażi serja. B’mod partikolari, dan huwa l-każ meta wieħed minn dawn il-motivi jiżvela l-eżistenza ta’ kwistjonijiet ġuridiċi kumplessi li s-soluzzjoni tagħhom ma hijiex ovvja u għalhekk timmerita evalwazzjoni fil-fond, li ma tistax issir mill-Imħallef għal miżuri provviżorji, iżda għandha tkun is-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, jew meta<?PAGE NO="12"?> d-diskussjoni bejn il-partijiet tiżvela l-eżistenza ta’ kontroversja legali importanti li s-soluzzjoni tagħha ma tkunx evidenti (digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191220">20 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Puigdemont i Casamajó u Comín i Oliveres vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑646/19 P(R)</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1149">EU:C:2019:1149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-każ, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ <HT TYPE="ITALIC">fumus boni juris</HT>, il-Kummissjoni tinvoka motiv, li jikkorrispondi għat-tieni lment tal-ewwel motiv imqajjem fil-kuntest tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, ibbażat fuq l-allegazzjoni li, billi ma żguratx l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Awla Dixxiplinari, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għal dan l-għan, wara li fakkret il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżulta, b’mod partikolari, mis-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑619/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:531">EU:C:2019:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Kummissjoni tressaq ċertu numru ta’ elementi li juru, fil-fehma tagħha, in-nuqqas ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tal-Awla Dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-Kummissjoni tirrileva li l-istituzzjoni tal-Awla Dixxiplinari kkoinċidiet mal-emenda tar-regoli dwar il-ħatra tal-membri tal-KRS, u żżid li din l-emenda kellha l-effett li tippolitiċizza dan il-korp kostituzzjonali, li jipparteċipa fil-proċess ta’ selezzjoni tal-Imħallfin fil-Polonja u huwa inkarigat li jiżgura l-indipendenza tal-qrati u tal-Imħallfin Pollakki.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tindika li l-Artikolu 6 tal-Liġi li Temenda l-Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u Ċerti Liġijiet Oħra interrompa l-mandat pendenti tal-membri tal-KRS u li, skont l-Artikolu 9a l-ġdid tal-Liġi dwar il-KRS, il-Kamra Inferjuri tal-Parlament eliġġiet ħmistax-il Imħallef membru ta’ dan il-korp kostituzzjonali, li kellu l-effett li jżid l-influwenza tas-setgħa leġiżlattiva fuq il-funzjonament tal-imsemmi korp, u, konsegwentement, fuq il-proċess ta’ ħatra tal-Imħallfin fl-Awla Dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>B’applikazzjoni ta’ dawn l-emendi leġiżlattivi, il-KRS attwalment hija komposta minn ħmistax-il Imħallef membru elett mill-Kamra Inferjuri tal-Parlament, erba’ membri maħtura mill-Kamra Inferjuri tal-Parlament minn fost il-Membri tal-Parlament, żewġ membri maħtura mis-Senat (is-Senat) u magħżula minn fost is-senaturi, rappreżentant tal-President tar-Repubblika tal-Polonja, rappreżentant tal-Ministru għall-Ġustizzja u żewġ membri tad-dritt, jiġifieri l-ewwel President tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) u l-President tan-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja). Għalhekk, tlieta u għoxrin mill-ħamsa u għoxrin membru tal-KRS ġew maħtura minn awtoritajiet leġiżlattivi jew eżekuttivi jew jirrappreżentaw tali awtoritajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, il-Kummissjoni tenfasizza li huwa fuq proposta tal-KRS, fil-kompożizzjoni tagħha deskritta fil-punt preċedenti, li l-Imħallfin kollha tal-Awla Dixxiplinari jinħatru mill-President tar-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kummissjoni tirrileva li l-leġiżlatur nazzjonali eskluda l-possibbiltà li jaħtar bħala membru tal-Awla Dixxiplinari Mħallef diġà fil-kariga fi ħdan is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), b’tali mod li kienu biss Imħallfin ġodda, maħtura fuq proposta tal-KRS, li setgħu jiġu maħtura sabiex jipparteċipaw fi ħdan din l-awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Kummissjoni tenfasizza li l-Awla Dixxiplinari hija kkaratterizzata, fi ħdan is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), minn livell għoli ta’ awtonomija organizzattiva u finanzjarja. Għalhekk, bħala eżempju, konformement mal-Artikolu 20 tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema, is-setgħat li għandu normalment l-Ewwel President tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) fil-konfront tal-Imħallfin ta’ din<?PAGE NO="13"?