Official Journal L 123 , 13/05/1999 P. 0051 - 0055
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Mejju 1999 fuq l-istabbiliment ta' Regolament Finanzjarju li jkopri l-aspetti baġitarji ta' l-amministrazzjoni mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ta' kuntratti konklużi f'ismu, għal ċerti Stati Membri, li jirrelataw ma' l-istallazzjoni u funzjonament ta' "Help Desk Server" ta' l-Unità tal-Ġestjoni u tan-Network Sirene Fażi II (1999/323/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll mehmuż mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, (1) Billi s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill kien awtorizzat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/322/KE tat-3 ta' Mejju 1999 biex jaġixxi, fil-kuntest ta' l-integrazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen ġewwa l-Unjoni Ewropea, bħala rappreżentant ta' ċertu Stati Membri bil-għan sabiex jikkonkludi kuntratti li jirrelataw ma' l-istallazzjoni u l-funzjonament tal-"Help Desk Server" ta' l-Unità tal-Ġestjoni u tan-Network Sirene Fażi II u biex jamministra dawn il-kuntratti [1]; (2) Billi l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jemerġu minn dawk il-kuntratti mhumiex a karigu ta' l-estimi tal-Kumunitajiet Ewropea; billi, għalhekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 applikabbli għall-estimi ġenerali tal-Kumunitajiet Ewropej [2] ma japplikawx; (3) Billi għalhekk huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi sabiex jiġu ddefiniti l-proċeduri dettaljati għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' l-estimi biex jilqgħu għall-obbligazzjonijiet li jinħolqu minn dawk il-kuntratti, għall-irkuprar tal-kontribuzzjonijietjiet li jridu jitħallsu mill-Istati kkonċernati u għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: KAPITOLU I Prinċipji ġenerali Artikolu 1 Għall-għanijiet ta'dan ir-Regolament Finanzjarju, l-"estimi" huwa l-istrument li jistabbilixxi t-tbassir ta', u jawtorizza bil-quddiem, għal kull sena finanzjarja, id-dħul u l-infiq meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-obbligazzjonijiet li jinħolqu taħt il-kuntratti msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsil tat-3 ta' Mejju 1999. Artikolu 2 Dan ir-Regolament Finanzjarju jippreskrivi r-regoli dettaljati għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' l-estimi. Artikolu 3 1. L-estimi għandhom jinqasmu f'titoli skond il-kuntratti li jridu jiġu ġestiti. It-titolu li jikkonċerna l-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Mejju 1999 għandu jerġa' jiġi suddiviż f'kapitoli li jkopru l-istabbiliment ta' l-estimi u l-estimi li joperaw – Network Sirene tal-Fażi II rispettivament. Jekk hu neċessarju, kull kapitolu għandu jerġa' jiġi suddiviż f'Artikoli. 2. Appropriazzjonijiet miftuħa taħt kull titolu ma jistgħux jiġu assenjati lil titoli oħra ta' nfiq. Artikolu 4 1. Kull dħul u nfiq għandu jkun imdaħħal sħiħ fl-estimi u fil-kontijiet mingħajr l-ebda aġġustament kontra xulxin.. Id-dħul totali għandu jkopri l-infiq totali. 2. Is-sena finanzjarja għandha tibda mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru. 3. Kull kontribuzzjonijiet ta' estimi mill-Istati msemmia għall-Artikolu 21 imħallsa qabel il-bidu tas-sena finanzjarja li tista' tikkonċerna għandha tkun akkreditata għall-estimi għal dik is-sena finanzjarja. 