European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7477

17.12.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/3174, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3188 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja

(C/2024/7477)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/3174 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3188 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 u fir-Regolament (UE) 2024/2642 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi jidhru fl-entrati rilevanti fl-Annessi msemmija hawn fuq.

Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/2642, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi friżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill qabel is-7 ta' Jannar 2025 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex terġa' titqies id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq, fl-indirizz li ġej.

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Barra minn hekk, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj.

(2)   ĠU L, 2024/3174, 16.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3174/oj.

(3)   ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj.

(4)   ĠU L, 2024/3188, 16.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3188/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7477/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)