|
10.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 33/3 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/172
tal-24 ta' Novembru 2015
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-ispeċifikazzjoni tal-prodotti tal-enerġija
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 stabbilixxa struttura modulari għall-kontijiet ekonomiċi ambjentali, inkluż modulu għall-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija li huwa stabbilit fl-Anness VI tiegħu. |
|
(2) |
It-tfassil ta' lista ta' prodotti tal-enerġija għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 691/2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej huwa element essenzjali biex jiġi ddeterminat l-ambitu tal-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri u biex tiġi żgurata l-konsistenza interna (li tibbilanċja) tal-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija. |
|
(3) |
L-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi lista ta' prodotti tal-enerġija għall-istatistika dwar l-enerġija. Abbażi ta' din il-lista, hemm bżonn jiġu speċifikati l-prodotti tal-enerġija għall-finijiet tal-kontijiet tal-enerġija. Il-kontijiet tal-enerġija għandhom l-għan li janalizzaw l-interazzjonijiet bejn l-ambjent u l-azzjoni tal-bniedem bl-għan li jiġi evalwat iċ-ċiklu tal-ambjent-ekonomija-ambjent maħluq mill-attività tal-bniedem. Għaldaqstant, il-kontijiet tal-enerġija għandhom jinkludu b'mod partikolari r-residwi li jirriżultaw mill-użu finali tal-prodotti tal-enerġija, kif ukoll il-prodotti naturali mhux maħduma u dawk ipproċessati. |
|
(4) |
Id-definizzjoni għall-prodotti tal-enerġija mhux koperti fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 għandha tkun ibbażata fuq l-istandards internazzjonali tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali, sabiex tiġi żgurata l-kosteffiċjenza u jiġi evitat il-piż żejjed fuq dawk li jwieġbu. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-finijiet tat-Taqsima 3 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 691/2011, l-Istati Membri għandhom jipproduċu l-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija li jinkludu l-prodotti tal-enerġija elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika tal-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1).
ANNESS
|
Tikketta |
Korrispondenza għall-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 (fejn teżisti korrispondenza) |
Definizzjoni ta' prodott tal-enerġija (fejn ma teżistix korrispondenza għall-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008) |
|||||||||||||||||
|
Sorsi ta' Enerġija Naturali |
|
Il-flussi ta' enerġija li jittieħdu mill-ambjent naturali bħala parti minn attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni jew li jintużaw direttament fil-produzzjoni |
|||||||||||||||||
|
N01 |
Sorsi ta' enerġija naturali fossili mhux rinnovabbli |
|
Il-flussi ta' enerġija li jittieħdu minn riżorsi tal-enerġija fossili (riżorsi taż-żejt, riżorsi ta' gass naturali, riżorsi ta' faħam u pit) li jinsabu fl-ambjent naturali permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni |
||||||||||||||||
|
N02 |
Sorsi ta' enerġija naturali nukleari mhux rinnovabbli |
|
Il-flussi ta' enerġija nukleari utilizzabbli li jittieħdu minn riżorsi minerali li jinsabu fl-ambjent naturali permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni |
||||||||||||||||
|
N03 |
Sorsi ta' enerġija naturali rinnovabbli mill-idroenerġija |
|
Il-flussi ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li jittieħdu mill-ambjent naturali permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni — f'dan il-każ l-enerġija idrokinetika |
||||||||||||||||
|
N04 |
Sorsi ta' enerġija naturali rinnovabbli minn ġenerazzjoni eolika |
|
