<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-909/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0909</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:893">EU:C:2021:893</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20211028">28.10.2021</DATE> – Kawża C‑909/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Unitatea Administrativ Teritorială D.</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20211028">28 ta’ Ottubru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal‑kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal‑ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/88/KE</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni tal-ħin tax‑xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> u <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>ħin tax‑xogħol<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Taħriġ professjonali obbligatorju segwit fuq l-inizjattiva tal-persuna li timpjega</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑909/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Iaşi (il-Qorti tal‑Appell ta’ Iaşi, ir‑Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, li waslet fil‑Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20191211">11 ta’ Diċembru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">BX</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Unitatea Administrativ Teritorială, D.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn C. Lycourgos (Relatur), President tar-Raba’ Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tal-Għaxar Awla, I. Jarukaitis u M. Ilešič, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn E. Gane, A. Wellman u A. Rotăreanu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Nicolae u M. van Beek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l‑kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal‑punti 1 u 2 tal-Artikolu 2, kif ukoll tal-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/88/KE tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tal‑<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> li tikkonċerna ċerti aspetti tal‑organizzazzjoni tal-ħin tax‑xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2003, Vol. 299, p. 9), kif ukoll tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad‑Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn BX u l-Unitatea Administrativ Teritorială D. (l-Unità Amministrattiva u Territorjali ta’ D., ir-Rumanija) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Amministrazzjoni Lokali ta’ D.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) fuq ir-remunerazzjoni ta’ BX għall‑perijodi ta’ taħriġ professjonali segwiti fil-kuntest tal-kuntratt tax-xogħol tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Għan u skop<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, fil‑paragrafu 1 tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-siġurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id‑definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> ifisser kwalunkwe perjodu li matulu il-ħaddiem ikunu għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu, b’konformità mal-liġijiet nazzjonali u/jew prattiċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>perjodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> ifisser kwalunkwe perjodu li ma jkunx il-ħin tax-xogħol;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20190620">20 ta’ Ġunju 2019</DATE> dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl‑Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="186" PAGE.FIRST="105" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 186, p. 105</REF.DOC.OJ>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi jkunu jirrikjedu li impjegatur jipprovdi t-taħriġ lil ħaddiem sabiex ikun jista’ jwettaq ix-xogħol li jkun ġie impjegat għalih, dan it-taħriġ għandu jingħata lill-ħaddiem mingħajr ħlas, jgħodd bħala ħin tax-xogħol u, fejn possibbli, għandu jsir waqt il‑ħinijiet tax-xogħol.