13.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1929

tal-31 ta’ Marzu 2022

li jemenda l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1227 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ mudelli għall-forniment ta’ informazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ notifika STS għal titolizzazzjonijiet sintetiċi fil-karta tal-bilanċ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 27(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1227 (2) jistabbilixxi l-użu ta’ mudelli għall-forniment ta’ informazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ notifika sempliċi, trasparenti u standardizzata (STS). B’mod partikolari, l-Annessi I sa III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1227 jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għal titolizzazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti STS stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 22 u fl-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2021/557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) emenda r-Regolament (UE) 2017/2402 permezz tal-estensjoni tal-qafas għat-titolizzazzjoni STS għal titolizzazzjonijiet sintetiċi fil-karta tal-bilanċ. B’konformità ma’ dan, jenħtieġ li jiġi speċifikat il-mudell għall-forniment tal-informazzjoni b’konformità mar-rekwiżit ta’ notifika STS fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet sintetiċi fil-karta tal-bilanċ.

(3)

Sabiex l-investituri, l-investituri potenzjali u l-awtoritajiet kompetenti jingħataw ħarsa komparattiva ġenerali tat-tipi kollha ta’ titolizzazzjonijiet STS, huwa xieraq li tiġi żgurata l-konsistenza fin-notifiki STS kollha. Għaldaqstant, il-mudell ta’ notifika għat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ jenħtieġ li jsegwi l-format tal-mudell għat-titolizzazzjonijiet tradizzjonali STS, filwaqt li jqis ukoll ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-ftehimiet ta’ protezzjoni tal-kreditu u r-rwol tal-aġent ta’ verifika ta’ parti terza stipulati fl-Artikolu 26e tar-Regolament (UE) 2017/2402.

(4)

Il-format għal kull wieħed mill-oqsma li għandhom jiġu rrapportati fin-notifikazzjoni ta’ titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ u kwalunkwe informazzjoni ppreżentata lill-ESMA jenħtieġ li tiġi ppreżentata elettronikament.

(5)

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1227 jirrifletti l-emendi għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1226 (4) stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022:1301 (5).

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1227 jiġi emendat skont dan.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(8)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li huma l-bażi ta’ dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1227

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1227 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (d), u l-Artikolu 1(2), il-punt (d), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1226 għandha tiġi pprovduta bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Jekk l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont dan l-Artikolu ma tkunx disponibbli jew meħtieġa minħabba l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji stabbiliti fl-Artikoli 43 u 43a tar-Regolament (UE) 2017/2402, in-notifika għandha tiddikjara ‘Mhux applikabbli minħabba l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji’ fil-qasam jew l-oqsma rilevanti tal-Annessi ta’ dan ir-Regolament”;

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1226 għandha tiġi inkluża fil-qasam ‘Kaxxa li trid timtela’ tal-Annessi I sa IV ta’ dan ir-Regolament.”;

(2)

L-Annessi I, II u III huma emendati kif stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(3)

Jiżdied l-Anness IV, kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1227 tat-12 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ mudelli għall-forniment ta’ informazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ notifika STS (ĠU L 289, 3.9.2020, p. 315).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2402 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata biex jgħin l-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 116, 6.4.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1226 tat-12 ta’ Novembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tingħata skont ir-rekwiżiti ta’ notifika STS (ĠU L 289, 3.9.2020, p. 285).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1301 ta’ 26 ta' July 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/1226 fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tingħata skont ir-rekwiżiti ta’ notifika STS għal titolizzazzjonijiet sintetiċi fil-karta tal-bilanċ (ĠU L 197, 26.7.2022, p. 10).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS I

L-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1227 huma emendati kif ġej:

1.

Fl-Anness I, fit-tabella “Formola ta’ notifika STS għal titolizzazzjonijiet mhux ABCP”, ir-ringieli li jikkorrispondu għall-kodiċijiet tal-oqsma STSS4, STSS17, STSS21 u STSS22 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“STSS4

Identifikatur uniku

 

{ALPHANUM-1000}

STSS17

Oriġinatur (jew mutwant oriġinali) huwa istituzzjoni ta’ kreditu

 

{Y/N}

STSS21

Soġġett għal irkupru sever

 

{ALPHANUM-10000}

STSS22

Eżenzjoni għad-dispożizzjonijiet ta’ rkupru fil-liġijiet nazzjonali dwar ta’ insolvenza

 

{ALPHANUM-10000}”

2.

