8.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Lulju 2009

li taħtar membru tar-Renju Unit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2009/525/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/651/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tar-Renju Unit,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi l-post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara r-riżenja tas-Sinjura Marge CAREY,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sinjura Dörthe WEIMANN, GRUPP II (Impjegati), hija b’dan maħtura membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BORG


(1)   ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13.