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 111 tal-Codul muncii (il-Kodiċi tax-Xogħol) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Ħin tax-xogħol ifisser kull perijodu li waqtu l-impjegat ikun ix-xogħol, għad‑dispożizzjoni tal-persuna li timpjega u fit-twettiq tal-attività jew tal‑funzjonijiet tiegħu, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu, tal-kuntratt kollettiv applikabbli u/jew tal‑leġiżlazzjoni fis-seħħ.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 112(1) ta’ dan il-kodiċi, it-tul normali tal-ħin tax‑xogħol, għall‑ħaddiema impjegati full-time huwa ta’ 40 siegħa fil‑ġimgħa, permezz ta’ 8 sigħat fil-ġurnata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 120 tal-imsemmi kodiċi, dwar id-definizzjoni legali u l‑kundizzjonijiet tax-xogħol supplimentari, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="120.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Ix-xogħol imwettaq barra l-ħin normali tax-xogħol fil-ġimgħa, previst fl‑Artikolu 112, jitqies li huwa xogħol supplimentari.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="120.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>Ix-xogħol supplimentari ma jistax jitwettaq mingħajr il-kunsens tal‑impjegat, ħlief fil-każijiet ta’ forza maġġuri jew għal xogħol urġenti intiż li jiġu evitati inċidenti jew sabiex jiġu eliminati l-konsegwenzi ta’ inċident.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 196 tal-Kodiċi tax-Xogħol, dwar ir-regolamentazzjoni tal‑attività ta’ taħriġ professjonali, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="196.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-parteċipazzjoni fit-taħriġ professjonali tista’ sseħħ fuq l‑inizjattiva tal‑persuna li timpjega jew tal-impjegat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="196.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-modalitajiet konkreti ta’ taħriġ professjonali, id-drittijiet u l‑obbligi tal‑partijiet, it-tul tat-taħriġ professjonali kif ukoll kull kwistjoni oħra relatata magħhom, inklużi l-obbligi kuntrattwali tal‑impjegat fil-konfront tal-persuna li timpjega li tkun sostniet l‑ispejjeż li jirriżultaw mit-taħriġ professjonali, għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim komuni bejn il-partijiet u għandhom ikunu s‑suġġett ta’ emendi għall-kuntratti ta’ xogħol.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 197 ta’ dan il-kodiċi, dwar l-ispejjeż tat-taħriġ professjonali u d‑drittijiet tal-impjegat, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="197.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Meta min jimpjega jieħu l-inizjattiva għall-parteċipazzjoni f’kors jew f’taħriġ professjonali, huwa għandu jsostni l-ispejjeż kollha li jirriżultaw minn din il-parteċipazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="197.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>Kemm jekk jipparteċipa f’kors jew f’taħriġ professjonali fil‑kundizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-ħaddiem għandu dritt, matul il‑perijodu kollu tat-taħriġ professjonali, għar-remunerazzjoni sħiħa tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="197.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-perijodu li matulu l-impjegat jipparteċipa f’kors jew f’taħriġ professjonali taħt il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandu jgħodd għall‑anzjanità fis-servizz tiegħu, fejn dan il-perijodu jitqies li jkun perijodu ta’ kontribuzzjoni għas-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-istat.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tal-ordin nr. 96 pentru aprobarea Criteriilor de performanță privind constituirea, încadrarea și dotarea serviciilor voluntare și a serviciilor private pentru situații de urgență (id-Digriet Nru 96, dwar l-Approvazzjoni tal‑Kriterji ta’ Prestazzjoni dwar l‑Istabbiliment, il-Klassifikazzjoni u l-Għoti tas‑Servizzi Volontarji u tas-Servizzi Privati<?PAGE NO="4"?