4. L-infiq tas-sena finanzjarja għandu jiddaħħal fil-kontijiet ta' dik is-sena fuq il-bażi ta' l-infiq li dwaru l-kontrollur finanzjarju rċieva l-awtorizzazzjoni mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru u għal-liema l-ħlas korrispondenti kien sar mill-uffiċjali tal-kontijiet qabel il-15 ta' Jannar li segwa. KAPITOLU II Stabbiliment ta' l-estimi Artikolu 5 1. L-estimi għandhom jiġi mfassla f'euro. 2. Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill għandu jibgħat l-abbozz ta' l-estimi preliminarji lill-Grupp ta' Ħidma tas-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen, minn hawn il-quddiem referuta bħala l-"Grupp ta' Ħidma tas-SIS", qabel it-30 ta' Settembru u jehmeż memorandum ta' spjegazzjoni. 3. Il-Grupp ta' Ħidma tas-SIS għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq dak l-abbozz preliminari. 4. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jwaqqaf l-abbozz ta' l-estimi u jibagħtu sal-31 ta' Ottubru lill-Istati msemmija fl-Artikolu 21. 5. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 21, jiltaqgħu ġewwa l-Kunsill, għandhom jadottaw l-estimi qabel l-aħħar tas-sena. 6. Id-deċiżjoni biex jiġi adottat l-estimi, innotifika kif mistħoqq mis-Segretarju-Ġenerali lill-Istati msemmija fl-Artikolu 21, għandha timmarka l-punt fejn il-kontribuzzjonijiet ikunu saru dovuti. Artikolu 6 1. Jekk l-estimi ma jkunx finalment ġie addottat fil-bidu tas-sena finanzjarja: - ħlasijiet jistgħu jsiru sa wieħed minn tnax kull xahar tat-total approprijat awtorizzat għal kull titolu ta' l-estimi għas-sena finanzjarja li tkun ġejja; - il-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati msemmija fl-Artikolu 21 jistgħu jissejħu sa wieħed minn tnax-il parti ta' kull xahar tal-kontribuzzjonijiet imħallsa taħt l-aħħar estimi adottata kif meħtieġ. 2. Kull deċiżjoni biex biex tintuża parti waħda minn tnax ta' l-infiq u dħul, sa total ta' tlieta minn tnax-il parti ta' l-ammonti mdaħħla fl-aħħar estimi adottati kif mistħoqq, għandhom jittieħdu mis-Segretarju-Ġenerali, li għandu jibgħathom b'ittra lill-Istati msemmija fl-Artikolu 21. 3. 'Il fuq mil-limitu ta' tlieta minn tnax ta' l-ammonti mdaħħla fl-aħħar estimi adottati kif mistħoqq, kull deċiżjoni għall-awtorizzazzjoni tal-ħlas u sejħa għall-kontribuzzjonijiet għandha tittieħed mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 21, imlaqqgħin ġewwa l-Kunsill. 4. Xi miżuri meħuda skond il-paragrafi preċedenti għandhom ikunu tterminati immedjatament fl-aħħar adozzjoni ta' l-estimi. Artikolu 7 1. Kull abbozz supplimentari jew estimi emendi għandhom ikunu sottomessi, eżaminati u adottati fl-istess forma u jużaw l-istess proċeduri bħal ta' l-estimi li l-estimi tagħhom ikunu qegħdin jemendaw. 2. Estimi emendati għandhom jiġu sottomessi fuq bażi annwali, fix-xahar ta' wara l-għeluq tal-kontijiet kif preskritt fl-Artikolu 25(1), bil-għan li jiddaħħal il-bilanċ mill-estimi tas-sena finanzjarja ta' qabel bħala dħul fil-każ ta' bilanċ posittiv jew infiq jekk il-bilanċ huwa negattiv. Artikolu 8 L-estimi jistgħu jinħarġu għall-pubbliku. KAPITOLU III Implimentazzjoni għall-estimi u kontabbilità. Artikolu 9 L-estimi għandu jkun implimentat bi qbil mal-prinċipju li l-uffiċjal awtorizzat u l-uffiċjal tal-kontijiet huma indivdwali differenti. Id-dmirijiet ta' l-uffiċjal awtorizzat, ta' l-uffiċjal tal-kontijiet u tal-kontrollur tal-finanzi għandhom ikunu reċiprokament inkompatibbli. Artikolu 10 1. L-inkarigu ta' l-uffiċjal awtorizzat għad-dħul u l-infiq għandhom jitwettqu minn Direttur-Ġenerali fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. L-uffiċjal awtorizzat għandu jimplimenta l-estimi f'isem is-Segretarju-Ġenerali u ġewwa limiti ta' l-approprijazzjonijiet mogħtija hu jista' jiddelega l-poteri tiegħu lil Direttur. 