Fl-Anness II, fit-tabella “Formola ta’ notifika STS għal titolizzazzjonijiet ABCP”, ir-ringieli li jikkorrispondu għall-kodiċijiet tal-oqsma STSAT4, STSAT17, STSAT21 u STSAT22 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“STSAT4

Identifikatur uniku

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT17

Oriġinatur (jew mutwant oriġinali) huwa istituzzjoni ta’ kreditu

 

{Y/N}

STSAT21

Soġġett għal irkupru sever

 

{ALPHANUM-10000}

STSAT22

Eżenzjoni għad-dispożizzjonijiet ta’ rkupru fil-liġijiet nazzjonali dwar ta’ insolvenza

 

{ALPHANUM-10000}”

3.

Fl-Anness III, fit-tabella “Formola ta’ notifika STS għal Programmi ABCP”, ir-ringieli li jikkorrispondu għall-kodiċi tal-oqsma STSAT4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“STSAP4

Identifikatur uniku

 

{ALPHANUM-1000}”


ANNESS II

“ANNESS IV

Formats ta’ qasam li għandhom jiġu applikati fil-formola ta’ notifika STS

SIMBOLU

TIP TA’ DATA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kamp tat-test liberu. Jenħtieġ li jiddaħħal f’format ASCII (ebda karattru aċċentat).

{COUNTRYCODE_2}

2 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż b’2 ittri, kif definit mill-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2. Jenħtieġ li jiddaħħal f’format ASCII (ebda karattru aċċentat).

{CURRENCYCODE_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-pajjiż ISO 4217. Jenħtieġ li jiddaħħal f’format ASCII (ebda karattru aċċentat).

{DATEFORMAT}

Il-format tad-data ISO 8601

Id-dati għandu jkollhom il-format li ġej: SSSS-XX-JJ

{Y/N}

karattru alfanumeriku wieħed (1)

“veru”- V

“falz” – N

{ISIN}

12 karattri alfanumeriċi

Kodiċi ISIN, kif definit fl-ISO 6166

{LEI}

20 karattri alfanumeriċi

Identifikatur ta’ entità ġuridika kif definit f’ISO 17442

Formola ta’ notifika STS għal titolizzazzjonijiet fil-karta tal-bilanċ

KODIĊI TAL-QASAM

ISEM TAL-QASAM

KAXXA LI TRID TIMTELA

FORMAT TAL-QASAM

STSSY 1

L-ewwel punt ta’ kuntatt

 

{LEI}

STSSY 2

Data ta’ notifika

 

{DATEFORMAT}

STSSY 3

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istrument

 

{ISIN}

STSSY 4

Identifikatur ta’ Entità Ġuridka (Legal Entity Identifier — “LEI”)

 

{LEI}

STSSY 5

Il-bejjiegħ tal-protezzjoni

 

{ALPHANUM-100}

STSSY 6

Identifikatur tan-notifika

 

{ALPHANUM-100}

STSSY 7

Identifikatur uniku

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 8

Repożitorju tat-Titolizzazzjoni

 

{ALPHANUM-100}

STSSY 9

Pajjiż ta’ stabbiliment

 

{COUNTRYCODE_2}

STSSY 10

Klassifikazzjoni ta’ titolizzazzjoni sintetika

 

{LEI}

STSSY 11

Titolizzazzjoni sintetika bi protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata

 

{LEI}

STSSY 12

Jintuża l-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Kreditu

 

{LEI}

STSSY 13

Klassifikazzjoni ta’ skoperturi sottostanti

 

{LEI}

STSSY 14

Data tal-ħruġ

 

{DATEFORMAT}

STSSY 15

Verifikatur ta’ Parti Terza Awtorizzata — dikjarazzjoni

 

{ALPHANUM-100}

STSSY 16

Veritifkatur ta’ parti terza awtorizzata – isem u pajjiż ta’ stabbiliment

 