> għas-Sitwazzjonijiet ta’ Emerġenza), tal‑<DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Nru 469 tat-<DATE ISO="20160623">23 ta’ Ġunju 2016</DATE>), fil-verżjoni applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Digriet Nru 96/2016<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), l‑amministrazzjoni lokali, l‑uffiċjali u l‑operaturi ekonomiċi/istituzzjonijiet huma marbuta li jikkostitwixxu servizzi volontarji jew servizzi privati għas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, skont il-każ, kif ukoll uffiċjali ta’ servizzi privati għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza kkostitwiti bħala kumpanniji fornitriċi ta’ servizzi li jkollhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ dan id-digriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1)(j) tal-kriterji ta’ prestazzjoni li jikkonċernaw l‑istabbiliment, il-klassifikazzjoni u l-għoti ta’ servizzi volontarji u ta’ servizzi privati għas‑sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, kif approvati bid‑Digriet Nru 96/2016 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>kriterji ta’ prestazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni formali dwar l-istabbiliment tas-servizz volontarju jew tas-servizz privat, għandhom jiġu ppreżentati d‑dokumenti li ġejjin, skont il-każ:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>j)</NO.P><TXT>dokumenti li jiċċertifikaw il-kwalifika jew il-kompetenzi professjonali speċifiċi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(1)(a) tal-kriterji ta’ prestazzjoni, il-kap tad‑dipartiment jifforma parti mill-pożizzjonijiet speċifiċi ta’ servizzi volontarji u ta’ servizzi privati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17 tal-kriterji ta’ prestazzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Il-persunal irreklutat għall-pożizzjonijiet speċifiċi msemmija fl‑Artikolu 14(1), u dak li jimla l-pożizzjonijiet ta’ kap tad-dipartiment u ta’ kap ta’ tim speċjalizzat għandhom ikollhom il-kwalifika jew il‑kompetenzi professjonali speċifiċi, iċċertifikati skont ir-regolamenti fis-seħħ.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 28(a) tal-kriterji ta’ prestazzjoni jirriżulta li l-kap tad‑dipartiment volontarju għandu jkollu l-awtorizzazzjoni formali tal‑Ispettorat (spezzjoni) tad‑dipartiment kompetenti, skont il-mudell previst fl-Anness Nru 4 tad-Digriet Nru 96/2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 50(1) tal-Ordonanța Guvernului României nr. 129/2000 privind formarea profesională a adulților (l-Ordinanza tal-Gvern Rumen Nru 129/2000 dwar it-taħriġ professjonali tal-adulti), tat-<DATE ISO="20000831">31 ta’ Awwissu 2000</DATE>, fil-verżjoni tagħha ppubblikata mill-ġdid (Monitorul Oficial al României, Nru 110 tat-<DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>L-impjegat għandu jirċievi r-remunerazzjoni stabbilita skont il-kuntratt ta’ xogħol li jikkorrispondi mal-ħin tax-xogħol normali tiegħu matul il‑perijodu li matulu huwa jipparteċipa fi programm ta’ taħriġ professjonali ffinanzjat mill‑persuna li timpjega.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>BX huwa impjegat mill-amministrazzjoni tal-komun ta’ D. fi ħdan is‑servizz volontarju għas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Il-pożizzjoni msemmija fil-kuntratt ta’ xogħol tagħha hija dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>kap tad‑dipartiment tal-prevenzjoni (pumpier) 541101, skont il‑klassifikazzjoni tal-professjonijiet fir-Rumanija<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. BX iwettaq ix‑xogħol tiegħu full-time, bi 8 sigħat kuljum u 40 siegħa fil-ġimgħa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni formali msemmija fl-Artikolu 28(a) tal‑kriterji ta’ prestazzjoni, bħala kundizzjoni neċessarja għall‑organizzazzjoni u l-eżerċizzju tal‑attività ta’ servizz pubbliku inkwistjoni fil-kawża prinċipali, BX irċieva istruzzjonijiet mingħand il‑persuna li timpjegah sabiex isegwi 160 siegħa ta’ taħriġ professjonali. Dan it-taħriġ twettaq matul ix-xhur ta’ Marzu u ta’ April 2017, bis‑saħħa ta’ kuntratt ta’ taħriġ professjonali ffirmat mill‑amministrazzjoni tal-komun ta’ D. ma’ impriża ta’ taħriġ professjonali, kuntratt li fih BX deher bħala l-benefiċjarju finali. L‑imsemmi taħriġ seħħ fil-bini ta’ din l-impriża, mill-15.00 