Il-flussi ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li jittieħdu mill-ambjent naturali permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni — f'dan il-każ l-enerġija kinetika mir-riħ maqbuda permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni |
||||||||||||||||
|
N05 |
Sorsi ta' enerġija naturali rinnovabbli minn ġenerazzjoni solari |
|
Il-flussi ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li jittieħdu mill-ambjent naturali permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni — f'dan il-każ l-enerġija mir-radjazzjoni solari maqbuda permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni |
||||||||||||||||
|
N06 |
Sorsi ta' enerġija naturali rinnovabbli ġġenerati mill-bijomassa |
|
Il-flussi ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li jittieħdu mill-ambjent naturali permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni — f'dan il-każ l-enerġija ġġenerata mill-bijomassa |
||||||||||||||||
|
N07 |
Sorsi oħra ta' enerġija naturali rinnovabbli |
|
Il-flussi ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li jittieħdu mill-ambjent naturali permezz ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni — f'dan il-każ oħrajn li mhumiex imsemmija taħt N03, N04, N05 u N06, bħalma huma l-enerġija ġeotermali, l-enerġija mill-mewġ u l-enerġija mill-marea |
||||||||||||||||
|
Prodotti tal-Enerġija |
|
Il-flussi ta' enerġija prodotti bħala riżultat tal-attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni (prodotti kif definiti fil-kontijiet nazzjonali tal-ESA) |
|||||||||||||||||
|
P08 |
Faħam iebes |
|
|
||||||||||||||||
|
P09 |
Faħam kannella u pit |
|
|
||||||||||||||||
|
P10 |
Gassijiet derivati (= gassijiet manifatturati minbarra l-bijogass) |
|
|
||||||||||||||||
|
P11 |
Prodotti tal-faħam sekondarji (kokk, qatran tal-faħam, fjuwil bil-privattiva, BKB u prodotti tal-pit) |
|
|
||||||||||||||||
|
P12 |
Żejt mhux maħdum, NGL u idrokarburi oħra (minbarra bijokomponenti) |
|
|
||||||||||||||||
|
P13 |
Gass naturali (mingħajr bijokomponenti) |
|
|
||||||||||||||||
|
P14 |
Petrol għall-magni (mingħajr bijokomponenti) |
|
|
||||||||||||||||
|
P15 |
Pitrolju u jet fuels (mingħajr bijokomponenti) |
|
|
||||||||||||||||
|
P16 |
Nafta |
|
|
||||||||||||||||
|
P17 |
Diżil tat-trasport (mingħajr bijokomponenti) |
|
|
||||||||||||||||
|
P18 |
Żejt għall-gass għat-tisħin u żejt tal-gass ieħor (mingħajr bijokomponenti) |
|
|
||||||||||||||||
|
P19 |
Żejt tal-fjuwil residwali |
|
|
||||||||||||||||
|
P20 |
Gass tar-raffineriji, ethane u LPG |
|
|
||||||||||||||||
|
P21 |
Prodotti taż-żejt mhux raffinat oħra, inklużi addittivi/ossiġenati u materja prima tar-raffineriji |
|
|
||||||||||||||||
|
P22 |
Fjuwil nukleari |
|
|
||||||||||||||||
|
P23 |
Injam, skart tal-injam u bijomassa solida oħra, faħam tal-kannol |
|
|
||||||||||||||||
|
P24 |
Bijofjuwils likwidi |
|
|
||||||||||||||||
|
P25 |
Bijogass |
|
|
||||||||||||||||
|
P26 |
Enerġija elettrika |
|
|
||||||||||||||||
|
P27 |
Sħana |
|
|
||||||||||||||||
|
Residwi ta' Enerġija |
|
Flussi ta' kontenut ta' enerġija f'nonprodotti skartati, mormija jew emessi bħala riżultat ta' attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni, konsum u akkumulazzjoni |
|||||||||||||||||
|
R28 |
Skart rinnovabbli |
|
|
||||||||||||||||
|
R29 |
Skart mhux rinnovabbli |
|
|
||||||||||||||||
|
R30 |
Telf ta' enerġija ta' kull tip (waqt l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u t-trasformazzjoni, u sħana dissipattiva mill-użu aħħari) |
|
Flussi ta' enerġija (prinċipalment fil-forma ta' sħana dissipattiva) skartati, mormija jew emessi fl-ambjent bħala riżultat ta' attivitajiet ekonomiċi |
||||||||||||||||
|
R31 |
Enerġija inkorporata fi prodotti għal użu mhux għall-enerġija |
|
Flussi ta' enerġija inkorporata fi prodotti għal użu mhux għall-enerġija, bħal lubrikanti, bitum |
||||||||||||||||