29.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/72


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9606 — ENGIE/Omnes Capital/Predica/EGI8 Portfolio)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 403/07)

1.   

Fit-22 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ENGIE SA (“ENGIE”, Franza),

—

Omnes Capital ("Omnes", Franza),

—

Predica Prévoyance Dialogue ("Predica", Franza), li tappartjeni għall-grupp Crédit Agricole S.A,

—

Portafoll ta’ parks eoliċi u impjanti fotovoltajċi, li jinsabu fi Franza (il-“Kumpaniji fil-Mira”, Franza), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn ENGIE.

Engie, Omnes u Predica jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpaniji fil-Mira.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

ENGIE: ENGIE hija kumpanija industrijali attiva fl-oqsma tal-provvista ta-gass u l-elettriċità, kif ukoll fis-servizzi tal-enerġija,

—

Omnes: Omnes Capital hija kumpanija Franċiża indipendenti li tiġġestixxi l-assi u li hija attiva f’diversi fergħat tal-ekwità privata, b’mod partikulari fis-settur tal-enerġija rinnovabbli,

—

Predica: Predica hija kumpanija Franċiża tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja u s-saħħa u li tappartjeni għall-grupp Franċiż, Crédit Agricole,

—

il-Kumpaniji fil-Mira: il-kumpaniji fil-Mira jikkonsistu f’portafoll ta’ parks eoliċi u impjanti fotovoltajċi li jinsabu fi Franza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9606 — ENGIE/Omnes Capital/Predica/EGI8 Portfolio

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.