sat-20.00 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-13.00 sas-18.00 nhar ta’ Sibt, u mis-13.00 sas-19.00 nhar ta’ Ħadd. Fl-aħħar nett, fost is-sigħat ta’ taħriġ segwiti minn BX, 124 seħħew barra mill-ħinijiet tax-xogħol normali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>BX ħarrek lill-amministrazzjoni tal-komun ta’ D. quddiem it-Tribunalul Vaslui (il-Qorti tal-Kontea ta’ Vaslui, ir-Rumanija) sabiex jikseb, b’mod partikolari, il‑kundanna tagħha għall-ħlas ta’ dawn il-124 siegħa bħala sigħat supplimentari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara ċ-ċaħda tat-talba tiegħu, BX appella quddiem il-Curtea de Apel Iaşi (il-Qorti tal-Appell ta’ Iaşi, ir-Rumanija), il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Din il-qorti tenfasizza, preliminarjament, li għalkemm ir‑remunerazzjoni tal‑impjegat hija kwistjoni ta’ dritt nazzjonali, xorta jibqa’ l-fatt li s-soluzzjoni tal‑kawża prinċipali tiddependi fuq il‑kwistjoni preliminari li jsir magħruf dwar jekk il-ħin li r-rikorrent fil‑kawża prinċipali ddedika għat-taħriġ professjonali, imwettaq fuq talba tal-persuna li timpjega, fis-sede tal-fornitur ta’ servizzi professjonali u barra mill-ħin tax-xogħol normali, għandux jiġi kklassifikat bħala ħin tax-xogħol jew perijodu ta’ serħan, fis-sens tal‑Artikolu 2 tad‑Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Hija tippreċiża, f’dan ir-rigward, li mil-leġiżlazzjoni Rumena, kif interpretata mill‑qrati nazzjonali, jirriżulta li l-ħin iddedikat għat-taħriġ professjonali ma jitteħidx inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ħin tax‑xogħol tal-impjegat, b’tali mod li dan tal-aħħar għandu dritt biss għar-remunerazzjoni li tikkorrispondi għas-sigħat ta’ xogħol normali, indipendentement mit-tul u mill-perijodu iddedikat għat-taħriġ professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal‑Ġustizzja, il‑klassifikazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tad‑Direttiva 2003/88, ta’ perijodu ta’ preżenza tal-ħaddiem tiddependi mill-obbligu ta’ dan tal-aħħar li jżomm ruħu għad-dispożizzjoni tal‑persuna li timpjegah. Il-fattur determinanti, f’dan ir-rigward, huwa l‑fatt li l-impjegat huwa marbut li jkun fiżikament preżenti fil-post stabbilit mill-persuna li timpjegah u li jżomm ruħu għad-dispożizzjoni ta’ din tal-aħħar sabiex ikun jista’ jipprovdi s-servizzi xierqa minnufih fil-każ ta’ bżonn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Sa fejn jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l‑possibbiltà li l‑ħaddiema jkunu jistgħu jiġġestixxu l-ħin tagħhom mingħajr ostakoli kbar u jiddedikaw ruħhom għall-interessi tagħhom stess huwa element ta’ natura li juri li l-perijodu ta’ żmien inkwistjoni ma jikkostitwixxix ħin tax-xogħol fis-sens tad‑Direttiva 2003/88, hemm lok li wieħed jikkonkludi li l-ħin iddedikat għall‑formazzjoni professjonali, fuq talba tal-persuna li timpjega, jikkostitwixxi ħin tax‑xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>B’dan premess, tali konklużjoni ma tirriżultax b’mod ċar mill‑ġurisprudenza, b’mod partikolari, mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Irlanda</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑87/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:449">EU:C:2015:449</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l‑Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-ħin ta’ taħriġ għat-tobba tal-isptarijiet mhux konsulenti, inkwistjoni fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa sabiex jiġi kklassifikat bħala ħin tax-xogħol, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, skont il-qorti tar-rinviju, ma hemm l-ebda dubju li l‑parteċipazzjoni fit-taħriġ professjonali, segwit mir-rikorrent fil-kawża prinċipali fuq l-inizjattiva tal-persuna li timpjega barra mill‑ħinijiet tax-xogħol, f’komun differenti minn dak tad-domiċilju, sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni formali neċessarja għall-organizzazzjoni u għall-eżerċizzju tas-servizz pubbliku inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxi ndħil fl-eżerċizzju