> il-qorti jiġu eżerċitati, fir-rigward tal-każ partikolari tal-Imħallfin tal-Awla Dixxiplinari, mill-President ta’ din tal-aħħar. Bl-istess mod, setgħat speċifiċi simili jikkonċernaw l-awtonomija finanzjarja tal-Awla Dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni targumenta li l-eżami flimkien tal-elementi msemmija iktar ’il fuq kif ukoll l-introduzzjoni simultanja tagħhom fid-dritt Pollakk juru interruzzjoni strutturali li tipprekludi li jiġi eskluż kull dubju leġittimu dwar l-indipendenza tal-Awla Dixxiplinari fir-rigward ta’ elementi esterni u tal-imparzjalità tagħha fil-konfront tal-interessi konfliġġenti u li fuqhom hija għandha l-kompitu li tiddeċiedi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet nazzjonali kontenzjużi, moqrija flimkien mal-Artikolu 9a tal-Liġi dwar il-KRS, la jiżguraw l-indipendenza u lanqas l-imparzjalità tal-Awla Dixxiplinari u, konsegwentement, huma kuntrarji għall-obbligi tar-Repubblika tal-Polonja skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-fehma tal-Kummissjoni, il-fondatezza tar-raġunament legali tat-tieni lment tal-ewwel motiv tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu hija kkonfermata mill-qari flimkien tas-sentenza A. K. u tas-sentenza tal‑<DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE> tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Sabiex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjoni dwar il-<HT TYPE="ITALIC">fumus boni juris</HT> hijiex issodisfatta f’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li dan it-tieni lment jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk l-Awla Dixxiplinari tissodisfax ir-rekwiżit ta’ indipendenza tal-qrati li jirriżulta mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-garanziji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità jirrikjedu l-eżistenza ta’ regoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-istanza kkonċernata, tal-ħatra, tat-tul tal-kariga kif ukoll tal-kawżi ta’ astensjoni, ta’ rikuża u ta’ revoka tal-membri tagħha, li jippermettu li jiġi eskluż kull dubju leġittimu, f’moħħ il-partijiet f’kawża, fir-rigward tal-impermeabbiltà tal-imsemmija istanza fir-rigward ta’ elementi esterni u fir-rigward tan-newtralità tagħha fil-konfront tal-interessi konfliġġenti (sentenza A. K., punt 123 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Konformement mal-prinċipju ta’ separazzjoni tas-setgħat li jikkaratterizza l-funzjonament ta’ Stat tad-dritt, l-indipendenza tal-qrati għandha tiġi żgurata fil-konfront tas-setgħa leġiżlattiva u dik eżekuttiva. F’dan ir-rigward, huwa meħtieġ li l-Imħallfin ikunu protetti minn interventi jew pressjonijiet esterni li jistgħu jipperikolaw l-indipendenza tagħhom. F’dan il-kuntest, ir-regoli msemmija fil-punt preċedenti għandhom, b’mod partikolari, jippermettu li tiġi eskluża mhux biss kull influwenza diretta, fil-forma ta’ struzzjonijiet, iżda wkoll il-forom ta’ influwenza iktar indiretta li jistgħu jiggwidaw id-deċiżjonijiet tal-Imħallfin ikkonċernati (sentenza A. K., punti 124 u 125 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fis-sentenza A. K., il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mitluba tippreċiża l-portata ta’ dawn ir-rekwiżiti ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità fil-kuntest tal-ħolqien ta’ istanza bħall-Awla Dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fir-rigward, qabelxejn, tal-kundizzjonijiet li fihom saru l-ħatriet tal-membri tal-Awla Dixxiplinari, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li rrilevat li l-Imħallfin ta’ din l-Awla jinħatru mill-President tar-Repubblika tal-Polonja fuq proposta tal-KRS, iddeċidiet, fil-punti 137 u 138 tas-sentenza A. K., billi bbażat ruħha b’mod partikolari fuq il-punti 115 u 116 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑619/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:531">EU:C:2019:531</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, għalkemm l-intervent tal-KRS f’dan il-proċess ta’ ħatra jista’ jkun ta’ natura li jikkontribwixxi sabiex l-imsemmi proċess ikun oġġettiv, billi jitpoġġew limiti fuq il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-President tar-Repubblika tal-Polonja fl-eżerċizzju tal-kompetenza li hija mogħtija