Official Journal L 271 , 24/10/1996 P. 0038 - 0038
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ottubru 1996 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra b'konsegwenza ta' l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Isvezja fl-Unjoni Ewropea. (96/612/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 99 u 113, b'rabta mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi huwa neċessarju li jiġi approvat il-Protokoll għall-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra b'konsegwenza ta' l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Isvezja fl-Unjoni Ewropea [3], IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Protokoll għall-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra b'konsegwenza ta' l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Isvezja fl-Unjoni Ewropea huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunitajiet Ewropej. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 5 tal-Protokoll. [4] Magħmula fil-Lussemburgu, l-14 ta' Ottubru 1996. F'isem il-Kunsill Il-President R. Quinn [1] ĠU C 88, tal-25.3.1996, p. 1. [2] Opinjoni mogħtija fid-19 ta' Lulju 1996 (li għandha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 374, tal-31.12.1990, p. 14. [4] Id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Protokoll se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjail tal-Komunitajiet Ewropew mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------