|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6276 |
19.12.2025 |
P10_TA(2025)0124
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: Il-perjodu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Mejju 2025 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/370 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK (C(2025)03151 – 2025/2728(DEA))
(C/2025/6276)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2025)03151), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-21 ta’ Mejju 2025 li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament delegat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 4 ta’ Ġunju 2025, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 122, il-punt (a) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 114(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, |
|
— |
wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma saret fil-perjodu stabbilit fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 114(6) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, li skada fis-17 ta’ Ġunju 2025, |
|
A. |
billi, fil-kuntest attwali tal-instabbiltà li għaddejja bħalissa fis-settur agrikolu madwar l-Unjoni, diversi Stati Membri diġà qed jesperjenzaw diffikultajiet biex jiddeċiedu fix-xhur bikrin tal-2025 dwar il-ħtieġa li jeżaminaw mill-ġdid id-deċiżjonijiet ta’ trasferiment tagħhom meħuda fl-2022 skont l-Artikolu 17(5), l-Artikolu 88(7) u l-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2021/2115, u għalhekk jitqies li huwa meħtieġ li l-Istati Membri jingħataw aktar ħin biex jippjanaw dawn it-trasferimenti; |
|
B. |
billi l-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/370 (2) skada fil-31 ta’ Mejju 2025, huwa għalhekk ta’ importanza kbira li jiġi stabbilit limitu ta’ żmien ġdid tal-31 ta’ Awwissu 2025 għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal emenda malajr kemm jista’ jkun, sabiex ikun jista’ jsir ippjanar u konsiderazzjoni xierqa mill-Istati Membri; |
|
C. |
billi r-Regolament Delegat (UE) 2023/370 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2115/oj).
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/370 tat-13 ta’ Diċembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri, limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni mill-Istati Membri ta’ talbiet għal emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u każijiet oħra li għalihom ma japplikax l-għadd massimu ta’ emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK (ĠU L 51, 20.2.2023, p. 25, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/370/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6276/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)