sħiħ u liberu tad-dritt għal serħan, peress li l-persuna kkonċernata batiet il-kostrizzjoni li rriżultat, minn perspettiva ġeografika u temporali, min-neċessità li jiġi żgurat it‑taħriġ professjonali. Għalhekk, il-ħin iddedikat għat-taħriġ professjonali ma jistax jitqies li josserva r-rekwiżiti tad-definizzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis‑sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88, kif interpretata mill‑ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tevoka l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2019/1152, li minnu jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni jikklassifika bħala ħin tax-xogħol il-ħin li ħaddiem jiddedika għal taħriġ għat-twettiq tax-xogħol li għalih ikun impjegat. Madankollu, din id-direttiva ma hijiex applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għat-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Din il-qorti żżid li, għalkemm il-ħin iddedikat għat-taħriġ ta’ impjegat ma kellux jaqa’ taħt il-kunċett ta’ ħin tax-xogħol, fis-sens tal‑Artikolu 2(l) tad‑Direttiva 2003/88, għandu jiġi konkluż li l-punt 2 tal-Artikolu 2, u l-Artikoli 3, 5 u 6 ta’ din id-direttiva, li huma relatati, rispettivament, mas-serħan ta’ kuljum, mas-serħan fil-ġimgħa u mal-ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa, kif ukoll mal‑Artikolu 31(2) tal-Karta, li jipprovdi, b’mod partikolari, li kull ħaddiem għandu d-dritt għal limitazzjoni tal-ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa, u għal perijodi ta’ serħan kuljum u kull ġimgħa, jipprekludu kull interferenza tal‑eżerċizzju liberu tal-ħin ta’ serħan kuljum u kull ġimgħa tal‑impjegat, inkluż dak li jikkonċerna l-attivitajiet periferiċi, awżiljari jew anċillari għar-relazzjoni tax-xogħol, bħal, f’dan il-każ, dawk li jimplikaw il-parteċipazzjoni f’taħriġ professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, skont l-istess qorti, għalkemm il-parteċipazzjoni f’taħriġ professjonali matul il-ħin normali tax-xogħol titqies, mil-leġiżlazzjoni Rumena, bħala perijodu ta’ kontribuzzjoni għas-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat, u tgħodd għall-anzjanità fil-pożizzjoni u tippermetti lill‑impjegat jirċievi r-remunerazzjoni relatata, din il‑leġiżlazzjoni, min‑naħa l-oħra, ma tirregolax is-sitwazzjoni li fiha t-taħriġ professjonali jseħħ barra l-ħin tax-xogħol normali u hija ma timponi ebda obbligu fuq il-persuna li timpjega fir-rigward tal-ħinijiet ta’ taħriġ u lanqas xi limitazzjoni fir-rigward tal-osservanza tal-ħin tax-xogħol fil‑ġimgħa. Għalhekk, hija tistaqsi jekk dawn l-istess dispożizzjonijiet jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, filwaqt li tistabbilixxi obbligu ta’ taħriġ professjonali tal-impjegat, ma timponix fuq il-persuna li timpjega lil dan tal-aħħar l-obbligu li tosserva l-perijodu ta’ serħan tal‑impjegat fir-rigward tal-ħin ta’ parteċipazzjoni f’dan it-taħriġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Curtea de Apel Iaşi (il-Qorti tal-Appell ta’ Iași) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal‑Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>1)</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva [2003/88] għandu jiġi interpretat fis‑sens li l-perijodu li matulu impjegat isegwi taħriġ professjonali li huwa impost fuqu, li jseħħ barra mill-ħin normali tax-xogħol tiegħu, fis-sede tal‑fornitur tas-servizzi ta’ taħriġ, barra mill-post tax-xogħol tiegħu u li matulu ma jeżerċitax il‑funzjonijiet tax-xogħol tiegħu, huwa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ħin tax‑xogħol<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/>?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda 1, l-Artikolu 31(2) tal-[Karta] u d-dispożizzjonijiet tal-punt 2 tal-Artikolu 2, tal-Artikolu 3, tal-Artikolu 5 u tal-Artikolu 6 tad-Direttiva [2003/88] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, filwaqt li tistabbilixxi l-ħtieġa għat‑taħriġ professjonali tal-impjegat, ma tobbligax lill-persuna li timpjega tirrispetta l-perijodu ta’ mistrieħ tal-impjegat sa fejn dan jikkonċerna ż‑żmien li matulu għandhom jiġu segwiti l-korsijiet ta’ taħriġ?