lilu, dan huwa biss jekk, b’mod partikolari, il-KRS tkun hija stess indipendenti b’mod suffiċjenti mis-setgħa leġiżlattiva u dik eżekuttiva kif ukoll mill-President tar-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, fuq dan il-punt, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punti 142 sa 145 tas-sentenza A. K., identifikat, mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, elementi li, meqjusa flimkien, jistgħu jwasslu għal dubju dwar l-indipendenza ta’ korp bħall-KRS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fil-punt 143 tas-sentenza A. K., il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet riferiment b’mod espliċitu għal tliet ċirkustanzi li jistgħu jkunu rilevanti għall-finijiet ta’ tali evalwazzjoni globali, b’mod partikolari, dik skont liema l-KRS komposta mill-ġdid ġiet stabbilita permezz ta’ tqassir tal-mandat ta’ erba’ snin fis-seħħ tal-membri li sa dak iż-żmien kienu jiffurmaw dan il-korp, kif ukoll dik li tipprovdi li, filwaqt li l-ħmistax-il membru tal-KRS eletti fost l-Imħallfin kienu eletti, qabel, mill-membri tal-ġudikatura kollegi tagħhom, issa huma magħżula minn fergħa tas-setgħa leġiżlattiva minn fost kandidati li jistgħu jkunu ppreżentati, b’mod partikolari minn gruppi ta’ elfejn ċittadin jew ta’ ħamsa u għoxrin Imħallef, u tali riforma twassal għal ħatriet li jġibu n-numru ta’ membri tal-KRS li ġejjin direttament mis-setgħat politiċi jew eletti minnhom għal tlieta u għoxrin mill-ħamsa u għoxrin membru li għandu l-imsemmi korp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Sussegwentement, u indipendentement mill-kundizzjonijiet li fihom inħatru l-Imħallfin il-ġodda tal-Awla Dixxiplinari u tar-rwol tal-KRS f’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja identifikat, fil-punti 147 sa 151 tas-sentenza A. K., elementi oħrajn li jikkaratterizzaw b’mod iktar dirett l-Awla Dixxiplinari u ddeċidiet, fil-punt 152 ta’ din is-sentenza, li, anki jekk kull wieħed minnhom ma huwiex ta’ natura, waħdu u meqjus b’mod iżolat, li jqajjem dubju dwar l-indipendenza ta’ din l-istanza, min-naħa l-oħra, dan jista’ jkun differenti meta jiġu meħuda flimkien, u dan iktar u iktar jekk l-eżami f’dak li jirrigwarda l-KRS kellu jiżvela nuqqas ta’ indipendenza ta’ din tal-aħħar fil-konfront tas-setgħa leġiżlattiva u dik eżekuttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fil-punti 150 u 151 tas-sentenza A. K., il-Qorti tal-Ġustizzja invokat, minn naħa, iċ-ċirkustanza li l-Awla Dixxiplinari għandha tkun komposta biss minn Imħallfin li jkunu għadhom kif inħatru, bl-esklużjoni, konsegwentement, tal-Imħallfin li kienu diġà fil-kariga fi ħdan is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), u min-naħa l-oħra, il-fatt li l-Awla Dixxiplinari tidher, b’differenza mill-awli l-oħra li jifformaw din il-qorti, u bħalma jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikolu 20 tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema, li tgawdi minn livell partikolarment għoli ta’ awtonomija fi ħdan is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Ċertament, bħalma targumenta r-Repubblika tal-Polonja, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza A. K., ma kkonstatatx l-assenza ta’ konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-Awla Dixxiplinari u ta’ dawk li emendaw ir-regoli tal-kompożizzjoni tal-KRS, iżda ħalliet f’idejn il-qorti tar-rinviju sabiex twettaq l-evalwazzjonijiet meħtieġa għal dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, madankollu, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeċiedi, fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari, dwar il-kompatibbiltà ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali jew ta’ prassi nazzjonali mar-regoli tad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti lill-qorti tar-rinviju l-elementi ta’ interpretazzjoni kollha li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni li jistgħu jippermettu lil dik il-qorti tevalwa tali konformità għall-finijiet tas-sentenza fil-kawża li hija jkollha quddiemha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Pannon Gép Centrum</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑368/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:441">EU:C:2010:441</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>B’applikazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punt 132 tas-sentenza A. K., ippreċiżat li llimitat l-eżami tagħha għad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni billi tat interpretazzjoni tiegħu li kienet utli għall-qorti tar-rinviju, li għaliha kellha tevalwa, fid-dawl tal-punti ta’ interpretazzjoni hekk ipprovduti mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-konformità tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, invokati fil-punt 73 ta’ dan id-digriet, mad-dritt tal-Unjoni, sabiex tiddeċiedi l-kawżi pendenti quddiemha (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Pannon Gép Centrum</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑368/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:441">EU:C:2010:441</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fir-rigward preċiżament ta’ dawn il-punti, sa fejn dawn jirrigwardaw essenzjalment il-kompetenzi tal-Awla Dixxiplinari, il-kompożizzjoni tagħha, il-kundizzjonijiet u l-proċess ta’ ħatra tal-membri tagħha kif ukoll il-livell ta’ awtonomija tagħha fi ħdan is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), ir-rilevanza tagħhom ma tistax tiġi llimitata għaċ-ċirkustanzi fattwali tas-sentenza tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) tal‑<DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE>. Għalhekk, l-argument tar-Repubblika tal-Polonja li jipprova jinnega kull rilevanza ta’ din is-sentenza, minħabba li din ingħatat f’kuntest fattwali speċifiku, ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-punti li jinsabu, b’mod partikolari, fil-punti 136 sa 151 tas-sentenza A. K., kif ukoll tas-sentenzi, imsemmija fil-punti 19 sa 21 ta’ dan id-digriet, mogħtija mis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) fil‑<DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE> u fil‑<DATE ISO="20200115">15 ta’ Jannar 2020</DATE> wara s-sentenza A. K., ma jistax, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, jiġi eskluż li d-dispożizzjonijiet nazzjonali kontenzjużi, moqrija flimkien mal-Artikolu 20 tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema u l-Artikolu 9a tal-Liġi dwar il-KRS, jiksru l-obbligu impost fuq ir-Repubblika tal-Polonja, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, li tiżgura li d-deċiżjonijiet mogħtija fil-kuntest ta’ proċeduri dixxiplinari dwar l-Imħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) u tal-qrati tad-dritt komuni jkunu mistħarrġa minn istanza li tissodisfa r-rekwiżiti inerenti fi protezzjoni ġudizzjarja effettiva, fosthom dik ta’ indipendenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Konsegwentement, mingħajr ma tingħata deċiżjoni f’dan l-istadju dwar il-fondatezza tal-argumenti invokati mill-partijiet fil-kuntest tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, li taqa’ fil-kompetenza biss tal-qorti li tiddeċiedi fuq il-mertu, għandu jiġi kkonstatat li, fid-dawl tal-punti ta’ fatt imressqa mill-Kummissjoni kif ukoll tal-punti ta’ interpretazzjoni pprovduti, b’mod partikolari, mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑619/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:531">EU:C:2019:531</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u mis-sentenza A. K., l-argumenti mressqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tat-tieni lment tal-ewwel motiv tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, li din it-talba għal miżuri provviżorji hija bbażata fuqu, jidhru, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, li ma humiex nieqsa minn bażi serja, fis-sena tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 52 ta’ dan id-digriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-Repubblika tal-Polonja li l-Kummissjoni kellha turi li l-kundizzjoni dwar il-<HT TYPE="ITALIC">fumus boni juris</HT> hija ssodisfatta għall-ilmenti kollha mqajma insostenn tal-ewwel motiv tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, dan ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-dawl tal-għan limitat tat-talba għal miżuri provviżorji, jiġifieri s-sospensjoni tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-kuntest biss tat-tieni lment tal-ewwel motiv tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni hija obbligata tistabbilixxi l-eżistenza ta’ <HT TYPE="ITALIC">fumus boni juris</HT> biss fir-rigward ta’ dan l-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi konkluż li l-kundizzjoni dwar il-<HT TYPE="ITALIC">fumus boni juris</HT> hija ssodisfatta f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-urġenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-iskop