{COUNTRYCODE_2}

STSSY 17

Verifikatur ta’ Parti Terza Awtorizzata — awtorità kompetenti

 

{ALPHANUM-100}

STSSY 18

Status STS

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 19

L-oriġinatur huwa entità taħt superviżjoni fl-Unjoni

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 20

Oriġinatur li japplika l-politiki tal-iskoperturi tal-parti terza mixtrija

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 21

Oriġinazzjoni ta’ skoperturi sottostanti

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 22

Assi miżmuma fuq il-karta tal-bilanċ tal-oriġinatur fl-għeluq tat-tranżazzjoni

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 23

Kategorija tal-grupp

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 24

L-ebda ħħeġġjar ulterjuri tal-iskopertura tal-oriġinatur

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 25

Ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu li jissodisfa l-Artikolu 249 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 26

Ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu li jissodisfa regoli oħra ta’ mitigazzjoni tal-kreditu

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY27

Rappreżentazzjonijiet u garanziji — Titolu legali għall-iskoperturi sottostanti

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY28

Rappreżentazzjonijiet u garanziji — L-oriġinatur iżomm ir-riskju tal-kreditu tal-assi sottostanti

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY29

Rappreżentazzjonijiet u garanziji — Konformità tal-iskopertura mal-kriterji tal-eliġibbiltà

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY30

Rappreżentazzjonijiet u garanziji — Obbligu legali u infurzabbli lid-debitur

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY31

Rappreżentazzjonijiet u garanziji — Kriterji ta’ sottoskrizzjoni

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY32

Rappreżentazzjonijiet u garanziji — Ma hemmx debituri fi ksur materjali jew f’inadempjenza

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY33

Rappreżentazzjonijiet u garanziji — L-ebda informazzjoni falza fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY34

Rappreżentazzjonijiet u garanziji — Eżegwibbiltà u l-possibbiltà tal-ġbir tal-iskoperturi sottostanti

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY35

Kriterji ta’ eliġibbiltà li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv tal-iskoperturi sottostanti fuq bażi diskrezzjonali

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY36

Eżenzjoni mill-projbizzjoni tal-ġestjoni tal-portafoll attiv

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY37

Skopertura miżjuda wara d-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni li tissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 38

Skopertura mħallsa għalkollox

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 39

Skoperturi sottostanti mhux utilizzabbli

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 40

Emenda mhux iġġenerata mill-kreditu

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 41

Kriterji ta’ eliġibbiltà mhux issodisfati

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 42

Omoġeneità tal-assi

 

{ALPHANUM}

STSSY 43

Tip ta’ assi wieħed biss

 

{ALPHANUM}

STSSY 44

Obbligi li huma kuntrattwalment vinkolanti u eżegwibbli

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 45

Pagament perjodiku definit

 

{ALPHANUM}

STSSY 46

Rikavat mill-bejgħ ta’ assi

 

{ALPHANUM}

STSSY 47

Titolu mhux trasferibbli

 

{ALPHANUM}

STSSY 48

Ebda rititolizzazzjoni

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 49

Standards ta’ sottoskrizzjoni żvelati lil investituri potenzjali

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 50

Rikors sħiħ għal debitur

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 51

Standards ta’ sottoskrizzjoni — L-ebda parti terza

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 52

Standards ta’ sottoskrizzjoni — Self residenzjali

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 53

Standards ta’ sottoskrizzjoni — Valutazzjoni tal-mutwatarju

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 54

Għarfien espert tal-oriġinatur jew tal-mutwanti oriġinali

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 55

L-ebda skopertura fl-inadempjenza

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 56

L-ebda storja ta’ kreditu negattiva

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 57

Ir-riskju ta’ nuqqas ta’ pagament mhuwiex ogħla minn dak għal skoperturi mhux ta’ titolizzazzjoni

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 58

Mill-inqas pagament wieħed magħmul fiż-żmien tal-inklużjoni tal-assi sottostanti

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 59

Konformità mar-rekwiżit tar-ritenzjoni tar-riskju

 