2. L-uffiċjal awtorizzat jista' jiddeċidi fuq trasferimenti bejn l-artikoli ġewwa kull kapitolu. Bi ftehim mal-Grupp ta' Ħidma tas-SIS, hu jista' jiddeċidi fuq trasferiment bejn kapitoli ġewwa l-istess titolu. Il-Grupp ta' Ħidma tas-SIS għandu jagħti l-kunsens tiegħu taħt l-istess kondizzjonijiet biex jiġu adottati l-opinjoni tiegħu fuq l-estimi. Artikolu 11 L-inkarigu tal-kontrollur finanzjarju għandu jitwettaq mill-Kontrollur Finanzjarjament tal-Kunsill bi qbil mar-regoli applikabbli mad-dmirijiet ta' dan ta' l-aħħar. Artikolu 12 L- uffiċjal tal-kontijiet – mid-Direttorat Ġenerali A fis-Segretarjet Ġenerali tal-Kunsill għandu jkun inkarigat li jirċievi d-dħul tal-flus u l-iżborżament ta' l-infiq. Artikolu 13 1. Għall-kollezzjoni ta' kull ammont dovut skond l-Artikolu 21, għandu jkun meħtieġ il-infiq ta' ordni għall-irkupru mill-uffiċjal awtorizzat. Ordnijiet għal irkupri għandhom jintbgħatu lill-uffiċjal tal-kontijiet, li għandu jissottomettihom lill-kontrollur finanzjarju għall-approvazzjoni. 2. Il-għan ta' din l-approvazzjoni għandu jkun biex jistabbilixxi illi: - id-dħul ġie rreġistrat għall-oġġett korrett ta' l-estimi, - l-ordni ta' rkupru hija kif suppost u tikkonforma mal-posizzjonijiet relevanti, - id-dokumenti ta' sostenn huma kif suppost, - l-awtorità kompetenti ta' l-Istat debitur hija deskritta korrettement, - id-data meta huwa dovut hija indikata, - l-ammont u l-munita huma korretti. 3. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jassumi responsabbilità għall-ordnijiet ta' l-irkupru miktuba meta meħtieġa. Artikolu 14 1. Xi miżura li tista' tinvolvi nfiq fuq l-estimi għandha l-ewwel tkun is-suġġett ta' proposta għall-impenn ta' nfiq mill-uffiċjal awtorizzat għall-uffiċjal tal-kontijiet, li turi l-għan, l-ammont involut, l-oġġett ta' l-estimi li għalih għandu jsir l-infiq, u l-kreditur. Il-proposta għandha tkun sottomessa mill-uffiċjal tal-kontijiet lill-kontrollur finanzjarju għall-approvazzjoni. 2. Il-għan ta' din l-approvazzjoni għandu jkun biex jistabbilixxi li: - il-proposta għall-impenn ġiet ippreżentata bi qbil mal-paragrafu 1, - l-infiq sar skond il-partita korretta ta' l-estimi, - l-approprijazzjonijiet huma disponibbli fl-estimi, - l-infiq huwa in ordini u jikkonforma mal-posizzjonijiet relevanti. Artikolu 15 1. Il-għan tal-validità ta' l-infiq mill-uffiċjal awtorrizzat għandu jkun biex: - jivverifika tal-pretensjoni tal-kreditur, - jistabbilixxi jew jivverifika l-eżistenza u l-ammont tas-somma dovuta, - jivverifika l-kondizzjonijiet li taħthom il-ħlasijiet ikunu dovuti, - jivverifika li xiri jew servizzi reżi huma kif ġew ordnati. 2. L-uffiċjal awtorizzat jista' jkollu l-verifiki mwetqa taħt ir-risponsabbilità tiegħu. Artikolu 16 1. L-uffiċjal awtorizzat għandu jawtorizza l-uffiċjal tal-kontijiet, bil-infiq ta' ordni (awtorizzazzjoni għall-ħlasijiet), biex iħallas partita ta'l-infiq li kien ivvalidat. 