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li l-kawża prinċipali tirrigwarda r‑remunerazzjoni li għaliha ħaddiem qiegħed jallega li għandu dritt għal perijodi ta’ taħriġ professjonali li huwa kellu jwettaq fuq istruzzjoni tal-persuna li timpjegah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, bl‑eċċezzjoni tal‑ipoteżi partikolari dwar il-leave annwali mħallas, imsemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, din id-direttiva sempliċement tirregola ċerti aspetti tal‑organizzazzjoni tal-ħin tax‑xogħol sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal‑ħaddiema, b’tali mod li, bħala prinċipju, hija ma tapplikax għar‑remunerazzjoni tal-ħaddiema (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ pagamenti ta’ penalità f’post irtirat)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, peress li, kif tindika l-qorti tar-rinviju, fil-kuntest tal‑kawża prinċipali, il-kwistjoni tar-remunerazzjoni tal-perijodi ta’ taħriġ professjonali segwiti mir-rikorrent fil-kawża prinċipali tiddependi mill-klassifikazzjoni ta’ dawn il-perijodi bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tad‑Direttiva 2003/88, għandha tingħata risposta għad-domandi magħmula, li jirrigwardaw din il‑klassifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-perijodu li matulu ħaddiem isegwi taħriġ professjonali li jiġi impost fuqu mill‑persuna li timpjegah, li jseħħ barra mill-post abitwali tax-xogħol tiegħu, fil‑bini tal-fornitur tas‑servizzi ta’ taħriġ, u li matulu ma jeżerċitax il-funzjonijiet abitwali tiegħu, jikkostitwixxi ħin tax-xogħol, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li d-Direttiva 2003/88 għandha l‑għan li tistabbilixxi rekwiżiti minimi intiżi li jtejbu l‑kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol tal-ħaddiema permezz ta’ approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw, b’mod partikolari, it-tul tal-ħin tax-xogħol. Din l‑armonizzazzjoni fil-livell tal‑Unjoni Ewropea fil-qasam tal-organizzazzjoni tal‑ħin tax-xogħol hija intiża li tiggarantixxi protezzjoni aħjar tas-sigurtà u tas‑saħħa tal‑ħaddiema, billi tiżgura li dawn jibbenefikaw minn perijodi minimi ta’ serħan — b’mod partikolari ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa — kif ukoll minn perijodi ta’ pawża adegwati, u billi tipprevedi limitu massimu għat-tul ta’ xogħol fil-ġimgħa (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ pagamenti ta’ penalità f’post irtirat)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Id-diversi regoli li d-Direttiva 2003/88 tistabbilixxi fil-qasam tat-tul massimu tax‑xogħol u tal-ħin minimu ta’ serħan jikkostitwixxu regoli tad-dritt soċjali tal‑Unjoni li għandhom importanza partikolari li għandu jibbenefika minnhom kull ħaddiem u li tagħhom l-osservanza ma għandhiex tkun suġġetta għal kunsiderazzjonijiet ta’ natura purament ekonomika. Billi tistabbilixxi d-dritt ta’ kull ħaddiem għal limitazzjoni tal-ħin massimu tax-xogħol u għal perijodi ta’ serħan ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa, l-imsemmija direttiva tippreċiża d-dritt fundamentali espressament stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta u għandha, konsegwentement, tiġi interpretata fid-dawl tal-Artikolu 31(2). Isegwi b’mod partikolari li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 ma jistgħux jiġu interpretati b’mod restrittiv għad-detriment tad-drittijiet li l-ħaddiema jisiltu minnha (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ pagamenti ta’ penalità f’post irtirat)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il‑ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li l-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>kwalunkwe perjodu li matulu il‑ħaddiem ikunu għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l‑attivitajiet jew id-doveri tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Fil-punt 2 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, il‑kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> huwa ddefinit negattivament