Brussell, 24.8.2018

COM(2018) 604 final

ANNESS

tal-

Proposta għal DEĊIŻJONI tal-Kunsill

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju
li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej
u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra,
biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

PROTOKOLL
GĦALL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU

LI JISTABBILIXXI ASSOĊAZZJONI BEJN IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHOM, MIN-NAĦA L-WAĦDA, U R-REPUBBLIKA TAT-TUNEŻIJA, MIN-NAĦA L-OĦRA

SABIEX TITQIES L-ADEŻJONI

TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA MAL-UNJONI EWROPEA

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' FRANZA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ

Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, irrappreżentati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,

U L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

minn naħa,

kif ukoll

IR-REPUBBLIKA TAT-TUNEŻIJA, minn hawn ’il quddiem imsejħa t-“Tuneżija”,

min-naħa l-oħra,

minn hawn ’il quddiem imsejħa flimkien “il-Partijiet Kontraenti”, għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll,

BILLI l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, ġie ffirmat fi Brussell fis-17 ta’ Lulju 1995, daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998;

BILLI t-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “It-Trattat ta' Adeżjoni”, ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2013;

BILLI skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni, tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tagħha mal-ftehim għandha tiġi miftiehma bil-konklużjoni ta’ protokoll għall-Ftehim;

BILLI l-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 23(2) tal-Ftehim Ewro-Mediterranju saru biex ikun żgurat li ġew ikkunsidrati l-interessi reċiproċi tal-Unjoni u tat-Tuneżija,

FTIEHMU kif ġej:

ARTIKOLU 1

Ir-Repubblika tal-Kroazja b'dan taċċedi bħala Parti fil-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, u għandha tadotta rispettivament, bl-istess mod kif għamlu l-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni, it-testi tal-Ftehim kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji tal-Ittri.

KAPITOLU I

Emendi fit-test tal-Ftehim Ewro-Mediterranju inklużi l-annessi u l-protokolli tiegħu

ARTIKOLU 2

Regoli ta’ oriġini

Il-Protokoll 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-Anness IVa għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IVA

Test tad-dikjarazzjoni fuq fattura

Id-dikjarazzjoni fuq fattura, li t-test tagħha jinsab hawn taħt, trid issir skont in-noti f’qiegħ il-paġna. Madankollu, mhuwiex neċessarju li n-noti f’qiegħ il-paġna jiġu riprodotti.

Verżjoni Bulgara

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № …( 1 ) декларира, че освен където е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход( 2 ) .

Verżjoni Spanjola

El exportador de los productos incluidos en el presente documento [autorización aduanera no …(1)] declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial…(2).

Verżjoni Ċeka

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (2).

Verżjoni Daniża

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2).

Verżjoni Ġermaniża

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anders angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind.

Verżjoni Estonjana

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti kinnitus nr …( 3 ) ) deklareerib, et need tooted on …( 4 ) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul, kui on selgelt näidatud teisiti.

Verżjoni Griega

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο [άδεια τελωνείου υπ’ αριθ. … (1)] δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2).

Verżjoni Ingliża

The exporter of the products covered by this document (customs authorisation No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin.

Verżjoni Franċiża

L’exportateur des produits couverts par le présent document [autorisation douanière no … (1)] déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l’origine préférentielle … (2).

Croatian version

Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. ...(1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi .... (2) preferencijalnog podrijetla.

Verżjoni Taljana

L’esportatore delle merci contemplate nel presente documento [autorizzazione doganale n. … (1)] dichiarache, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

Verżjoni Latvjana

Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no … (2).

Verżjoni Litwana

Šiame dokumente išvardintų prekių eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinės kilmės prekės.

Verżjoni Ungeriża

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő egyértelmű jelzés hianyában az áruk preferenciális … (2) származásúak.

Verżjoni Maltija

L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. …( 5 ) ) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali … ( 6 ).

Verżjoni Olandiża

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële …oorsprong zijn (2).

Verżjoni Pollakka

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają … (2) preferencyjne pochodzenie.

Verżjoni Portugiża

O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento [autorização aduaneira n.o … (1)], declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2).

Verżjoni Rumena

Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document [autorizația vamală nr. … (1)] declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (2).

Verżjoni Slovena

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št. … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo.

Verżjoni Slovakka

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente [číslo povolenia … (1)] vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2).

Verżjoni Finlandiża

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa nro …( 7 ) ) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … ( 8 ) alkuperätuotteita.

Verżjoni Żvediża

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2).

Verżjoni Għarbija

..........................................................................................................................................................( 9 ) (Post u data)

..........................................................................................................................................................( 10 )

(Firma tal-esportatur; barra minn hekk, l-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni jrid jiġi indikat b'kitba ċara)”

2. L-Anness IVb għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"ANNESS IVB

Test tad-dikjarazzjoni fuq fattura EUR-MED

Id-dikjarazzjoni fuq fattura EUR-MED, li t-test tagħha jidher hawn taħt, trid issir skont in-noti f’qiegħ il-paġna. Madankollu, mhuwiex neċessarju li n-noti f’qiegħ il-paġna jiġu riprodotti.

