|
7.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/28 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/221
tas-6 ta' Frar 2019
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 785/2007, (KE) Nru 379/2009, (KE) Nru 1087/2009, (UE) Nru 9/2010, (UE) Nru 337/2011 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 389/2011, (UE) Nru 528/2011, (UE) Nru 840/2012, (UE) Nru 1021/2012, (UE) 2016/899, (UE) 2016/997, (UE) 2017/440 u (UE) 2017/896 fir-rigward ta' isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni u r-rappreżentant tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għal ċerti addittivi tal-għalf
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 6-fitażi, endo-1,4-beta-ksilanażi, subtiliżina, alfa-amilażi, endo-1,3(4)-beta-glukanażi, preparazzjoni ta'Bacillus amyloliquefaciens (PTA-6507), Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50013) and Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50104) ġew awtorizzati mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2007 (2), (KE) Nru 379/2009 (3), (KE) Nru 1087/2009 (4), (UE) Nru 9/2010 (5) u (UE) Nru 337/2011 (6) u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2011 (7), (UE) Nru 528/2011 (8), (UE) Nru 840/2012 (9), (UE) Nru 1021/2012 (10), (UE) 2016/899 (11), (UE) 2016/997 (12), (UE) 2017/440 (13) u (UE) 2017/896 (14). |
|
(2) |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni, Danisco Animal Nutrition, entità legali Danisco (UK) Ltd, ippreżenta applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fejn jipproponi li jżid mal-awtorizzazzjonijiet ikkonċernati l-isem tar-rappreżentant tiegħu u, fil-każ tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija mir-Regolamenti (KE) Nru 1087/2009 u (UE) Nru 9/2010, li jinbidel l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni. |
|
(3) |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppreżenta d-data rilevanti li ssostni l-fatt li sa mit-30 ta' Marzu 2019 il-kumpanija Genencor International B.V. se tkun ir-rappreżentant tiegħu għall-addittivi tal-għalf ikkonċernati. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ssottometta wkoll l-informazzjoni rilevanti biex juri li Finnfeeds International Limited biddlet isimha għal Danisco (UK) Ltd. |
|
(4) |
Il-bidla proposta tat-termini tal-awtorizzazzjonijiet hija purament amministrattiva fin-natura tagħha u ma tirrikjedix valutazzjoni mill-ġdid tal-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tgħarrfet bl-applikazzjoni. |
|
(5) |
Biex jippermettu lil Genencor International B.V. jaġixxi bħala r-rappreżentant tad-detentur tal-awtorizzazzjonijiet, huwa meħtieġ li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet ikkonċernati. |
|
(6) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 785/2007, (KE) Nru 379/2009, (KE) Nru 1087/2009, (UE) Nru 9/2010, (UE) Nru 337/2011 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 389/2011, (UE) Nru 528/2011, (UE) Nru 840/2012, (UE) Nru 1021/2012, (UE) 2016/899, (UE) 2016/997, (UE) 2017/440 u (UE) 2017/896 jeħtieġ, għaldaqstant, li jiġu emendati kif jixraq. |
|
(7) |
Peress li d-data sottomessa mid-detentur tal-awtorizzazzjoni turi li Genencor International B.V. se jaġixxi bħala r-rappreżentant tiegħu b'effett mit-30 ta' Marzu 2019, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 785/2007
Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 785/2007, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 379/2009
1. Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition, entità legali Danisco (UK) Limited” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.
2. Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 379/2009, il-kliem “Danisco Animal Nutrition, entità legali Danisco (UK) Limited” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1087/2009
1. Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition, entità legali Finnfeeds International Limited” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.
2. Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1087/2009, il-kliem “Danisco Animal Nutrition, entità legali Finnfeeds International Limited” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.
Artikolu 4
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 9/2010
1. Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition, Finnfeeds International Limited” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.
2. Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 9/2010 il-kliem “Danisco Animal Nutrition (entità legali): Danisco (UK) Limited)” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.