bħala kull perijodu li ma huwiex ħin tax‑xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>B’hekk, il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> huma esklużivi waħda mill-oħra. Il-perijodu ta’ taħriġ professjonali ta’ ħaddiem għandu għalhekk jiġi kklassifikat jew bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, jew bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> għall‑finijiet tal-applikazzjoni tad‑Direttiva 2003/88, peress li din tal-aħħar ma tipprevedix kategorija intermedja (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ pagamenti ta’ penalità f’post irtirat)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> jikkostitwixxu kunċetti tad-dritt tal-Unjoni li għandhom jiġu ddefiniti skont karatteristiċi oġġettivi, billi jsir riferiment għas-sistema u għall-għan tad‑Direttiva 2003/88. Fil-fatt, hija biss tali interpretazzjoni awtonoma li hija ta’ natura li tiżgura l-effett sħiħ ta’ din id-direttiva kif ukoll applikazzjoni uniformi ta’ dawn il-kunċetti fl-Istati Membri kollha (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ pagamenti ta’ penalità f’post irtirat)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li fattur determinanti sabiex jitqies li l-elementi karatteristiċi tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tad‑Direttiva 2003/88, ikunu preżenti huwa l-fatt li l-ħaddiem ikun marbut li jkun fiżikament preżenti fil-post stabbilit mill‑persuna li timpjega u li jżomm ruħu għad-dispożizzjoni ta’ din tal‑aħħar sabiex ikun jista’ jipprovdi s-servizzi tiegħu minnufih fil-każ ta’ bżonn (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ pagamenti ta’ penalità f’post irtirat)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-post tax-xogħol għandu jinftiehem bħala kull post fejn il‑ħaddiem jissejjaħ jeżerċita attività fuq ordni tal-persuna li timpjegah, inkluż meta dan il-post ma jkunx il-post fejn abitwalment iwettaq l-attività professjonali tiegħu (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Radiotelevizija Slovenija (Perijodu ta’ pagamenti ta’ penalità f’post irtirat)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:182">EU:C:2021:182</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, meta ħaddiem jirċievi istruzzjonijiet mingħand il-persuna li timpjegah sabiex isegwi taħriġ professjonali sabiex ikun jista’ jeżerċita l-funzjonijiet li huwa jokkupa u li, barra minn hekk, din il-persuna li timpjega stess tkun iffirmat il‑kuntratt ta’ taħriġ professjonali mal‑impriża msejħa<?PAGE NO="9"?> biex tipprovdi dan it-taħriġ, hemm lok li jitqies li, matul il-perijodi ta’ taħriġ professjonali, dan il-ħaddiem jinsab għad‑dispożizzjoni tal-persuna li timpjegah, fis-sens tal-punt 1 tal‑Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li huwa irrilevanti, f’dan ir-rigward, il-fatt li, f’dan il-każ, l‑obbligu ta’ BX li jsegwi taħriġ professjonali jirriżulta mil‑leġiżlazzjoni nazzjonali peress li, hekk kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, minn naħa, BX kien diġà impjegat mill‑amministrazzjoni tal-komun ta’ D. fil‑pożizzjoni li għaliha kien meħtieġ it-taħriġ professjonali u, min-naħa l-oħra, din l‑amministrazzjoni kienet marbuta li tobbliga lil BX isegwi dan it-taħriġ sabiex ikun jista’ jżomm il-pożizzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Huwa wkoll irrilevanti l-fatt, enfasizzat mill-qorti tar-rinviju, li l‑perijodi ta’ taħriġ professjonali jinżammu, kollha jew parzjalment, barra mill-ħin normali tax‑xogħol, peress li, għall-finijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>ħin tax‑xogħol<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, id-Direttiva 2003/88 ma tiddistingwix skont jekk dan il-ħin jitwettaqx fil-kuntest tas-sigħat normali tax‑xogħol (ara, b’analoġija, is‑sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001003">3 ta’ Ottubru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Simap</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑303/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:528">EU:C:2000:528</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li