Verżjoni Bulgara

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № ...( 11 ) ) декларира, че освен където ясно е отбелязано друго, тези продукти са с ... преференциален произход( 12 ) .

— akkumulazzjoni applikata ma’ ...... (isem tal-pajjiż/pajjiżi)

— l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata( 13 )

Verżjoni Spanjola

El exportador de los productos incluidos en el presente documento [autorización aduanera no ... (1)] declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial ... (2).

- akkumulazzjoni applikata ma’ ........( isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Ċeka

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení ... (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených, mají tyto výrobky preferenční původ v ... (2).

- akkumulazzjoni applikata ma’ ........(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Daniża

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr.... (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i ... (2).

- akkumulazzjoni applikata ma’ ........(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Ġermaniża

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. ... (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anderes angegeben, präferenzbegünstigte ... (2) Ursprungswaren sind.

- akkumulazzjoni applikata ma’  ........(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Estonjana

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti kinnitus nr. ...( 14 )) deklareerib, et need tooted on ... ( 15 ) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul kui on selgelt näidatud teisiti.

- akkumulazzjoni applikata ma’ …(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata( 16 )

Verżjoni Griega

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ'αριθ. ... (1)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής ... (2).

- akkumulazzjoni applikata ma’  ........(isem tal-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Ingliża

The exporter of the products covered by this document (customs authorization No ... (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of ... (2) preferential origin.

- akkumulazzjoni applikata ma’  ........(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Franċiża

L'exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière no ... (1)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle ... (2)).

- akkumulazzjoni applikata ma’ …(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Kroata

Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. …(1)) izjavljuje da su, osim ako je to drugačije izričito navedeno, ovi proizvodi ... (2) preferencijalnog podrijetla.

— akkumulazzjoni applikata ma’ ........................................... (isem il-pajjiż/pajjiżi)

— l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Taljana

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n. ... (1)) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale ... (2).

- akkumulazzjoni applikata ma’ ........(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Latvjana

Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. ...( 17 )), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no ... ( 18 ) .

- akkumulazzjoni applikata ma’  ........(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata ( 19 )

Verżjoni Litwana

Šiame dokumente išvardytų prekių eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr ... (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra ... (2) preferencinės kilmės prekės.

- akkumulazzjoni applikata ma’  ........(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Ungeriża

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: ... (1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hianyában az áruk kedvezményes ... (2) származásúak.

- akkumulazzjoni applikata ma’  ........(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Maltija

L-esportatur tal-prodotti koperti b'dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. ... (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b'mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta' oriġini preferenzjali ... (2).

- akkumulazzjoni applikata ma’  ........(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Olandiża

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. ... (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële ... oorsprong zijn (2).

- akkumulazzjoni applikata ma’  ........(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Pollakka

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr ...( 20 ) ) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają ... ( 21 ) preferencyjne pochodzenie.

- akkumulazzjoni applikata ma’  ........(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata ( 22 )

Verżjoni Portugiża

O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento (autorização aduaneira no. ... (1)) declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial ... (2).

- akkumulazzjoni applikata ma’  ........(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Rumena

Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document (autorizația vamală nr. ... (1)) declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială ... (2).

— akkumulazzjoni applikata ma’ ....... (isem il-pajjiż/pajjiżi)

— l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Slovena

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št ...(1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno ... (2) poreklo.

- akkumulazzjoni applikata ma’ ........( isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Slovakka

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia ... (1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v ... (2).

- akkumulazzjoni applikata ma’  ........(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Finlandiża

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o ...( 23 ) ) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja ... alkuperätuotteita( 24 ) .

- akkumulazzjoni applikata ma’  ........(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata( 25 )

Verżjoni Żvediża

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. ... (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande ... ursprung (2).

- akkumulazzjoni applikata ma’  ........(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

Verżjoni Għarbija

- akkumulazzjoni applikata ma’……..(isem il-pajjiż/pajjiżi)

- l-ebda akkumulazzjoni ma ġiet applikata (3)

..........................................................................................................................................................( 26 ) (Post u data)

..........................................................................................................................................................( 27 )

(Firma tal-esportatur; barra minn hekk, l-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni jrid jiġi indikat b'kitba ċara)”

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet tranżitorji

ARTIKOLU 3

Merkanzija fi tranżitu

1. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jistgħu jiġu applikati għall-merkanzija esportata jew mit-Tuneżija lejn il-Kroazja jew mill-Kroazja lejn it-Tuneżija, li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4 tal-Ftehim u li fid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja tkun jew en route jew maħżuna temporanjament f'maħżen doganali jew f'żona ħielsa fit-Tuneżija jew fil-Kroazja.

