|
19.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10680 – PERMIRA / SESTANT / KEDRION / BPL)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 277/07)
1.
Fit-8 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Permira Holdings Limited (“Permira”, Guernsey), |
|
— |
Sestant Internazionale S.p.A. (“Sestant”, l-Italja), ikkontrollata minn membri tal-familja Marcucci, |
|
— |
Kedrion S.p.A. (“Kedrion”, l-Italja), ultimament ikkontrollata minn Sestant, |
|
— |
Bio Products Laboratory Holdings Limited (“BPL”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Tiancheng International Investment Limited (iċ-Ċina). |
Permira u Sestant se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ Kedrian u BPL.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Permira hija ditta ta’ ekwità privata Ewropea, li tagħmel investimenti ta’ ekwità privata f’kumpaniji attivi f’varjetà wiesgħa ta’ setturi, |
|
— |
Sestant hija kumpanija azzjonarja finanzjarja li tissorvelja l-assi internazzjonali tal-familja Marcucci, |
|
— |
Kedrion hija l-impriża omm ta’ grupp bijofarmaċewtiku globali li jispeċjalizza fil-ġbir tal-plażma umana u fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti terapewtiċi derivati mill-plażma, |
|
— |
Il-BPL topera ċentri tal-ġbir tal-plażma madwar l-Istati Uniti u tipproduċi firxa ta’ prodotti derivati mill-plażma għat-trattament ta’ defiċjenzi immunitarji, tnixxija anormali ta’ demm u ta’ mard infettiv, kif ukoll għall-kura kritika. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ tkun koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tkun speċifikata:
M.10680 – PERMIRA / SESTANT / KEDRION / BPL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).