2. L-awtorizzazzjoni għandha tniżżel: - is-sena finanzjarja li fiha l-ħlas għandu jidher li tħallas, - it-titolu ta' l-estimi, il-kapitolu u l-artikolu, - l-ammont li għandu jiġi mħallas, fil-figuri u fil-kliem, u fil-munita tal-ħlas, - l-isem u l-indirizz tal-kreditur, - L-għanijiet ta' l-infiq, - il-metodu tal-ħlas, - in-numri u dati ta' l-approvazzjoni ta' l-impenn relevanti. 3. L-ordni tal-ħlas għandha tiġi bid-data u ffirmata mill-uffiċjal awtorizzat. 4. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jissottometti l-ordni tal-ħlas, flimkien mad-dokumenti oriġinali li jappoġġaw, lill-kontrollur finanzjarju għall-approvazzjoni. 5. Il-għan ta' din l-approvazzjoni għandu jkun biex jistabbilixxi li: - l-ordni tal-ħlas kien mainfiq kif suppost, - l-ordni għall-ħlas jaqbel ma' l-impenn ta' l-infiq u l-ammont tiegħu huwa tajjeb, - l-infiq huwa mħallas għall-partita korretta fl-estimi, - l-approprijazzjonijiet huma disponibbli fit-titolu ta' l-estimi jew artikolu kkonċernat, - id-dokumenti in sostenn huma in ordini, u - il-kreditur huwa msemmi u deskritt tajjeb. 6. Kull infiq għandu jkun kopert minn qabel mill-kontribuzzjoni mill-Istati msemmija fl-Artikolu 21 jew, fin-nuqqas ta' dawk, b'self mill-bank. L-ispejjeż ta' self ta' finanzjament minn qabel fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas ta' kontribuzzjonijiet għandhom jinqasmu qalb l-Istati li ma ħallsux l-kontribuzzjoni tagħhom, jinqasmu pro rata għall-kontribuzzjonijiet mhux imħallsa minnhom u meħudha in konsiderazzjoni t-tul ta' l-arretrati. Artikolu 17 Ħlasijiet għandhom ikunu effettwati minn kont ta' bank miftuħ speċifikament għal dak il-għan f'isem is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Ordnijiet ta' trasferimenti mill-bank għandhom bżonn il-firma konġunta ta' żewġ uffiċjali nnominati mis-Segretarju-Ġenerali, li wieħed minnhom għandu jkun l-uffiċjal tal-kontijiet. Artikolu 18 Jekk il-kontrollur finanzjarju jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni preskritta fl-Artikoli 13, 14 jew 16 u l-uffiċjal awtorizzat jinsisti fuq il-proposta tiegħu, il-materja għandha tiġi msemmija lis-Segretarju-Ġenerali. Minbarra fil-każi fejn id-disponibbilità ta' approprijazzjonijiet hija dubbjuza, is-Segretarju-Ġenerali jista', f'deċiżjoni bir-raġuni kif xieraq, jmur kontra r-rifjut u jikkonferma l-ordni ta' rkupru, l-impenn ta' l-infiq jew l-ordni tal-ħlas. Is-Segretarju Ġenerali għandu fi żmien xahar jinforma l-Qorti ta' l-Awdituri b'tali deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tkun infurzata mid-data meta li fiha l-approvazzjoni kienet ġiet irrifjutata. Artikolu 19 L-esponiment għal azzjonijiet dixxiplinarji ta' l-uffiċjal awtorizzat, tal-kontrollur finanzjarju, u ta' l-uffiċjal tal-kontijiet fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din ir-Regolament Finanzjarju għandu jiġi preskritt fir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropea. Artikolu 20 Il-kontijiet għandhom jinżammu bil-metodu ta' l-entratura doppja fuq il-bażi tas-sena kalendarja. Huma għandhom juru kull dħul u nfiq għas-sena finanzjarja. KAPITOLU IV Kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Artikolu 21 1. L-estimi tad-dħul għandhom jikkonsistu minn kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istati Membri li ġejjin: il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussenburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, u l-Isvezja, kif ukoll mill-Islanda u n-Norveġja. 2. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' dawn l-Istati għandhom ikunu stabbiliti fl-estimi u espressi f'euro. Artikolu 22 L-Istati msemmija fl-Artikoli 21 għandhom jipprovdu l-kontribuzzjonijiet finanzjarja tagħhom lis-Segretarju-Ġenerali skond il-formula li ġejja: L-iskala tal-kontribuzzjonijiet biex tiġi mħallsa mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 21, fuq in-naħa waħda, u mill-Islanda u n-Norverġja ("l-Istati l-oħra"), fuq in-naħa l-oħra, għandha tkunu ikkalkolata kull sena a bażi tas-sehem ta' kull Stat Membru kkonċernat u ta' l-Istati l-oħra skond it-total tal-prodott gross domestiku (GPD) għas-sena preċedenti ta' l-Istati kollha msemmija fl-Artikolu 21.L-iskala ta' kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri kkonċernati għandha tiġi kkalkolata kull sena, meħud kont tal-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati l-oħra, a bażi ta' l-iskali tar-riżorsi tal-VAT imħallsa minn kull Stat Membru għat-total tar-riżorsi tal-VAT tal-Kumunitajiet Ewropej, kif stabbilit fl-aħħar emendi ta' l-estimi tal-Komunitajiet waqt is-sena finanzjarja preċedenti. Artikolu 23 1. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jibgħat talbiet għall-kontribuzzjonjiet lil kull Stat imsemmi fl-Artikolu 21 b'ittra mill-aministrazzjoni nazzjonali li d-dettalji tagħha ġew innotifikati lilu. 2. L-ittra kkonċernata għandha jkollha l-informazzjoni li ġejja: - id-deċiżjoni li jiġu adottati l-estimi jew, fil-każ li l-Artikolu 6 jkun invokat, id-deċiżjoni biex isejjaħ għall-kontribuzzjonijiet bi provizjonali ta' kull tnax, - l-ammont li għandu jitħallas minn kull Stat, ikkalkulat f'euro skond l-iskala msemmija fl-Artikolu 22, - id-dettalji neċessarji biex iħallas il-kontribuzzjonijiet. 3. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu mħallsa fil-kont tal-bank imsemmi fl-Artikolu 17. 4. Għandhom ikunu mħallsa f'euro. Artikolu 24 1. L-Istati msemmija fl-Artikolu 21 għandhom ikunu meħtieġa biex iħallsu 25 % tal-kontribuzzjoni tagħhom sal-15 Frar, l-1 ta' April, l-1 ta' Lulju u l-1 ta' Ottubru l-aktar tard. 2. Jekk Stat ikollu jonqos mill-obbligazzjonijiet finanzjarji tiegħu, ir-regoli tal-Komunità eżistiti fuq l-interessi tal-ħlas fil-każ ta' ħlas tard tal-kontribuzzjonijiet għall-estimi tal-Komunità għandhom japplikaw b'anoloġija. KAPITOLU V Preżentazzjoni u reviżjoni tal-kontijiet Artikolu 25 1. Is-Segretarju-Ġenerali għandu, fi żmien xahrejn mit-terminazzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-perjodu ta' l-estimi, jfassal kont tad-dħul u l-infiq u karta tal-bilanċ u jibgħathom lill-Grupp ta' Ħidma tas-SIS. 2. Il-kont tad-dħul u l-infiq għandu jkopri kull dħul u transazzjonijiet ta' nfiq relatati mas-sena finanzjarja preċedenti. Għandu jiġi sottomess fl-istess forma u jimxi fuq l-istess suddivizjonijiet bħall-estimi. 3. Dawn li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mal-kont: - prospett li juri s-sitwazzjoni ta' kull wieħed mill-Istati msemmi fl-Artikolu 21 rigward il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu, u - prospett ta' transfer approprijat. 4. Il-karta tal-bilanċ għandha turi l-attiv u l-passiv ta' l-estimi kif kienu fil-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja preċedenti. Artikolu 26 1. Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tiġi mitluba tagħmel l-awditjar tal-kontijiet. 2. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jibgħat id-dħul u l-kont tal-infiq u l-karta tal-bilanċ lill-Qorti ta' l-Awdituri fi żmien 15-il ġurnata wara l-perjodu preskritt fl-Artikolu 25(1). 3. Il-għan ta' l-awditjar mill-Qorti ta' l-Awdituri għandu jkun biex jistabbilixxi li d-dħul kollu li ġie rċevut u l-infiq li sar, intefaq b'mod leġittimu u regolari skond il-kuntratti li jiġu ġestiti, l-estimi u din ir-Regolament Finanzjarju. 4. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jipprovdi lill-Qorti ta' l-Awdituri b'kull faċilità li jista' jikkunsidra neċessarja sabiex twettaq ix-xogħol tagħha. Artikolu 27 Il-kont tad-dħul u tal-infiq, il-karta tal-bilanċ u rapport mill-Qorti ta' l-Awdituri, akkompanjati fejn xieraq mill-kummenti tas-Segretarju-Ġenerali, għandhom jiġu sottomessi sa l-1 ta' Lulju lill-Istati msemmija fl-Artikolu 21. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 21, li jiltaqgħu ġewwa l-Kunsill, għandhom jeħilsu lis-Segretarju-Ġenerali fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-estimi. KAPITOLU VI Dispożizzjonijiet finali Artikolu 28 L-introduzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquista' Schengen li tikkonċerna s-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen għal Stat għajr minn dawk imsemmija fl-Artikolu 21, minn hawn 'il-quddiem irreferut bħala "Stat ieħor" għandu jinvolvi: - aġġustament mill-ġdid tas-sehem tal-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati msemmija fl-Artikolu 21 kif inhu preskritt fl-Artikolu 22, - aġġustamenti ta' kontribuzzjonijiet ta' l-Istati msemmija fl-Artikolu 21 sabiex jistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-Istat l-ieħor għall-operazzjoni tas-Sireni Stadju II għas-sena sħiħa finanzjarja korrenti, - aġġustament tal-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati msemmija fl-Artikolu 21 sabiex jistabbilixxu l-proporzjoni iktar kmieni tas-Sireni Stadju II l-ispejjeż ta' l-istallazzjoni biex jiġu merfugħa mill-Istat l-ieħor. Dan il-perċentwali għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' l-iskala tar-riżorsi tal-VAT imħallsa mill-Istat l-ieħor tar-riżorsi għat-total tal-VAT tal-Komunitajiet Ewropej għas-snin finanzjarji ta' qabel li fihom l-ispejjeż neċessarji għall-istallazzjoni tas-Sireni Stadju II ġew inkorsi. Il-perċentwali tal-kontribuzzjonijiet għandu jkun is-suġġett ta' "nota ta' kreditu" għall-Istati msemmija fl-Artikolu 21 għall-ammont pro rata tas-sehem tagħhom kif ikkalkolata skond l-Artikolu 22. L-Istati l-oħra jistgħu jagħżlu li jallokaw l-ammont ikkonċernat lejn is-sehem tagħhom għall-estimi operattivi jew jitolbu rimborz. Artikolu 29 Ir-Regolament Finanzjarju għandu japplika mutatis mutandis għall-implimentazzjoni tad-dħul u l-infiq meħtieġ biex jilaqa' għall-obbligazzjonijiet li jinħolqu taħt il-kuntratti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Mejju 1999 għall-perjodu li baqa' tas-sena finanzjarja fejn dawn ir-Regolamenti jidħlu fis-seħħ. Artikolu 30 1. Dan ir-Regolament Finanzjarju għandu jkollu effett immedjatament. 2. Għandu jiġi ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Mejju 1999. Għall-Kunsill Il-President J. Fischer [1] Ara paġna 49 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [2] ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1. --------------------------------------------------