{ALPHANUM}

STSSY 60

Mitigazzjoni tar-riskji tar-rati tal-imgħax u tar-riskji tal-kambju

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 61

Kollateral ta’ protezzjoni tal-kreditu u pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu denominati fl-istess munita

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 62

Obbligazzjonijiet tal-SSPE daqs jew inqas mill-introjtu tal-SSPE

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 63

L-ebda derivattiv ma jintuża ħlief għall-iħħeġġjar ta’ mgħax jew riskji tal-kambju

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 64

L-użu ta’ derivattivi bbażati fuq standards komuni

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 65

Pagamenti tal-imgħax referenzjati bbażati fuq rati tal-imgħax użati b’mod ġenerali mingħajr formuli jew derivattivi kumplessi

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 66

Avveniment ta’ infurzar mingħajr preġudizzju għall-azzjoni ta’ infurzar tal-investitur

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 67

Infurzar tal-ftehim dwar il-protezzjoni tal-kreditu — L-ebda ammont ta’ flus kontanti ma għandu jinqabad fl-SSPE

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 68

Telf allokat fl-ordni ta’ anzjanità

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 69

Amortizzament sekwenzjali

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 70

Prijorità mhux sekwenzjali tal-pagamenti

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 71

Skattaturi relatati mal-prestazzjoni

 

{ALPHANUM}

STSSY 72

Skattaturi relatati mal-prestazzjoni

 

{ALPHANUM}

STSSY 73

Skattaturi relatati mal-prestazzjoni

 

{ALPHANUM}

STSSY 74

Ammont ta’ kollateral ugwali għall-ammont ta’ segmenti li qed jiġu amortizzati

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 75

Seħħ event ta’ kreditu u l-ammont ta’ protezzjoni tal-kreditu disponibbli fi kwalunkwe data ta’ pagament.

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 76

Dispożizzjonijiet jew skattaturi ta’ amortizzament antiċipat — Kwalità tal-kreditu

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 77

Dispożizzjonijiet jew skattaturi ta’ amortizzament antiċipat — Telf

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 78

Dispożizzjonijiet jew skattaturi ta’ amortizzament antiċipat — Skoperturi ġodda

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 79

Obbligi kuntrattwali, dmirijiet u responsabbiltajiet — Servizzjant

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 80

Obbligi kuntrattwali, dmirijiet u responsabbiltajiet —

Fiduċjarju

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 81

Obbligi kuntrattwali, dmirijiet u responsabbiltajiet — Aġent ta’ verifika minn parti terza

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 82

Obbligi kuntrattwali, dmirijiet u responsabbiltajiet — Inadempjenza jew insolvenza

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 83

Obbligi kuntrattwali, dmirijiet u responsabbiltajiet — Proċeduri ta’ servizzjar

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 84

Standards tas-Servizzjar

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 85

Għarfien espert meħtieġ mis-servizzjant

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 86

Politiki, proċeduri u kontrolli tal-ġestjoni tar-riskju ddokumentati tajjeb u adegwati fis-seħħ

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 87

Proċeduri ta’ servizzjar tal-anqas stretti daqs dawk applikati għal skoperturi simili mhux titolizzati

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 88

Reġistru ta’ referenza fis-seħħ

 

{ALPHANUM}

STSSY 89

Reġistru ta’ referenza - Kontenut

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 90

Riżoluzzjoni f’waqtha ta’ kunflitti bejn klassijiet differenti ta’ investituri

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 91

SSPE — Id-drittijiet tal-vot definiti b’mod ċar

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 92

Data dwar Prestazzjonijiet Storiċi fir-rigward ta’ Inadempjenzi u Telf

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 93

Kampjun tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għal verifika esterna

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 94

Disponibbiltà ta’ mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligazzjonijiet għal investituri potenzjali

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 95

Pubblikazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali ta’ skoperturi sottostanti magħmula minn self residenzjali jew self jew kiri tal-vetturi

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 96

Deroga mir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali ta’ skoperturi sottostanti magħmula minn self residenzjali jew self jew kiri ta’ karozzi

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY97

L-oriġinatur responsabbli mill-konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/2402

