26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/185


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-23 ta’ April 2009

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2007

(2009/675/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2007 (1),

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità (2),

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 - C6-0060/2009),

—

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Amnjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0172/2009),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2007;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta’ hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Hans-Gert PÖTTERING

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)   ĠU C 278, 31.10.2008, p. 35.

(2)   ĠU C 311, 5.12.2008, p. 100.

(3)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(5)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-23 ta’ April 2009

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni ta’ kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2007

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2007 (1),

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità (2),

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 - C6-0060/2009),

—

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0172/2009),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri (QEA) stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.

billi fl-22 ta’ April 2008, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006 (5), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, inter alia

—

jinnota li l-livell baxx ta’ nfiq tal-ħlasijiet fl-2006 kien relatat fil-parti l-kbira mal-problemi li sabet l-Awtorità biex issib persunal xjentifiku b’livell għoli ta’ ħiliet biex jaħdmu f’Parma; enfasizza li żewġ terzi biss mill-250 impjieg disponibbli skont il-pjan ta’ Stabbiliment tal-Awtorità kienu mtlew sal-aħħar tal-2006; jenfasizza li n-nuqqas ta’ persunal irriżulta f’livell aktar baxx ta’ nfiq tal-fondi operattivi;

—

jinnota li r-rati ta’ ħlas tal-2006 kienu 56 % tal-approprjazzjonijiet għall-infiq amministrattiv u 50 % tal-approprjazzjonijiet għal attivitajiet operattivi; li 20 % tal-approprjazzjonijiet trasferiti mill-2005 ġew kanċellati fl-aħħar tal-2006; u li saru numru kbir ta’ trasferimenti, b’konċentrazzjoni għolja tagħhom fl-aħħar tas-sena;

1.

Jinnota l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li approprazzjonijiet ta’ EUR 8 600 000 ġew trasferiti għall-2008, u EUR 4 800 000 ġew kanċellati; jinnota li dan hu parzjalment dovut għad-dewmien fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni fil-pjan ta’ ħidma annwali tal-2007 għall-għotjiet; jinnota li l-approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena preċedenti kienu ta’ EUR 7 900 000, li EUR 4 500 000 minnhom kienu għal attivitajiet operattivi; jinnota li aktar minn 25 % tal-approprjazzjonijiet trasferiti għal attivitajiet operattivi kellhom jiġu kkanċellati fl-aħħar tas-sena;

2.

Jinsab imħasseb dwar il-konklużjoni tal-QEA li din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju tal-annwalità u turi nuqqasijiet fl-ipprogrammar u fl-ibbaġitjar tal-Awtorità;

3.

Jinnota r-risposta tal-Awtorità li fl-2008 kienu meħtieġa diversi miżuri għat-titjib tal-immaniġġjar tal-baġit, bħal mudelli (templates), vademecum u appoġġ amministrattiv addizzjonali biex tiġi aċċelerata t-tnedija tas-sejħa għall-għotjiet;

4.

Jinnota r-risposta tal-Awtorità rigward l-approprjazzjonijiet trasferiti li r-rata ta’ carry over (17-18 %) naqset meta mqabbla mal-2006 (22 %); jinnota madankollu mill-kontijiet definittivi li l-ammont reali ta’ approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena preċedenti żdied minn EUR 7 900 000 fl-2006 għal EUR 8 600 000 fl-2007;

5.

Jitlob lill-Awtorità biex taħdem fuq ir-rimarki tal-QEA u tagħmel aktar sforzi biex ittejjeb u tħaffef l-implimentazzjoni tal-baġit; jagħmel talba li l-miżuri ta’ segwitu jiġu speċifikati fir-rapport ta’ attività annwali tal-Awtorità għall-2008;

6.

Jinnota l-osservazzjoni tal-QEA li l-Awtorità trattat kontribuzzjoni mingħand il-Kummissjoni sabiex tipprepara għas-sħubija tal-Kroazja u t-Turkija bħala sussidju normali, għalkemm din missu ġiet trattata bħala dħul assenjat;

7.