2. F'każijiet bħal dawn jista' jingħata trattament preferenzjali, soġġett għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur, fi żmien erba' xhur mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, ta' prova tal-oriġini maħruġa retrospettivament mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż esportatur.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet finali u ġenerali

ARTIKOLU 4

It-Tuneżija timpenja ruħha li ma tressaq l-ebda pretensjoni, talba jew referenza u lanqas tibdel jew tirtira xi konċessjoni skont l-Artikoli XXIV.6 u XXVIII tal-GATT 1994, f'dak li jikkonċerna dan it-tkabbir tal-Unjoni.

ARTIKOLU 5

Fi żmien debitu wara l-inizjalar ta' dan il-Protokoll, l-Unjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri tagħha u lir-Repubblika tat-Tuneżija l-verżjoni tal-Ftehim bil-lingwa Kroata. Soġġetta għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, il-verżjoni bil-lingwa msemmija fl-ewwel sentenza ta’ dan l-Artikolu għandha ssir awtentika bl-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Għarbija, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża, Taljana u Ungeriża tal-Ftehim.

ARTIKOLU 6

Dan il-Protokoll għandu jkun parti integrali mill-Ftehim.

ARTIKOLU 7

1.    Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Unjoni Ewropea, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri u mit-Tuneżija, f’konformità mal-proċeduri proprji tagħhom. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri neċessarji għal dak il-għan. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.    Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara d-data li fiha l-Partijiet kollha jkunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan.

3.    Sakemm tasal id-data li jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu japplika b'mod proviżorju b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013.

ARTIKOLU 8

Dan il-Protokoll imfassal f’żewġ eżemplari fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Għarbija, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża, Taljana u Ungeriża, b’kull test ugwalment awtentiku.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, mogħtija s-setgħa dovuta għal dan l-effett,

iffirmaw dan il-Protokoll.

Magħmul fi …, dan … jum ta’… fis-sena …

GĦALL-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA

GĦAR-REPUBBLIKA TAT-TUNEŻIJA

(1)

Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura ssir minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 23 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f’dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jridu jitħallew barra jew l-ispazju jitħalla vojt.

(2)

L-oriġini tal-prodotti għandha tkun indikata. Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura tirreferi parzjalment jew kompletament għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla skont it-tifsira tal-Artikolu 38 tal-Protokoll, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni, permezz tas-simbolu "CM".

(3)

Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura ssir minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 23 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f’dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jridu jitħallew barra jew l-ispazju jitħalla vojt.

(4)

L-oriġini tal-prodotti għandha tkun indikata. Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura tirreferi parzjalment jew kompletament għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla skont it-tifsira tal-Artikolu 38 tal-Protokoll, l-esportatur irid jindikahom b’mod ċar fid-dokument  li fih issir id-dikjarazzjoni, permezz tas-simbolu “CM”

(5)

Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura ssir minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 23 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f’dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jridu jitħallew barra jew l-ispazju jitħalla vojt.

(6)

 L-oriġini tal-prodotti għandha tkun indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura tirreferi parzjalment jew kompletament, għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla skont it-tifsira tal-Artikolu 38 tal-Protokoll, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni, permezz tas-simbolu "CM".

(7)

(8)

(9)

Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tinsab fid-dokument innifsu.

(10)  Ara l-Artikolu 22(5) tal-Protokoll. F'każijiet fejn l-esportatur m’għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju.”
(11)

Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ssir minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jrid jitħalla barra jew jitħalla spazju vojt.

(12)

L-oriġini tal-prodotti għandha tkun indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini tirriferi parzjalment jew kompletament għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.

(13)

Imla u ħassar fejn meħtieġ.

(14)

(15)

 L-oriġini tal-prodotti għandha tkun indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini tirriferi parzjalment jew kompletament, għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.

(16)

 Imla u ħassar fejn meħtieġ.

(17)

(18)

(19)

 Imla u ħassar fejn meħtieġ.

(20)

 Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ssir minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jrid jitħalla barra jew jitħalla spazju vojt.

(21)

 L-oriġini tal-prodotti għandha tkun indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini tirriferi, parzjalment jew kompletament, għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.

(22)

 Imla u ħassar fejn meħtieġ

(23)

 Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ssir minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jrid jitħalla barra jew jitħalla spazju vojt.

(24)

 L-oriġini tal-prodotti għandha tkun indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini tirriferi parzjalment jew kompletament għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.

(25)  Imla u ħassar fejn meħtieġ
(26)

Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tinsab fid-dokument innifsu.

(27)  Ara l-Artikolu 22(5) tal-Protokoll. F'każijiet fejn l-esportatur m’għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju.”