t-taħriġ professjonali inkwistjoni ma jseħħx fuq il-post abitwali ta’ xogħol tal-ħaddiem, iżda fil-bini tal-impriża li tipprovdi s-servizzi ta’ taħriġ, ma jneħħi xejn mill-fatt li, b’dan il-mod, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, il‑ħaddiem ikun marbut li jkun fiżikament preżenti fil-post iddeterminat mill-persuna li timpjega u, konsegwentement, ma jipprekludix, konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 40 ta’ din is‑sentenza, li jiġu kklassifikati l-perijodi ta’ taħriġ inkwistjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>ħin tax‑xogħol<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fis-sens tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-fatt li l-attività li ħaddiem iwettaq matul il-perijodi ta’ taħriġ professjonali hija distinta minn dik li huwa jwettaq fil-kuntest tal‑funzjonijiet abitwali tiegħu lanqas ma jipprekludi li dawn il-perijodi jiġu kklassifikati bħala ħin tax-xogħol fil-każ fejn it-taħriġ professjonali jiġi segwit fuq l-inizjattiva tal‑persuna li timpjega u fejn, konsegwentement, il-ħaddiem ikun suġġett, fil‑kuntest tal-imsemmi taħriġ, għall-istruzzjonijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għandu jintqal ukoll li l-interpretazzjoni hekk mogħtija hija kkorroborata mill‑għan tad-Direttiva 2003/88, imfakkra fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, kif ukoll mill-ġurisprudenza, imsemmija fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, li jgħidu li d‑dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88 ma għandhomx ikunu suġġetti għal interpretazzjoni restrittiva għad‑detriment tad-drittijiet li l-ħaddiem jislet minnha. Fil-fatt, interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fis-sens tal-punt 1 tal‑Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, li ma tippermettix li jiġu inklużi l‑perijodi ta’ taħriġ professjonali mwettqa mill-ħaddiem fuq l-inizjattiva tal-persuna li timpjegah, tkun tista’ tippermetti lil dan tal-aħħar jimponi fuq il-ħaddiem, li huwa l-parti dgħajfa fir-relazzjoni tax-xogħol (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>CCOO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑55/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:402">EU:C:2019:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210317">17 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Academia de Studii Economice din Bucureşti</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:210">EU:C:2021:210</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), obbligi ta’ taħriġ barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol, għad-detriment tad-dritt tal-ħaddiem li jibbenefika minn serħan suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, jidher li l-perijodi ta’ taħriġ professjonali ta’ BX għandhom jitqiesu li huma ħin tax-xogħol, fis-sens tal-punt 1 tal‑Artikolu 2 tad‑Direttiva 2003/88, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar‑rinviju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall‑ewwel domanda preliminari għandha tkun li l-punt 1 tal‑Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li l‑perijodu li matulu ħaddiem isegwi taħriġ professjonali impost fuqu mill-persuna li timpjegah, li jseħħ barra mill-post abitwali tax-xogħol tiegħu, fil-bini tal-fornitur tas-servizzi ta’ taħriġ, u li matulu ma jeżerċitax il-funzjonijiet abitwali tiegħu, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>ħin tax‑xogħol<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis‑sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in‑natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal‑osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> li tikkonċerna ċerti aspetti tal‑organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li l‑perijodu li matulu ħaddiem isegwi taħriġ professjonali impost fuqu mill‑persuna li timpjegah, li jseħħ barra mill-post abitwali tax-xogħol tiegħu, fil-bini tal-fornitur tas-servizzi ta’ taħriġ, u li matulu ma jeżerċitax il‑funzjonijiet abitwali tiegħu, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>