tal-proċeduri għal miżuri provviżorji huwa li tiġi żgurata l-effikaċja sħiħa tad-deċiżjoni definittiva futura, sabiex jiġi evitat li jkun hemm lakuna fil-protezzjoni ġuridika żgurata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa sabiex jintlaħaq dan l-għan li l-urġenza għandha tiġi evalwata fil-konfront tal-ħtieġa li tingħata deċiżjoni provviżorja, sabiex jiġi evitat li jiġi kkawżat dannu gravi u irreparabbli lill-parti li titlob il-protezzjoni provviżorja. Hija din il-parti li għandha tipproduċi l-prova li hija ma tistax tistenna l-eżitu tal-proċedura fuq il-mertu mingħajr ma ġġarrab dannu ta’ din in-natura. Sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali dannu gravi u irreparabbli, ma huwiex neċessarju li l-okkorrenza tad-dannu tiġi stabbilita b’ċertezza assoluta. Huwa biżżejjed li dan ikun prevedibbli b’livell ta’ probabbiltà suffiċjenti (digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181217">17 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/18 R</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1021">EU:C:2018:1021</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Imħallef għal miżuri provviżorji għandu jsostni, għall-finijiet biss tal-evalwazzjoni tal-urġenza u mingħajr ma dan jimplika kwalunkwe teħid ta’ pożizzjoni min-naħa tiegħu fir-rigward tal-fondatezza tal-ilmenti mqajma fuq il-mertu mill-applikant għal miżuri provviżorji, li dawn l-ilmenti jistgħu jintlaqgħu. Fil-fatt, id-dannu gravi u irreparabbli li l-okkorrenza probabbli tiegħu għandha tiġi stabbilita huwa dak li jirriżulta, jekk ikun il-każ, mir-rifjut li jingħataw il-miżuri provviżorji mitluba fil-każ fejn ir-rikors fuq il-mertu sussegwentement jintlaqa’ (digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181217">17 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/18 R</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1021">EU:C:2018:1021</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Konsegwentement, f’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-urġenza, issostni li d-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fit-tieni lment tal-ewwel motiv tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jistgħu jikkompromettu l-indipendenza tal-Awla Dixxiplinari u jistgħu għalhekk imorru kontra l-obbligu tar-Repubblika tal-Polonja, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, li tiżgura li d-deċiżjonijiet mogħtija fil-kuntest tal-proċeduri dixxiplinari mibdija kontra l-Imħallfin tal-qrati nazzjonali msejħa sabiex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni huma mistħarrġa minn istanza li tissodisfa r-rekwiżiti inerenti fi protezzjoni ġudizzjarja effettiva, b’mod partikolari dik ta’ indipendenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni, hemm lok, barra minn hekk, li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, minn naħa, l-Awla Dixxiplinari hija diġà kkostitwita fil-kompożizzjoni tagħha li tirriżulta mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-ħatra tal-Imħallfin imsejħa sabiex jipparteċipaw fiha, u li, min-naħa l-oħra, din l-awla diġà bdiet l-attività tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi eżaminat jekk, bħalma targumenta l-Kummissjoni, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali kontenzjużi tistax tikkawża dannu gravi u irreparabbli fir-rigward tal-funzjonament tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-dispożizzjonijiet nazzjonali kontenzjużi jirriżulta li l-Awla Dixxiplinari tikkostitwixxi, fir-rigward tal-Imħallfin tal-qrati tad-dritt komuni, il-qorti dixxiplinari tat-tieni istanza u, f’ċerti każijiet, tal-ewwel istanza, u, fir-rigward tal-Imħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), il-qorti dixxiplinari tal-ewwel u tat-tieni istanzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Il-garanzija ta’ indipendenza tal-Awla Dixxiplinari bħala qorti li għandha kompetenza sabiex tiddeċiedi fil-kawżi dixxiplinari li jikkonċernaw l-Imħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) u tal-qrati tad-dritt komuni hija, konformement mal-ġurisprudenza invokata fil-punt 34 ta’ dan id-digriet, essenzjali sabiex tinżamm l-indipendenza kemm tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) kif ukoll ta’ dawn il-qrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-fatt li l-indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tista’ ma tkunx żgurata sakemm tingħata s-sentenza definittiva jkollu l-effett li jikkomprometti, matul