Jinnota t-tweġiba tal-Awtorità li sa mill-2008, il-kontribuzzjonijiet speċifiċi kollha ġew reġistrati bħala dħul assenjat;

8.

Jinnota s-sejbiet tal-QEA dwar nuqqasijiet fl-immaniġġjar tal-missjonijiet u l-għadd u l-valur kbir ta’ eċċezzjonijiet;

9.

Jinnota t-tweġiba tal-Awtorità li din is-sitwazzjoni kienet relatata ma’ unità speċifika fejn minn dak iż-żmien ‘l hawn, ġew implimentati bidliet organizzattivi;

10.

Jinnota li l-2007 kienet il-ħames sena operazzjonali għall-Awtorità;

11.

Jenfasizza l-irwol tal-Awtorita’ li tipprovdi pariri xjentifiċi indipendenti dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom impatt dirett jew indirett fuq is-sikurezza tal-ikel, inklużi s-saħħa u l-benesseri tal-annimali u l-protezzjoni tal-pjanti, irwol li qiegħed isir dejjem aktar neċessarju fid-dawl tat-tħassib tal-konsumaturi u l-ħtieġa li parir xjentifiku jkun ikkomunikat kif xieraq;

Segwitu għall-eżerċizzji ta’ kwittanza preċedenti

12.

Jawgura lill-Awtorità li rnexxielha timla 273 mit-300 post tax-xogħol previsti fl-organigramma tagħha wara li għal ħafna snin, kellha l-problemi biex issib persunal xjentifiku b’livell għoli ta’ ħiliet biex jaħdmu f’Parma;

13.

Josserva li l-linja speċifika tal-Persunal laħqet il-95 % tar-rata tal-eżekuzzjoni minflok is-97 % prevista; madankollu jinnota li l- Awtorità xorta kellha diffikultà biex tirrekluta persunal b’kapaċità xjentifika ta’ livell għoli f’Parma;

14.

Jirreferi f’termini ta’ persunal għall-istħarriġ dwar l-istaff li sar fit-tmiem l-2007; jinkoraġġixxi lill-maniġment tal-EFSA biex jagħmlu stħarriġ bħal dan fuq bażi regolari u biex jinkorporaw ir-riżultati tiegħ Awtorità u fil-ġestjoni tal-istaff tiegħu u fil-ħidma ta’ kuljum;

15.

Jinnota madankolli li punti ta’ dgħjufija fil-proċeduri ta’ reklutaġġ ġew enfasizzati ripetutament fl-eżerċizzji ta’ kwittanza preċedenti, kif ukoll koll fir-rapport attwali tal-QEA;

16.

Jitlob lill-Awtorità sabiex b’mod urġenti taġġusta l-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha mar-regoli;

17.

Jinnota li, bħal f’eżerċizzji ta’ kwittanza preċedenti, l-Awtorità ġiet kritikata mill-QEA li f’diversi każijiet ma kinitx konformi mar-regoli tal-akkwist pubbliku; jitlob lill-Awtorità sabiex tagħti attenzjoni partikulari lill-konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku;

18.

Jitlob lill-Awtorità sabiex fir-rapport annwali ta’ attività tagħha għall-2008, tagħti dettalji tal-passi li ttieħdu bħala rimedju għan-nuqqasijiet fl-oqsma tar-reklutaġġ u tal-akkwist pubbliku;

19.

Jinnota li d-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità ħa l-kariga ta’ koordinatur tan-netwerk tal-aġenziji fl-1 ta’ Marzu 2009;

20.

Jirreferi għal osservazzjonijiet oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta’ kwittanza li huma ta’ natura orizzontali għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji tal-UE (6).

(1)   ĠU C 278, 31.10.2008, p. 35.

(2)   ĠU C 311, 5.12.2008, p. 100.

(3)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(1)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(4)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)   ĠU L 88, 31.3.2009, p. 184.

(6)  Ara paġna 206 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.