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 98

Informazzjoni dwar l-Artikolu 7(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/2402 disponibbli għall-investituri potenzjali

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 99

Informazzjoni dwar l-Artikolu 7(1), il-punti (b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) 2017/2402 disponibbli għall-investituri potenzjali mill-inqas f’forma ta’ abbozz jew f’forma inizjali

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 100

Events ta’ kreditu u użu ta’ garanziji

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 101

Events ta’ kreditu u użu ta’ derivattivi ta’ kreditu

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 102

Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Kreditu dokumentat

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 103

Il-miżuri ta’ tolleranza ma jipprekludux l-iskattar ta’ events ta’ kreditu eliġibbli

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 104

Pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu bbażat fuq it-telf effettiv imġarrab u politiki u proċeduri ta’ rkupru standard

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 105

Pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu pagabbli f’perjodu ta’ żmien speċifikat

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 106

Pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu interim sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara event ta’ kreditu

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 107

Pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu interim ogħla mill-ammont ta’ telf mistenni applikabbli

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 108

Termini tal-pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu interim

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 109

Metodu għall-kalkolu tal-pagamenti tal-protezzjoni tal-kreditu interim u finali

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 110

Pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu proporzjonali għas-sehem tal-ammont nominali pendenti

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 111

Eżegwibbiltà tal-pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu interim

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 112

L-ammont pagabbli skont il-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu lill-investituri huwa stabbilit fil-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu.

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 113

Kalkolu tal-ammonti fiċ-ċirkostanzi kollha

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 114

Iċ-ċirkostanzi tal-pagamenti tal-investituri stabbiliti skont il-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu.

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 115

Il-valutazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-aġent ta’ verifika ta’ parti terza li jiskattaw il-pagamenti tal-investituri

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 116

Pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu kkalkulat fil-livell ta’ skopertura sottostanti individwali.

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 117

Speċifikazzjoni tal-perjodu massimu ta’ estensjoni għall-proċess tar-ristrutturar tad-dejn

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 118

Perjodu ta’ estensjoni ta’ inqas minn sentejn

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 119

Pagament ta’ protezzjoni tal-kreditu finali bbażat fuq l-istima tal-aħħar telf tal-oriġinatur

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 120

It-terminazzjoni tal-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 121

Primjums tal-protezzjoni tal-kreditu kontinġenti fuq l-ammont nominali pendenti

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 122

Ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu li ma jistipulax mekkaniżmi li jistgħu jevitaw jew inaqqsu l-allokazzjoni attwali tat-telf lill-investituri

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 123

Deroga għall-pagamenti tal-primjum bil-quddiem

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 124

Deskrizzjoni tal-primjum tal-protezzjoni tal-kreditu fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 125

Eżegwibbiltà tad-drittijiet tal-investitur

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 126

Ħatra ta’ aġent ta’ verifika ta’ parti terza qabel id-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 127

Kontroll tal-aġent tal-verifika minn parti terza — Avviż ta’ event ta’ kreditu speċifikat fit-termini tal-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 128

Verifika tal-aġent tal-verifika ta’ parti terza — Skopertura sottostanti inkluża fil-portafoll ta’ referenza

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 129

Verifika tal-aġent ta’ verifika ta’ parti terza — Kriterji eliġibbli ssodisfati fiż-żmien tal-inklużjoni fil-portafoll ta’ referenza

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 130

Kontroll tal-aġent ta’ verifika ta’ parti terza — Konformità mal-kundizzjonijiet tar-rikostituzzjoni

 

{{ALPHANUM-1000}

STSSY 131

Verifika tal-aġent ta’ verifika ta’ parti terza — Telf konsistenti mar-rapport tal-introjtu tal-oriġinatur

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 132

Verifika tal-aġent ta’ verifika minn parti terza — Telf allokat b’mod korrett lill-investituri

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 133

Aġent ta’ verifika ta’ parti terza indipendenti mill-oriġinaturi, l-investituri u (fejn applikabbli) l-SSPE