dan l-istess perijodu wkoll, l-indipendenza tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) u tal-qrati tad-dritt komuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fil-fatt, is-sempliċi perspettiva, għall-Imħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) u tal-qrati tad-dritt komuni, li jinkorru r-riskju ta’ proċedura dixxiplinari li tista’ twassal sabiex tiġi adita istanza li l-indipendenza tagħha ma tkunx żgurata, tista’ taffettwa l-indipendenza rispettiva tagħhom. F’dan ir-rigward, in-numru ta’ proċeduri effettivament mibdija, sal-lum, fil-konfront ta’ tali mħallfin kif ukoll l-eżitu ta’ dawn il-proċeduri, ma humiex importanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Issa, konformement mal-ġurisprudenza invokata fil-punt 33 ta’ dan id-digriet, il-preżervazzjoni tal-indipendenza tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) u tal-qrati tad-dritt komuni hija ta’ importanza kbira sabiex il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet li l-partijiet f’kawża jisiltu mid-dritt tal-Unjoni tiġi żgurata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-fatt li l-indipendenza tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) ma tistax tiġi żgurata jista’ jwassal għal dannu gravi, min-natura tiegħu irreparabbli, għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u, għaldaqstant, għad-drittijiet li l-partijiet f’kawża jisiltu mid-dritt tal-Unjoni kif ukoll għall-valuri, stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, li fuqhom hija bbażata din l-Unjoni, b’mod partikolari, dik tal-Istat tad-dritt (ara, f’dan is-sens, id-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181217">17 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/18 R</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1021">EU:C:2018:1021</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali kontenzjużi, sa fejn dawn jattribwixxu l-kompetenza sabiex tingħata deċiżjoni fil-kawżi dixxiplinari dwar l-Imħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) u tal-qrati tad-dritt komuni lil istanza, f’dan il-każ l-Awla Dixxiplinari, li l-indipendenza tagħha tista’ ma tkunx żgurata, tista’ tikkawża dannu gravi u irreparabbli għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>L-argument tar-Repubblika tal-Polonja li l-kundizzjoni dwar l-urġenza ma hijiex issodisfatta f’dan il-każ għaliex il-Kummissjoni damet sabiex tieħu l-passi intiżi sabiex jintemm l-allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa biżżejjed li jitfakkar li r-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li fuqu hija bbażata din it-talba għal miżuri provviżorji jagħmel parti minn serje ta’ miżuri adottati mill-Kummissjoni fir-rigward tar-riformi leġiżlattivi kollha li jikkonċernaw is-sistema ġudizzjarja introdotti mir-Repubblika tal-Polonja mis-sena 2015, liema miżuri jinkludu l-adozzjoni, fl‑<DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, ta’ Proposta Raġunata skont l-Artikolu 7(1) [TUE] dwar l-Istat tad-Dritt fil-Polonja (COM(2017) 835 final), li fiha din l-istituzzjoni esponiet, b’mod partikolari, il-problemi li jqajmu d-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fir-rigward tal-prinċipju ta’ indipendenza tal-qrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Lanqas ma tista’ tintlaqa’ l-allegazzjoni tar-Repubblika tal-Polonja intiża li titwarrab l-eżistenza tal-urġenza għar-raġuni li l-Kummissjoni ressqet it-talba għal miżuri provviżorji tliet xhur wara l-preżentata tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Fil-fatt, qabelxejn, għandu jiġi rrilevat li, fid-data tal-preżentata tal-imsemmi rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni kienu ġew informati bid-data tal-għoti tas-sentenza A. K.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Issa, sa fejn dik is-sentenza kienet tqajjem il-kwistjoni tal-indipendenza tal-Awla Dixxiplinari, kien raġonevoli għall-Kummissjoni, qabel ma tressaq talba għal miżuri provviżorji, li tistenna t-tweġiba tal-Qorti tal-Ġustizzja għal din il-kwistjoni u, jekk ikun il-każ, li tevalwa l-effetti tal-imsemmija sentenza fil-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi rrilevat li, flimkien mal-preżentata tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni talbet l-applikazzjoni, għat-trattament ta’ dan ir-rikors, tal-proċedura mħaffa skont l-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 133(1) tar-Regoli tal-Proċedura, għar-raġuni, b’mod partikolari, li