Artikolu 5
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 337/2011
1. Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.
2. Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 337/2011, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.
Artikolu 6
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 389/2011
1. Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.
2. Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 389/2011, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.
Artikolu 7
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 528/2011
1. Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.
2. Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 528/2011, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.
Artikolu 8
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 840/2012
1. Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.
2. Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 840/2012, il-kliem “Danisco Animal Nutrition, entità legali Danisco (UK) Limited” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.
Artikolu 9
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1021/2012
1. Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.
2. Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1021/2012 il-kliem “Danisco Animal Nutrition (entità legali: Danisco (UK) Limited)” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.
Artikolu 10
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/899
1. Fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.
2. Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/899, il-kliem “Danisco (UK) Ltd” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.
Artikolu 11
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/997
1. Fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.
2. Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/997, il-kliem “Danisco (UK) Ltd” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.
Artikolu 12
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/440
1. Fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.
2. Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/440, il-kliem “Danisco (UK) Ltd,, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.
Artikolu 13
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/896
1. Fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.
2. Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/896, il-kliem “Danisco (UK) Ltd” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-30 ta' Marzu 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2007 tal- 4 ta' Lulju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi EC 3.1.3.26 (Fizime XP 5000G Fizime XP 5000L) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 175, 5.7.2007, p. 5).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 379/2009 tat-8 ta' Mejju 2009 li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tas-6-fitażi EC 3.1.3.26 bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ għat-tismin, dundjani għat-tismin, tiġieġ li jbid, papri għat-tismin, ħnienes (miftuma), ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, entità legali Danisco (UK) Limited (ĠU L 116, 9.5.2009, p. 6).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1087/2009 tat-12 ta' Novembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' enżimi tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588), subtiliżina prodotta minn Bacillus subtilis (ATCC 2107) u alfa-amilażi prodott minn Bacillus amyloliquefaciens (ATCC 3978) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għall-papri u għad-dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, entità legali Finnfeeds International Limited) (ĠU L 297, 13.11.2009. p. 4).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 9/2010 tat- 23 ta' Diċembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, tiġieġ tal-bajd, papri u dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, Finnfeeds International Limited (ĠU L 3, 7.1.2010, p. 10).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 337/2011 tas-7 ta' April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi bħala addittiv fl-għalf għat-tajr tal-irziezet, għall-ħnienes miftuma u qżieqeż għas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 94, 8.4.2011, p. 19).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2011 tad-19 ta' April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika tal-endo-1,4-beta-ksinalażi, tas-subtiliżina u tal-alfa-amilażi bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 104, 20.4.2011, p. 7).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2011 tat-30 ta' Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' endo-1,4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 143, 31.5.2011, p. 10).
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 840/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 rigward l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi tat-tjur kollha għat-tismin għajr it-tiġieġ għat-tismin, id-dundjani għat-tismin u l-papri għat-tismin u l-ispeċi tat-tjur kollha tal-bajd għajr it-tiġieġ tal-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 14).
(10) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1021/2012 tas-6 ta' Novembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv għall-għalf għal speċi tat-tjur minuri minbarra l-papri (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 307, 7.11.2012, p. 68).
(11) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/899 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' 6-fitażi prodott mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi ta' tjur u speċi tal-ħnieżer kollha (ħlief ħnienes mhux miftuma) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd) (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 15).
(12) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/997 tal-21 ta' Ġunju 2016 rigward l-awtorizzazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC SD 2106) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer li jreddgħu u speċijiet minuri ta' porċini (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd) (ĠU L 164, 22.6.2016, p. 4).
(13) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/440 tat-13 ta' Marzu 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens (PTA-6507), Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50013) u Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50104) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (id-detentriċi tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 67, 14.3.2017, p. 74).
(14) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/896 tal-24 ta' Mejju 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta'preparazzjoni tas-6-fitażi prodott mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) bħala addittiv fl-għalf fl-għamla solida għal kull speċi ta' tjur u speċi tal-ħnieżer kollha (ħlief ħnienes mhux miftuma) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 123).