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 134

Ħatra tal-aġent ta’ verifika ta’ parti terza sad-data tal-għeluq

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 135

Kontroll tal-aġent ta’ verifika ta’ parti terza magħmul fuq bażi ta’ kampjun

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 136

Il-possibbiltà li l-investituri jirrikjedu li l-aġent ta’ verifika ta’ parti terza jivverifika kwalunkwe skopertura sottostanti

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 137

Il-possibbiltà li l-aġent ta’ verifika ta’ parti terza jkollu aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha

 

{ALPHANUM-10000}

STSS 138

Events ta’ terminazzjoni

 

{ALPHANUM-10000}

STSS 139

Dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni — Drittijiet ta’ call

 

{ALPHANUM-10000}

STSS 140

Dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni — Time call mhux strutturata biex jiġi evitat li t-telf jiġi allokat għal pożizzjonijiet ta’ titjib fil-kreditu

 

{ALPHANUM-10000}

STSS 141

Time call

 

{ALPHANUM-10000}

STSS 142

Protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu — Rendikont kollaterali lill-investituri fl-ordni tas-superjorità tas-segmenti

 

{ALPHANUM-10000}

STSS 143

Terminazzjoni tat-tranżazzjoni mill-investituri meta jonqsu milli jħallsu l-primjum tal-protezzjoni tal-kreditu

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 144

Ammont ta’ marġni pożittiv sintetiku għall-investituri speċifikat fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni u espress bħala perċentwal fiss tal-bilanċ tal-portafoll pendenti totali

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 145

Marġni pożittiv sintetiku mhux użat li għandu jiġi rritornat lill-oriġinatur

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 146

Oriġinaturi li jużaw approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjoni interna — Ammont totali impenjat fis-sena mhux ogħla mill-ammonti regolatorji ta’ telf mistenni fuq sena

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 147

Oriġinaturi li ma jużawx kalkolu fuq approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni — kalkolu tat-telf mistenni ta’ sena tal-portafoll sottostanti jiġi ddeterminat b’mod ċar fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 148

Kundizzjonijiet sintetiċi tal-marġni pożittiv stabbiliti fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni

 

{ALPHANUM-10000}

STSS 149

Tintuża protezzjoni tal-kreditu

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 150

Eżegwibbiltà tad-dritt tal-oriġinatur li juża l-kollateral biex jissodisfa l-obbligi ta’ pagament ta’ protezzjoni tal-investituri permezz ta’ arranġamenti kollaterali xierqa

 

{ALPHANUM}

STSSY 151

Id-dritt tal-investituri li jirċievu kwalunkwe kollateral mhux użat meta t-titolizzazzjoni tersaq lejn tmiemha jew meta s-segmenti jamortizzaw

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 152

Kollateral investit f’titoli — Kriterji ta’ eliġibbiltà u arranġament ta’ kustodja speċifikat fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni

 

{ALPHANUM}

STSSY 153

Investituri esposti għar-riskju tal-kreditu tal-oriġinatur

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 154

Opinjoni legali li tikkonferma l-infurzabbiltà tal-protezzjoni tal-kreditu fil-ġurisdizzjonijiet kollha

 

{ALPHANUM-1000}

STSSY 155

Kollateral ta’ kwalità - titoli ta’ dejn b’piż tar-riskju ta’ 0 %

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 156

Kollateral ta’ kwalità għolja — flus kontanti ma’ istituzzjoni ta’ kreditu terza bi kwalità kreditizja ta’ grad 3 jew ogħla

 

{ALPHANUM-10000}

STSSY 157

Deroga — kollateral fil-forma ta’ flus kontanti depożitati mal-oriġinatur

 

{ALPHANUM}

STSSY 158

Kollateral f’forma ta’ flus kontanti fuq depożitu mal-oriġinatur - permess tal-awtorità kompetenti

 

{ALPHANUM}

STSSY 159

Trasferiment ta’ kollateral fejn istituzzjoni ta’ kreditu jew oriġinatur terz ma jibqax jissodisfa grad minima tal-kwalità kreditizja

 

{ALPHANUM}

STSSY 160

Konformità mar-rekwiżiti tal-kollateral fil-każ ta’ investimenti f’noti marbuta ma’ kreditu maħruġa mill-oriġinatur

 

{ALPHANUM-1000}

”