n-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu allegati fl-imsemmi rikors huma ta’ natura sistematika u li eżami tal-kawża f’termini qosra jservi ċ-ċertezza legali kemm fl-interess tal-Unjoni kif ukoll tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li tallega r-Repubblika tal-Polonja, il-fatt li din it-talba ġiet miċħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja ma jurix l-assenza ta’ urġenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma teżisti ebda korrelazzjoni bejn il-kwistjoni dwar jekk għandhiex tingħata deċiżjoni fuq il-mertu f’kawża skont il-proċedura mħaffa u dik dwar jekk il-miżuri provviżorji mitluba fil-kuntest ta’ din il-kawża humiex urġenti sabiex jiġi evitat li jiġi kkawżat dannu gravi lill-parti li titlobhom (digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180322">22 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wall Street Systems UK vs BĊE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑576/17 P(R) u C‑576/17 P(R)‑R</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:208">EU:C:2018:208</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-proċedura mħaffa tista’ ma tiġix applikata meta n-natura sensittiva u kumplessa tal-problemi legali mqajma minn kawża tagħmila diffiċli li tiġi applikata tali proċedura, b’mod partikolari meta ma jidhirx xieraq li titqassar il-fażi bil-miktub tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’analoġija, id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171018">18 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Weiss <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑493/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:792">EU:C:2017:792</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, għandu jiġi rrilevat li dan huwa l-każ fil-kawża odjerna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi konkluż li l-kundizzjoni dwar l-urġenza hija ssodisfatta f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ibbilanċjar tal-interessi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Jidher li, fil-biċċa l-kbira tal-proċeduri għal miżuri provviżorji, kemm l-għoti kif ukoll ir-rifjut li tingħata s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni mitluba jistgħu jipproduċu, sa ċertu punt, ċerti effetti definittivi u huwa l-Imħallef għal miżuri provviżorji, adit b’talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, li għandu jibbilanċja r-riskji marbuta ma’ kull waħda mis-soluzzjonijiet possibbli. B’mod konkret, dan jimplika b’mod partikolari li jiġi eżaminat jekk l-interess tal-parti li qiegħda titlob il-miżuri provviżorji li tikseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali jipprevalix fuq l-interess li dawn jiġu applikati immedjatament. Matul dan l-eżami, għandu jiġi ddeterminat jekk ir-revoka possibbli ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, wara li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun laqgħet ir-rikors fuq il-mertu, tippermettix li tinqaleb is-sitwazzjoni li tkun ġiet ikkawżata minħabba l-eżekuzzjoni immedjata tagħhom u, bil-maqlub, sa liema punt is-sospensjoni tkun ta’ natura li tostakola l-għanijiet imfittxija mill-imsemmija dispożizzjonijiet fil-każ li r-rikors fuq il-mertu jiġi miċħud (digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181217">17 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/18 R</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1021">EU:C:2018:1021</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni targumenta li, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tilqa’ r-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu wara li tkun irrifjutat li tordna l-miżuri provviżorji mitluba, il-funzjonament tajjeb tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jkun affettwat b’mod sistematiku u jkun hemm dannu irreparabbli għad-drittijiet li l-individwi jisiltu mid-dritt tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiċħad ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu wara li tkun ordnat il-miżuri provviżorji, l-unika konsegwenza ta’ dan tkun li l-funzjonament tal-Awla Dixxiplinari jkun ġie sospiż temporanjament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja targumenta li l-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji mitluba ġġiegħel lis-setgħa leġiżlattiva u dik eżekuttiva Pollakki jadottaw miżuri li l-effett prattiku tagħhom ikun ix-xoljiment ta’ korp tas-setgħa ġudizzjarja li jeżerċita, skont il-liġi, il-funzjonijiet strutturali tiegħu marbuta mal-amministrazzjoni tal-ġustizzja. L-applikazzjoni ta’ tali miżuri provviżorji għalhekk tkun tippreġudika l-prinċipji strutturali fundamentali tal-Istat Pollakk, billi ddgħajjef f’għajnejn il-partijiet f’kawża d-dehra ta’ indipendenza tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>L-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji mitluba jkollha wkoll l-effett li ttemm entità li l-baġit tagħha jiġi eżegwit mill-President tagħha, separatament mill-baġit tal-awli l-oħra tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema). Bl-istess mod, jisparixxi l-post tax-xogħol tal-impjegati responsabbli mis-servizz amministrattiv u finanzjarju tal-imsemmija entità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-applikazzjoni ta’ tali miżuri tkun tippreġudika d-dritt tal-partijiet f’kawża li l-kawżi tagħhom jkunu pendenti sabiex dawn jiġu eżaminati mill-qorti li tkun ġiet stabbilita preċedentement skont il-liġi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu, qabelxejn, jiġi rrilevat li, bħalma tfakkar fil-punt 29 ta’ dan id-digriet, għalkemm l-organizzazzjoni tal-ġustizzja tal-Istati Membri taqa’ taħt il-kompetenza ta’ dawn tal-aħħar, xorta jibqa’ l-fatt li, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri huma obbligati josservaw l-obbligi li jirriżultaw għalihom mid-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Sussegwentement, bħalma ġie rrilevat fil-punti 44 u 47 ta’ dan id-digriet, l-għoti tal-miżuri provviżorji mitluba ma jwassalx għax-xoljiment tal-Awla Dixxiplinari u lanqas, għaldaqstant, għat-tneħħija tas-servizzi amministrattivi u finanzjarji tagħha, iżda għas-sospensjoni provviżorja tal-attività tagħha sakemm tingħata s-sentenza definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn l-għoti tal-imsemmija miżuri jimplika li t-trattament tal-kawżi pendenti quddiem l-Awla Dixxiplinari għandu jiġi sospiż sakemm tingħata s-sentenza definittiva, id-dannu li jirriżulta mis-sospensjoni ta’ dawn il-kawżi għall-partijiet f’kawża kkonċernati huwa inqas minn dak li jirriżulta mill-eżami tagħhom minn istanza, jiġifieri l-Awla Dixxiplinari, li n-nuqqas ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tagħha ma jistax, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, jiġi eskluż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, id-diffikultajiet ta’ natura baġitarja invokati mir-Repubblika tal-Polonja li huma marbuta mal-għoti tal-miżuri provviżorji mitluba ma jistgħux jipprevalu fuq ir-riskju li jiġi ppreġudikat l-interess ġenerali tal-Unjoni fid-dawl tal-funzjonament tajjeb tal-ordinament ġuridiku tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, għandu jiġi konkluż li l-ibbilanċjar tal-interessi involuti jxaqleb huwa favur l-għoti tal-miżuri provviżorji mitluba mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, it-talba tal-Kummissjoni għal miżuri provviżorji, imsemmija fil-punt 1 ta’ dan id-digriet, għandha tintlaqa’.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tordna:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja għandha, immedjatament u sal-għoti tas-sentenza li ttemm l-istanza fil-Kawża C‑791/19,</HT></TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">tissospendi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-punt 5 tal-Artikolu 3, tal-Artikolu 27 u tal-Artikolu 73(1) tal-ustawa o Sądzie Najwyższym (il-Liġi dwar il-Qorti Suprema) tat‑<DATE ISO="20171208">8 ta’ Diċembru 2017</DATE> (Dz. U. tal‑2018, intestatura 5), kif emendata, li jikkostitwixxu l-bażi tal-kompetenza tal-Izba Dyscyplinarna (l-Awla Dixxiplinari) tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) sabiex tiddeċiedi, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell, fil-kawżi dixxiplinari relatati ma’ Mħallfin;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">tastjeni milli tibgħat il-kawżi pendenti quddiem l-Izba Dyscyplinarna (l-Awla Dixxiplinari) tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) lil kulleġġ ġudikanti li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ indipendenza ddefiniti, b’mod partikolari, fis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea, mhux iktar tard minn xahar wara n-notifika tad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja li jordna l-miżuri provviżorji mitluba, kull miżura li hija tkun adottat sabiex tikkonforma bis-sħiħ ma’ dan id-digriet.</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>